This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1201
Council Regulation (EU) No 1201/2014 of 7 November 2014 adjusting, with effect from 1 July 2011 , 1 July 2012 and 1 July 2013 , the rate of contribution to the pension scheme of officials and other servants of the European Union
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1201/2014 tas- 7 ta' Novembru 2014 li jaġġusta, b'effett mill- 1 ta' Lulju 2011 , l- 1 ta' Lulju 2012 u l- 1 ta' Lulju 2013 , ir-rata ta' kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1201/2014 tas- 7 ta' Novembru 2014 li jaġġusta, b'effett mill- 1 ta' Lulju 2011 , l- 1 ta' Lulju 2012 u l- 1 ta' Lulju 2013 , ir-rata ta' kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea
ĠU L 325, 8.11.2014, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 325/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1201/2014
tas-7 ta' Novembru 2014
li jaġġusta, b'effett mill-1 ta' Lulju 2011, l-1 ta' Lulju 2012 u l-1 ta' Lulju 2013, ir-rata ta' kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stipulati fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 83a u l-Anness XII tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-għan tal-Artikolu 19 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), hu li permezz tiegħu l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi saldat it-tilwim tagħhom rigward l-aġġustamenti tal-2011 u l-2012 tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet u għall-aġġustament tal-2011 tar-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet biex tkun konformi ma' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li tittieħed kunsiderazzjoni dovuta tal-aspettattivi leġittimi tal-persunal li l-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni kull sena dwar l-aġġustament tar-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet. |
(2) |
Bħala parti minn approċċ globali biex jiġi saldat it-tilwim u biex ikunu konformi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Novembru 2013 fil-Kawża C-63/12 (3), il-Kummissjoni v Il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolamenti (UE) Nru 422/2014 (4) u (UE) Nru 423/2014 (5) ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea b'effett mill-1 ta' Lulju 2011 u mill-1 ta' Lulju 2012. Dawk l-aġġustamenti jeħtieġu l-aġġustament retroattiv rispettiv tar-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet għas-snin 2011, 2012 u 2013. |
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 13(3) tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Eurostat ippreżenta rapporti dwar il-valutazzjonijiet attwarji tal-iskema tal-pensjonijiet tal-2011, 2012 u 2013, li jaġġornaw il-parametri msemmija f'dak l-Anness. Meta wieħed iqis dawk il-valutazzjonijiet u l-Artikolu 4(6) tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, ir-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa biex jinżamm il-bilanċ attwarju tal-iskema tal-pensjonijiet hija ta' 11 % mill-1 ta' Lulju 2011, 10 % mill-1 ta' Lulju 2012 u 10,9 % mill-1 ta' Lulju 2013. |
(4) |
Fl-interess tal-bilanċ attwarju tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, ir-rata tal-kontribuzzjoni għandha għalhekk tiġi aġġustata retroattivament għal 11 % tas-salarju bażiku mill-1 ta' Lulju 2011, 10 % tas-salarju bażiku mill-1 ta' Lulju 2012 u 10,9 % tas-salarju bażiku mill-1 ta' Lulju 2013, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-rata tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tkun ta':
— |
11 % b'effett mill-1 ta' Lulju 2011, |
— |
10 % b'effett mill-1 ta' Lulju 2012, |
— |
10,9 % b'effett mill-1 ta' Lulju 2013. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. C. PADOAN
(2) Regolament (UE) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).
(3) Għadu mhux ippubblikat fil-Ġabra.
(4) Regolament (UE) Nru 422/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jaġġusta, b'effett mill-1 ta' Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU L 129, 30.4.2014, p. 5).
(5) Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jaġġusta, b'effett mill-1 ta' Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU L 129, 30.4.2014, p. 12).