Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1133

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1133/2014 tal- 24 ta' Ottubru 2014 dwar il-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Ottubru 2014 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1133/oj

25.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1133/2014

tal-24 ta' Ottubru 2014

dwar il-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Ottubru 2014 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 tal-Kummissjoni (2) fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur, imqassma skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(2)

Ottubru huwa l-uniku subperjodu għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4138 ipprovdut skont l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011. Din il-kwota tikkonsisti fil-bilanċ tal-kwantitajiet mhux użati mill-kwoti bin-numri tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 — 09.4130 fis-subperjodu preċedenti. Ix-xahar ta' Ottubru huwa l-aħħar subperjodu għall-kwoti pprovduti fl-Artikolu 1(1)(b) u (e) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, li jinkludu l-bilanċ tal-kwantitajiet mhux użati fis-subperjodu preċedenti.

(3)

In-notifiki li ntbagħtu skont il-punt (a) tal-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 juru li, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4138, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel 10 ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2014 skont l-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, ikopru kwantità akbar minn dik disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġu stabbiliti l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni li għandhom jiġu applikati għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulati b'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(4)

In-notifiki juru wkoll li, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4148, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel 10 ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2014, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, ikopru kwantità li hija anqas dik disponibbli.

(5)

Jeħtieġ ukoll li jkun magħruf il-perċentwal finali ta' użu ta' kull kwota pprovduta fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 tul is-sena 2014.

(6)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għall-applikazzjonijiet tal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li jaqgħu taħt il-kwota bin-numru tal-ordni 09.4138 imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, imressqa matul l-ewwel 10 ijiem ta' ħidma ta' Ottubru 2014, il-liċenzji għandhom jinħarġu għall-kwantità mitluba, immultiplikata bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-perċentwal finali ta' użu ta' kull kwota pprovduta fir-Regolament (UE) Nru 1273/2011 tul is-sena 2014 jingħata fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta' Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (ĠU L 325, 8.12.2011, p. 6).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu ta' Ottubru 2014 skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 u l-perċentwal finali tal-użu għas-sena 2014

a)

Kwota ta' ross mitħun għalkollox jew mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi NM 1006 30 kif ipprovdut fl-Artikolu 1( 1)( a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2014

Perċentwal finali tal-użu tal-kwota għas-sena 2014

L-Istati Uniti

09.4127

 

69,77 %

It-Tajlandja

09.4128

 

98,43 %

L-Awstralja

09.4129

 

99,20 %

Oriġini oħra

09.4130

 

100 %

Il-pajjiżi kollha

09.4138

3,202777 %

100 %

b)

Kwota ta' ross bil-ħliefa kopert bil-kodiċi NM 1006 20 kif ipprovdut fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2014

Perċentwal finali tal-użu tal-kwota għas-sena 2014

Il-pajjiżi kollha

09.4148

 (1)

0 %

c)

Kwota ta' ross miksur kopert bil-kodiċi NM 1006 40 00 kif ipprovdut fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tas-serje

Perċentwal finali tal-użu tal-kwota għas-sena 2014

It-Tajlandja

09.4149

0 %

L-Awstralja

09.4150

1,78 %

Il-Gujana

09.4152

0 %

L-Istati Uniti

09.4153

6,79 %

Oriġini oħra

09.4154

62,50 %

d)

Kwota ta' ross mitħun għalkollox jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi NM 1006 30 kif ipprovdut fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tas-serje

Perċentwal finali tal-użu tal-kwota għas-sena 2014

It-Tajlandja

09.4112

100 %

L-Istati Uniti

09.4116

100 %

L-Indja

09.4117

100 %

Il-Pakistan

09.4118

100 %

Oriġini oħra

09.4119

100 %

Il-pajjiżi kollha

09.4166

100 %

e)

Kwota ta' ross miksur kopert bil-kodiċi NM 1006 40 00 kif ipprovdut fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2014

Perċentwal finali tal-użu tal-kwota għas-sena 2014

Il-pajjiżi kollha

09.4168

 (2)

100 %


(1)  L-ebda koeffiċjent tal-allokazzjoni applikat għal dan is-subperjodu: l-ebda applikazzjoni għal liċenzja ma ġiet notifikata lill-Kummissjoni.

(2)  L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.


Top