This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1109
Commission Implementing Regulation (EU) No 1109/2014 of 20 October 2014 concerning the authorisation of the preparation of Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 as a feed additive for cattle for fattening, minor ruminant species for fattening, dairy cows and minor dairy ruminant species and amending Regulations (EC) No 1288/2004 and (EC) No 1811/2005 (holder of authorisation Alltech France) Text with EEA relevance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1109/2014 tal- 20 ta' Ottubru 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas- Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv għall-għalf għall-bhejjem għat-tismin, għar-ruminanti żgħar għat-tismin, għall-baqar tal-ħalib u għar-ruminanti żgħar tal-ħalib u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1288/2004 u (KE) Nru 1811/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alltech France) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1109/2014 tal- 20 ta' Ottubru 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas- Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv għall-għalf għall-bhejjem għat-tismin, għar-ruminanti żgħar għat-tismin, għall-baqar tal-ħalib u għar-ruminanti żgħar tal-ħalib u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1288/2004 u (KE) Nru 1811/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alltech France) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 301, 21.10.2014, p. 19–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32004R1288 | Emenda | anness I | 10/11/2014 | |
Modifies | 32005R1811 | Emenda | anness III | 10/11/2014 |
21.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 301/19 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1109/2014
tal-20 ta' Ottubru 2014
dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv għall-għalf għall-bhejjem għat-tismin, għar-ruminanti żgħar għat-tismin, għall-baqar tal-ħalib u għar-ruminanti żgħar tal-ħalib u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1288/2004 u (KE) Nru 1811/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alltech France)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u l-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
(2) |
Il-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 f'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien bħala addittiv tal-għalf għall-għoġġiela u l-baqar għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 (3) u għall-baqar tal-ħalib bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005 (4). Din il-preparazzjoni ġiet sussegwentement imdaħħla fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Din il-preparazzjoni kienet awtorizzata għal perjodu ta' għaxar snin għaż-żwiemel bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 886/2009 (5). |
(3) |
Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u flimkien mal-Artikolu 7 ta' dan l-istess Regolament, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-valutazzjoni mill-ġdid tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv għall-għalf għall-bhejjem għat-tismin, għar-ruminanti żgħar imrobbija għat-tismin, għall-baqar tal-ħalib u għar-ruminanti żgħar tal-ħalib, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-“addittivi żootekniċi”. Flimkien ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-8 ta' April 2014 (6), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 ma għandhiex effett avvers fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-użu tal-preparazzjoni għandu l-potenzjal li jżid il-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar tal-ħalib u li l-effikaċja tagħha tista' tiġi estrapolata għar-ruminanti żgħar tal-ħalib. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-użu tal-preparazzjoni għandu l-potenzjal li jtejjeb il-produzzjoni tal-bhejjem imrobbija għat-tismin u li din l-effikaċja tista' tiġi estrapolata għar-ruminanti żgħar imrobbija għat-tismin. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li jkun ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1288/2004 u (KE) Nru 1811/2005 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ. |
(7) |
Billi r-raġunijiet dwar is-sikurezza ma jeħtiġux applikazzjoni immedjata tal-emendi tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, jixraq li jkun permess perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jħejju lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1288/2004
Titħassar l-entrata E 1704 Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 li tirreferi għall-baqar għat-tismin mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1288/2004.
Artikolu 3
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1811/2005
Titħassar l-entrata E 1704 Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 mill-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1811/2005.
Artikolu 4
Miżuri tranżitorji
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness u l-għalf li jkun fih din il-preparazzjoni, li huma prodotti u ttikkettati qabel l-10 ta' Mejju 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel l-10 ta' Novembru 2014 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 tal-14 ta' Lulju 2004 dwar l-awtorizazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta' użu ġdid ta' addittiv diġà awtorizzat fl-ikel tal-annimali (ĠU L 243, 15.7.2004, p. 10).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005 tal-4 ta' Novembru 2005 dwar l-awtorizzazzjonijiet proviżorji u permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta' addittiv li diġà huwa awtorizzat fl-għalf (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 12).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 886/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alltech France) (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 66).
(6) EFSA Journal 2014; 12(5):3666.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||
CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet b'kontenut ta' meraq ta' 12 % |
|||||||||||||
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzaturi tal-flora tal-imsaren |
|||||||||||||
4a1704 |
ALLTECH France |
Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 li fiha minimu ta' addittiv f'forma solida ta' 1 × 109 CFU/g Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94. Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni: il-metodu pour plate bl-użu ta' agar magħmul minn glukożju, estratt tal-ħmira u kloramfenikol Metodu tar-reazzjoni katina tal-polymerase (PCR) |
Baqar tal-ħalib u ruminanti żgħar tal-ħalib. |
— |
1 × 107 |
— |
|
l-10 ta' Novembru 2024 |
||||
Baqar għat-tismin u ruminanti żgħar tat-tismin. |
1 × 108 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fis-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports