This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1169
Commission Implementing Regulation (EU) No 1169/2014 of 31 October 2014 amending Implementing Regulation (EU) No 416/2014 opening and providing for the administration of import tariff quotas for certain cereals originating in Ukraine
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1169/2014 tal- 31 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1169/2014 tal- 31 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina
ĠU L 314, 31.10.2014, p. 28–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014R0416 | Sostituzzjoni | anness | 02/11/2014 | |
Modifies | 32014R0416 | Sostituzzjoni | artikolu 1 1 Test | 02/11/2014 | |
Modifies | 32014R0416 | Sostituzzjoni | artikolu 2 1 Test | 02/11/2014 | |
Modifies | 32014R0416 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 02/11/2014 |
31.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/28 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1169/2014
tal-31 ta' Ottubru 2014
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 187(a) u (b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi arranġamenti preferenzjali dwar id-dazji doganali marbuta mal-importazzjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina. Skont l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness III tiegħu għandhom jitħallew jiġu impurtati fl-Unjoni fil-limiti tal-kwoti tariffarji stabbiliti f'dak l-Anness. |
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 (3) fetaħ il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina sal-31 ta' Ottubru 2014 u ppreveda l-amministrazzjoni tagħhom. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 ġie emendat mir-Regolament (UE) Nru 1150/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). B'mod essenzjali, l-emenda tikkonsisti mit-titwil taż-żmien tal-applikabbiltà tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 sal-31 ta' Diċembru 2015 u l-istabbiliment tal-kwantitajiet tal-kwoti għas-sena 2015. |
(4) |
Għalhekk jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1(1), id-data tal-“31 ta' Ottubru 2014” għandha tiġi sostitwita bid-data tal-“31 ta' Diċembru 2015”; |
(2) |
Fl-Artikolu 2(1) it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej: “L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jitressqu għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kull ġimgħa, sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa fis-13:00, ħin ta' Brussell. Ma jkunux jistgħu jitressqu aktar:
|
(3) |
L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 3 Il-validità tal-liċenzji tal-importazzjoni It-tul tal-validità tal-liċenzji tal-importazzjoni jibda mill-jum meta din tinħareġ effettivament, bi qbil mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, u jintemm fi tmiem it-tieni xahar ta' wara dan il-jum. F'kwalunkwe każ, din il-validità tiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014 għas-sena 2014 u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015 għas-sena 2015, rispettivament.” ; |
(4) |
l-Anness hu mibdul bit-test li jidher fl-Anness ma' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jgħodd b'effett mit-2 ta' Novembru 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ ul-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 53).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1150/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina (ĠU L 313, 31.10.2014, p. 1).
ANNESS
“ANNESS
Mingħajr ħsara għar-regoli tal-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali, fil-kuntest ta' dan l-Anness, tiddependi mill-ambitu tal-kodiċijiet tan-NM. Meta l-kodiċijiet tan-NM ikollhom ‘ex’ quddiemhom, l-użu tal-iskema preferenzjali għandu jiġi stabbilit abbażi tal-kodiċi tan-NM u tad-deskrizzjoni tal-prodott.
Numru tal-ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu |
Kwantità f'tunnellati |
09.4306 |
1001 99 (00) |
qamħ spelt, qamħ komuni u meslin (wiċċ imħallat ta' qamħ u segala), minbarra ż-żerriegħa |
Sena 2014 Sena 2015 |
950 000 950 000 |
1101 00 (15-90) |
dqiq tal-qamħ komuni u tal-ispelt, dqiq tal-meslin |
|||
1102 90 (90) |
dqiq taċ-ċereali ħlief il-qamħ, il-meslin, is-segala, il-qamħirrum, ix-xgħir, il-ħafur, ir-ross |
|||
1103 11 (90) |
qamħ komuni u spelt mitħun oħxon u dqiq oħxon tagħhom |
|||
1103 20 (60) |
gerbub tal-qamħ |
|||
09.4307 |
1103 90 (00) |
xgħir, minbarra ż-żerriegħa |
Sena 2014 Sena 2015 |
250 000 250 000 |
1102 90 (10) |
dqiq tax-xgħir |
|||
ex 1103 20 (25) |
gerbub tax-xgħir |
|||
09.4308 |
1005 90 (00) |
qamħirrum minbarra ż-żerriegħa |
Sena 2014 Sena 2015 |
400 000 400 000 ” |
1102 20 (10-90) |
dqiq tal-qamħirrum |
|||
1103 13 (10-90) |
qamħirrum mitħun oħxon (groats) u pasta tal-qamħirrum |
|||
1103 20 (40) |
gerbub tal-qamħirrum |
|||
1104 23 (40-98) |
ħbub oħrajn maħdumin tal-qamħirrum |