This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0735
Commission Implementing Regulation (EU) No 735/2014 of 4 July 2014 amending for the 216 th time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the Al Qaida network
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 735/2014 tal- 4 ta' Lulju 2014 li jemenda għall-216-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 735/2014 tal- 4 ta' Lulju 2014 li jemenda għall-216-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
ĠU L 198, 5.7.2014, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32002R0881 | Emenda | anness I | 05/07/2014 |
5.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 735/2014
tal-4 ta' Lulju 2014
li jemenda għall-216-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
(2) |
Fis-26 ta' Ġunju 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jżid persuni waħda fiżika, kif ukoll entità waħda, mal-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 qed jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-annotazzjoni li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”: “Shekau Mohammed Abubakar (alias (a) Abubakar Shekau; (b) Abu Mohammed Abubakar bin Mohammed; (c) Abu Muhammed Abubakar bi Mohammed; (d) Shekau; (e) Shehu; (f) Shayku; (g) Imam Darul Tauhid; (h) Imam Darul Tawheed). Titolu: Imam. Funzjoni: Mexxej ta' Jama'atu Ahlis Sunna Lidda'Awati Wal-Jihad (Boko Haram). Data tat-twelid: 1969. Post tat-twelid: Shekau Village, l-Istat ta' Yobe, in-Niġerja. Nazzjonalità: Niġerjana. Indirizz: In-Niġerja Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: iswed; kulur tax-xagħar: iswed; (b) Ir-ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' bejn l-INTERPOL u n-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 26.6.2014.” |
(2) |
L-annotazzjoni li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”: “Ansarul Muslimina Fi Biladis Sudan (alias: (a) Ansaru; (b) Ansarul Muslimina fi Biladis Sudan; (c) Jama'atu Ansaril Muslimina fi Biladis Sudan (JAMBS); (d) Jama'atu Ansarul Muslimina fi Biladis-Sudan (JAMBS); (e) Jamma'atu Ansarul Muslimina fi Biladis-Sudan (JAMBS); (f) Vanguards for the Protection of Muslims in Black Africa; (g) Vanguard for the Protection of Muslims in Black Africa). Indirizz: In-Niġerja Informazzjoni oħra: (a) Grupp imwaqqaf fl-2012; (b) Jopera fin-Niġerja. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 26.6.2014.” |