This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0943
Commission Implementing Regulation (EU) No 943/2014 of 3 September 2014 fixing the allocation coefficient to be applied to applications for import licences lodged in the context of the tariff quota opened by Implementing Regulation (EU) No 416/2014 for certain cereals originating in Ukraine
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 943/2014 tat- 3 ta' Settembru 2014 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandhom jiġu applikati għal applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni ppreżentati fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 943/2014 tat- 3 ta' Settembru 2014 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandhom jiġu applikati għal applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni ppreżentati fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina
ĠU L 264, 4.9.2014, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 943/2014
tat-3 ta' Settembru 2014
li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandhom jiġu applikati għal applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni ppreżentati fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 (2) fetaħ kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina. |
(2) |
Notifiki magħmula skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 juru li l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti mis-13:00 'il quddiem fit-22 ta' Awwissu 2014 sas-13:00 ħin ta' Brussel fid-29 ta' Awwissu 2014, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) ta' dak ir-Regolament, għall-kwota li għandha n-numru tal-ordni 09.4306, ikopru kwantitajiet li huma akbar minn dawk li hemm disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba taħt il-kwota kkonċernata. |
(3) |
M'għandhomx jinħarġu aktar liċenzji għall-importazzjoni għall-kwota tariffarja li għandha n-numru tal-ordni 09.4306. |
(4) |
Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għandhom jinħarġu liċenzji għall-importazzjoni għal prodotti koperti mill-kwota li għandha n-numru tal-ordni 09.4306 u li hija elenkata fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014, għall-applikazzjonijiet li ġew ippreżentati mis-13:00 'il quddiem fit-22 ta' Awwissu 2014 sas-13:00 ħin ta' Brussel fid-29 ta' Awwissu 2014, għall-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom, immultiplikati b'koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 56,751219 % għall-applikazzjonijiet ippreżentati fil-kuntest tal-kwota tariffarja li għandha numru tal-ordni 09.4306.
2. Il-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom mis-13:00 ħin ta' Brussel fid-29 ta' Awwissu 2014 fil-kuntest tal-kwota li għandha n-numru tal-ordni 09.4306, imsemmija fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 għandu jiġi sospiż.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Settembru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-iżvilupp rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 53).