This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0746
Commission Implementing Regulation (EU) No 746/2014 of 9 July 2014 fixing the allocation coefficient to be applied to import licence applications lodged from 27 June 2014 to 4 July 2014 under the tariff quota for maize opened by Regulation (EC) No 969/2006
Regolament ta'Iimplimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 746/2014 tad- 9 ta' Lulju 2014 li jiffissal-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni mressqin mis- 27 ta' Ġunju 2014 sal- 4 ta' Lulju 2014 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għall-qamħirrum
Regolament ta'Iimplimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 746/2014 tad- 9 ta' Lulju 2014 li jiffissal-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni mressqin mis- 27 ta' Ġunju 2014 sal- 4 ta' Lulju 2014 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għall-qamħirrum
ĠU L 201, 10.7.2014, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 201/7 |
REGOLAMENT TA'IIMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 746/2014
tad-9 ta' Lulju 2014
li jiffissal-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni mressqin mis-27 ta' Ġunju 2014 sal-4 ta' Lulju 2014 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għall-qamħirrum
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (1) (KEE) Nruo922/72, (KEE) Nruo 234/79, (KE) Nruo1037/2001 u (KE) Nruo1234/2007 u b'mod partikolari, il-paragrafi 1 u 3 tal-Artikolu 188
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 277 988 tunnellata qamħirrum (in-numru tas-serje 09.4131). |
(2) |
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006 ffissa għal 138 994 tunnellata l-kwantità tas-subperjodu nru 2 għall-perjodu mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2014. |
(3) |
Min-notifika magħmula skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqin mis-27 ta' Ġunju 2014, mis-13:00 sal-4 ta' Lulju 2014 fis-13:00, ħin ta' Brussell, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat sa liema limitu jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, filwaqt li jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nruo1301/2006 tal-Kummissjoni (3). |
(4) |
Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux liċenzji għall-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għall-perjodu kurrenti tal-kwota. |
(5) |
Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura għall-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Kull applikazzjoni għal-liċenzja għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tal-kwota msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, imressqa mis-27 ta' Ġunju 2014, mis-13:00 sal-4 ta' Lulju 2014 fis-13:00, ħin ta' Brussell, tagħti lok għall-ħruġ ta' liċenzja għall-kwantitajiet mitluba assenjati skont koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 7,692996 %.
2. Il-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba mill-4 ta' Lulju 2014 fis-13:00, ħin ta' Brussell, huwa sospiż għall-perjodu kurrenti tal-kwota.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
f'isem il-President
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament (KE) Nruo969/2006 tal-Kummissjoni tal-29 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrun minn pajjiżi terzi (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44).
(3) Ir-Regolament (KE) Nruo1301/2006 tal-Kummissjoni tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).