This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0972
Commission Implementing Regulation (EU) No 972/2014 of 11 September 2014 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 972/2014 tal- 11 ta' Settembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 972/2014 tal- 11 ta' Settembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 274, 16.9.2014, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 972/2014
tal-11 ta' Settembru 2014
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kull subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Settembru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunita (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Prodott likwidu li jikkonsisti f'silan, MDP monomeru tal-fosfat, reżini dimetakrilati, 2-idrossietilmetakrilat (HEMA), kopolimer, materjal għall-mili, etanol, ilma u inizjaturi. Huwa maħsub biex jintuża għas-snien. Il-prodott jipprepara l-wiċċ tal-kavitajiet tas-snien biex jingħaqad mal-materjal għall-mili. Jista' jintuża wkoll biex jiddesensitizza l-għeruq, biex jissiġilla d-dentina qabel is-simentazzjoni tar-ristorazzjonijiet bl-amalgama, bħala kisi protettiv għal materjali ristorattivi tal-jonomera tal-ħġieġ jew biex jgħaqqad is-siġillanti għall-kavitajiet u x-xquq fis-snien. |
3006 40 00 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bir-regoli ġenerali 1, 3(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 4(f) tal-Kapitolu 30 u l-kliem tal-kodiċijiet NM 3006 u 3006 40 00 . Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, jiġifieri l-preżenza tal-etanol u l-ilma, il-prodott huwa aktar fluwidu mill-materjal tradizzjonali għall-mili u huwa kapaċi jinfiltra faċilment fis-snien. Għalkemm il-prodott jidher qisu kolla, l-użu tiegħu huwa dak ta' primer fuq is-snien, sabiex jattiva d-dentina fuq il-wiċċ biex jingħaqad mal-materjal għall-mili. Il-prodott jibqa' fuq is-sinna matul u wara t-trattament u jsir parti integrali tal-mili. Il-klassifikazzjoni skont l-intestatura 3506 bħala kolla hija eskluża billi l-intestatura 3006 tipprovdi l-iktar deskrizzjoni speċifika. Barra minn hekk, uħud mill-użi maħsubin, (id-desensitizzazzjoni tal-għeruq, l-issiġillar tad-dentina u l-użu tiegħu bħala kisi protettiv) mhumiex tipiċi tal-kolla. Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat skont il-kodiċi NM 3006 40 00 bħal siment għas-snien u mili ieħor għas-snien. |