Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1175

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1175 tal-15 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2006/473/KE fir-rigward tar-rikonoxximent tad-distrett maġisterjali Gordonia fl-Afrika t'Isfel bħala ħieles mill-Guignardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha li huma patoġeniċi għaċ-Ċitru) (innotifikata taħt id-dokument C(2015) 4749)

    ĠU L 189, 17.7.2015, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/01/2018

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/1175/oj

    17.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 189/39


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1175

    tal-15 ta' Lulju 2015

    li temenda d-Deċiżjoni 2006/473/KE fir-rigward tar-rikonoxximent tad-distrett maġisterjali Gordonia fl-Afrika t'Isfel bħala ħieles mill-Guignardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha li huma patoġeniċi għaċ-Ċitru)

    (innotifikata taħt id-dokument C(2015) 4749)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-punt 16.4 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tagħha,

    Billi:

    (1)

    Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/473/KE (2), ċerti distretti maġisterjali tal-provinċja ta' Northern Cape tal-Afrika t'Isfel huma rikonoxxuti bħala ħielsa mill-Guignardia citricarpa (ir-razez kollha li huma patoġeniċi għaċ-Ċitru).

    (2)

    Fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-Afrika t'Isfel fir-rigward tad-distrett maġisterjali ta' Gordonia, fil-provinċja ta' Northern Cape, u n-nuqqas ta' interċettazzjonijiet tal-Guignardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha li huma patoġeniċi għaċ-Ċitru) fuq il-frott taċ-ċitru li joriġina f'dik iż-żona, jidher li d-distrett maġisterjali ta' Gordonia huwa ħieles minn dan l-organiżmu ta' ħsara. Għalhekk, jixraq li dan jiġi rikonoxxut bħala ħieles mill-Guignardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha li huma patoġeniċi għaċ-Ċitru).

    (3)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni 2006/473/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (4)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt (a) tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2006/473/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    L-Afrika t'Isfel: Western Cape; Northern Cape: id-distretti maġisterjali ta' Gordonia, Hartswater u Warrenton;”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Lulju 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/473/KE tal-5 ta' Lulju 2006 li tagħraf ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta' pajjiżi terzi bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), iċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru) (ĠU L 187, 8.7.2006, p. 35).


    Top