Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1238

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1238/2014 tad- 19 ta' Novembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 59/2011 fir-rigward ta' kwoti tariffarji għall-inbejjed li joriġinaw fis-Serbja

    ĠU L 333, 20.11.2014, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R1987 Ara Art. 4

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1238/oj

    20.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 333/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1238/2014

    tad-19 ta' Novembru 2014

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 59/2011 fir-rigward ta' kwoti tariffarji għall-inbejjed li joriġinaw fis-Serbja

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 184 u 187 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u s-Serbja, min-naħa l-oħra (“l-FSA”), ġie ffirmat fil-Lussemburgu fid-29 ta' April 2008 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013.

    (2)

    Il-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (2) (“il-Protokoll”) kien iffirmat fil-25 ta' Ġunju 2014. L-iffirmar tiegħu f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ġie awtorizzat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/517/UE (3) u l-konklużjoni tiegħu f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ġiet approvata skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/518/Euratom (4). Il-Protokoll ġie applikat b'effett mill-1 ta' Awwissu 2014.

    (3)

    L-Artikolu 7 tal-Protokoll u l-Anness III ta' miegħu jipprovdu għal tibdiliet fil-kwoti tariffarji eżistenti għal inbejjed li joriġinaw fis-Serbja b'effett mill-1 ta' Awwissu 2014.

    (4)

    Skont l-Artikolu 11 tal-Protokoll, għas-sena 2014, il-volumi tal-kwoti tariffarji ġodda u ż-żidiet fil-volumi ta' kwoti tariffarji eżistenti għandhom jiġu kkalkulati bħala pro rata tal-volumi annwali bażiċi speċifikati fil-Protokoll, billi titqies il-parti tal-perjodu li għadda qabel l-1 ta' Awwissu 2014.

    (5)

    Sabiex wieħed jimplimenta l-kwoti tariffarji għall-inbid stabbiliti fil-Protokoll, jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 59/2011 (5) jiġi adattat.

    (6)

    Ir-Regolament (UE) Nru 59/2011 għandu għalhekk jigi emendat skont dan.

    (7)

    Peress li l-Protokoll japplika mill-1 ta' Awwissu 2014, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

    (8)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 59/2011 jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2014.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Novembru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  ĠU L 233, 6.8.2014, p. 3.

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/517/UE tal-14 ta' April 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 233, 6.8.2014, p. 1).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/518/Euratom tal-14 ta' April 2014 dwar l-approvazzjoni tal-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 233, 6.8.2014, p. 20).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 59/2011 tal-25 ta' Jannar 2011 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-inbejjed li joriġinaw fir-Repubblika tas-Serbja (ĠU L 22, 26.1.2011, p. 1).


    ANNESS

    “ANNESS

    Il-kwoti tariffarji għall-inbejjed li joriġinaw mis-Serbja importati fl-Unjoni

    Numru tal-ordni

    Kodiċi NM (1)

    TARIC estensjoni

    Deskrizzjoni

    Volum tal-kwota 2014 (f'hl)

    Kwota annwali tal-Volum għall-2015 u s-snin ta' wara (f'hl) (2)

    Dazju tal-kwota tariffarja

    09.1526

    2204 10 93

     

    Inbid spumanti ta' kwalità, minbarra Xampanja jew Asti Spumante; inbid ieħor minn għeneb frisk, ġo kontenituri li jesgħu 2 litri jew anqas

    53 833

    55 000

    Eżenzjoni

    2204 10 94

     

    2204 10 96

     

    2204 10 98

     

    2204 21 06

     

    2204 21 07

     

    2204 21 08

     

    2204 21 09

     

    ex 2204 21 93

    19, 29, 31, 41 u 51.

    ex 2204 21 94

    19, 29, 31, 41 u 51.

    2204 21 95

     

    ex 2204 21 96

    11, 21, 31, 41 u 51.

    2204 21 97

     

    ex 2204 21 98

    11, 21, 31, 41 u 51.

    09.1527

    2204 29 10

     

    Inbid ieħor ta' għeneb frisk, f'kontenituri li jesgħu iktar minn 2 litri

    10 958

    12 300

    Eżenzjoni

    2204 29 93

     

    ex 2204 29 94

    11, 21, 31, 41 u 51.

    2204 29 95

     

    ex 2204 29 96

    11, 21, 31, 41 u 51.

    2204 29 97

     

    ex 2204 29 98

    11, 21, 31, 41 u 51.


    (1)  Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM. Fejn ex kodiċijiet tan-NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.

    (2)  Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet sabiex jiġu adattati l-kwoti permezz tat-trasferiment ta' kwantitajiet mill-kwota li tapplika għall-pożizzjoni ex 2204 29 (numru tal-ordni 09.1527) tal-kwota li tapplika għall-pożizzjonijiet ex 2204 10 u ex 2204 21 21 (numru tal-ordni 09.1526).”


    Top