EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014Y0215(01)

Att tal-Kunsill tal- 11 ta' Frar 2014 li jaħtar Viċi Direttur tal-Europol

ĠU C 44, 15.2.2014, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2018

15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/3


ATT TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Frar 2014

li jaħtar Viċi Direttur tal-Europol

(2014/C 44/04)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tagħha,

Filwaqt li jaġixxi bħala l-awtorità bis-setgħa li taħtar il-Viċi Direttur tal-Europol,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni,

Wara li kkunsidra l-Pjan Pluriennali ta' Politika tal-Persunal tal-Europol għall-2014-2016 u b'mod partikolari t-Taqsimiet 2.2. u 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba l-iskadenza tal-mandat tal-Viċi Direttur tal-Europol maħtur bl-Att tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2009 (2), huwa meħtieġ li jinħatar Viċi Direttur.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Europol li tistabbilixxi r-regoli dwar l-għażla, l-estensjoni tal-mandat u t-tkeċċija tad-Direttur u l-Viċi Diretturi tal-Europol (3), tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali dwar il-proċeduri ta' għażla tad-Direttur jew Viċi Direttur tal-Europol.

(3)

Il-Bord ta' Amministrazzjoni ppreżenta lill-Kunsill lista qasira ta' applikanti adatti għall-ħatra, flimkien mal-fajl sħiħ tal-applikazzjoni ta' kull wieħed minn dawk il-kandidati, kif ukoll il-lista tal-kandidati eliġibbli kollha.

(4)

Abbażi tal-informazzjoni rilevanti kollha fornuta mill-Bord ta' Amministrazzjoni, il-Kunsill jixtieq jaħtar lill-applikant li, skont il-Kunsill, jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-pożizzjoni vakanti ta' Viċi Direttur,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Wilhelmus Martinus VAN GEMERT hu b'dan maħtur Viċi Direttur tal-Europol mill-1 ta' Mejju 2014 sat-30 ta' April 2018 fil-grad AD 13, skala 1.

Artikolu 2

Dan l-Att għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tiegħu.

Huwa għandu jkun ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(2)  ĠU C 249, 17.10.2009, p. 5.

(3)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 3.


Top