EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1103

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1103/2014 tal- 20 ta' Ottubru 2014 li jimplimenta l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ĠU L 301, 21.10.2014, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/01/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0044

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1103/oj

21.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1103/2014

tal-20 ta' Ottubru 2014

li jimplimenta l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-2 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011.

(2)

Fis-27 ta' Ġunju 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1970 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Libja aġġorna l-lista ta' individwi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1.


ANNESS

L-entrati stipulati fl-Anness II u tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

DORDA, Abu Zayd Umar

Direttur, Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna. Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna.

Status/post preżunt: detenut fil-Libja.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011).

AL-SENUSSI, Il-Kurunell Abdullah

Titlu: Kurunell

Data tat-twelid: 1949

Post tat-twelid: is-Sudan

Magħruf bħala: Ould Ahmed, Abdoullah

Numru tal-passaport: B0515260

Data tat-twelid: 1948

Post tat-twelid: Anefif (Kidal), Mali

Data tal-ħruġ: l-10 ta' Jannar 2012

Inħareġ fi: Bamako, Mali

Data ta' skadenza: 10 Jan 2017

Magħruf bħala: Ould Ahmed, Abdoullah

Nurmu tal-Karta tal-Identità ta' Mali: 073/SPICRE

Post tat-twelid: Anefif, Mali

Data tal-ħruġ: is-6 ta' Diċembru 2011

Inħarġet fi: Essouck, Mali

Direttur tal-Intelligence Militari. Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Passat li jinkludi suspett ta' involviment fil-massakru tal-ħabs ta' Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta' titjira tal-UTA. Ħaten Muammar QADHAFI.

Status/post preżunt: detenut fil-Libja

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011).


Top