Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1289

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1289/2014 tat- 3 ta' Diċembru 2014 li jistabbilixxi perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor barra mill-kwota

ĠU L 348, 4.12.2014, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1289/oj

4.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1289/2014

tat-3 ta' Diċembru 2014

li jistabbilixxi perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor barra mill-kwota

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 7e flimkien mal-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(1) tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013, iz-zokkor prodott matul sena ta' kummerċjalizzazzjoni li jaqbeż il-kwota msemmija fl-Artikolu 136 ta' dak ir-Regolament jista' jiġi esportat biss fil-limitu kwantitattiv stabbilit mill-Kummissjoni.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 776/2014 tas-16 ta' Lulju 2014 li jiffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2014/15 (3) jistabbilixxi t-tali limiti kwantitattivi.

(3)

Il-kwantitajiet ta' zokkor koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni jaqbżu l-limitu kwantitattiv iffissat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 776/2014. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-kwantitajiet li saret applikazzjoni għalihom mill-24 sat-28 ta' Novembru 2014. L-applikazzjonijiet kollha għal-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor mressqin wara t-28 ta' Novembru 2014 għandhom jiġu rrifjutati kif xieraq u għandu jiġi sospiż it-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għandhom jinħarġu liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor barra mill-kwota li għalih ikunu tressqu applikazzjonijiet mill-24 sat-28 ta' Novembru 2014 għall-kwantitajiet mitlubin, immultiplikati b'perċentwali ta' aċċettazzjoni ta' 30,097818 %.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor barra mill-kwota mressqin fl-1, 2, 3, 4 u 5 ta' Diċembru 2014 b'dan qed jiġu rrifjutati.

3.   It-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor barra mill-kwota għandu jiġi sospiż għall-perjodu mit-8 ta' Diċembru 2014 sat-30 ta' Settembru 2015.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 210, 17.7.2014, p. 11.


Top