This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0652
Regulation (EU) No 652/2014 of the European Parliament and of the Council of 15 May 2014 laying down provisions for the management of expenditure relating to the food chain, animal health and animal welfare, and relating to plant health and plant reproductive material, amending Council Directives 98/56/EC, 2000/29/EC and 2008/90/EC, Regulations (EC) No 178/2002, (EC) No 882/2004 and (EC) No 396/2005 of the European Parliament and of the Council, Directive 2009/128/EC of the European Parliament and of the Council and Regulation (EC) No 1107/2009 of the European Parliament and of the Council and repealing Council Decisions 66/399/EEC, 76/894/EEC and 2009/470/EC
Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE
Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE
ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32021R0690
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31966D0399 | ||||
Repeal | 31976D0894 | ||||
Modifies | 31998L0056 | Sostituzzjoni | artikolu 18.1 | 30/06/2014 | |
Modifies | 31998L0056 | Sostituzzjoni | artikolu 17.1 | 30/06/2014 | |
Modifies | 32000L0029 | abolizzjoni | artikolu 23 | 30/06/2014 | |
Modifies | 32000L0029 | abolizzjoni | artikolu 24 | 30/06/2014 | |
Modifies | 32000L0029 | abolizzjoni | artikolu 13 QT.5 | 30/06/2014 | |
Modifies | 32000L0029 | abolizzjoni | artikolu 22 | 30/06/2014 | |
Modifies | 32000L0029 | Żieda | artikolu 15 BI | 01/01/2017 | |
Modifies | 32000L0029 | abolizzjoni | artikolu 26 | 30/06/2014 | |
Modifies | 32000L0029 | abolizzjoni | artikolu 25 | 30/06/2014 | |
Modifies | 32002R0178 | Sostituzzjoni | artikolu 58 .1 | 30/06/2014 | |
Modifies | 32004R0882 | abolizzjoni | artikolu 66 | 30/06/2014 | |
Modifies | 32005R0396 | abolizzjoni | kapitolu VII | 30/06/2014 | |
Modifies | 32008L0090 | Sostituzzjoni | artikolu 19.1 | 30/06/2014 | |
Repeal | 32009D0470 | ||||
Modifies | 32009L0128 | abolizzjoni | artikolu 22 | 30/06/2014 | |
Modifies | 32009R1107 | abolizzjoni | artikolu 76 | 30/06/2014 | |
Modifies | 32013R0517 | Revoka parzjali |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32014R0652R(01) | (DA, SV) | |||
Corrected by | 32014R0652R(02) | (BG, ES, CS, DA, EL, HR, IT, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, FI) | |||
Corrected by | 32014R0652R(03) | (HU) | |||
Modified by | 32016R1012 | Sostituzzjoni | artikolu 30 paragrafu 2 punt (a) | 01/11/2018 | |
Modified by | 32016R1012 | Sostituzzjoni | artikolu 30 Test | 01/11/2018 | |
Modified by | 32016R1012 | Sostituzzjoni | artikolu 30 paragrafu 1 | 01/11/2018 | |
Modified by | 32016R2031 | Sostituzzjoni | artikolu 18 paragrafu 1 punt (d) | 14/12/2019 | |
Modified by | 32016R2031 | Sostituzzjoni | artikolu 1 punt (e) | 14/12/2019 | |
Modified by | 32016R2031 | Sostituzzjoni | artikolu 16 paragrafu 1 punt (b) | 14/12/2019 | |
Modified by | 32016R2031 | Żieda | artikolu 20 punt (-a) | 14/12/2019 | |
Modified by | 32016R2031 | Sostituzzjoni | artikolu 17 | 14/12/2019 | |
Modified by | 32016R2031 | Sostituzzjoni | artikolu 19 paragrafu 3 | 14/12/2019 | |
Modified by | 32016R2031 | Sostituzzjoni | artikolu 47 punt 2 | 01/01/2017 | |
Modified by | 32016R2031 | Sostituzzjoni | artikolu 16 paragrafu 1 punt (c) | 14/12/2019 | |
Modified by | 32016R2031 | Sostituzzjoni | artikolu 19 paragrafu 1 | 14/12/2019 | |
Modified by | 32016R2031 | Żieda | artikolu 5 paragrafu 2 punt (c) | 14/12/2019 | |
Modified by | 32016R2031 | Sostituzzjoni | artikolu 16 paragrafu 1 punt (a) | 14/12/2019 | |
Modified by | 32017R0067 | Żieda | anness II Test | 14/01/2017 | |
Modified by | 32017R0625 | Żieda | artikolu 30a | 28/04/2017 | |
Modified by | 32017R0625 | Sostituzzjoni | artikolu 30 paragrafu 1 | 28/04/2017 | |
Modified by | 32017R2393 | Tħassir | artikolu 22 paragrafu 5 | 01/01/2018 | |
Modified by | 32017R2393 | Tħassir | artikolu 27 paragrafu 5 | 01/01/2018 | |
Modified by | 32017R2393 | Żieda | artikolu 4 paragrafu 4 | 01/01/2018 | |
Modified by | 32017R2393 | Tħassir | artikolu 13 paragrafu 5 | 01/01/2018 | |
Repealed by | 32021R0690 | 01/01/2021 |
27.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 652/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Mejju 2014
li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 168(4)(b) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Id-dritt tal-Unjoni jipprovdi għal rekwiżiti dwar l-ikel u s-sikurezza tal-ikel u l-għalf u s-sikurezza tal-għalf, fl-istadji kollha tal-produzzjoni, inklużi r-regoli li jimmiraw li jiggarantixxu prattiki ġusti fil-kummerċ u l-għoti tal-informazzjoni lill-konsumaturi. Jistipula wkoll rekwiżiti li jikkonċernaw il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li jittieħed fl-annimali u ż-żoonożi, kif ukoll rekwiżiti rigward it-trattament xieraq tal-annimali, il-prodotti sekondarji tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-materjal riproduttiv tal-pjanti, il-protezzjoni ta’ varjetajiet ta’ pjanti, l-organiżmi ġenetikament modifikati, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-użu sostenibbli tal-pestiċidi. Id-dritt tal-Unjoni jipprovdi wkoll għall-kontrolli uffiċjali u attivitajiet oħra uffiċjali mmirati biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta’ dawk ir-rekwiżiti u l-konformità magħhom. |
(2) |
L-objettiv ġenerali tad-dritt tal-Unjoni f’dawk l-oqsma huwa li jikkontribwixxi għal livell għoli ta’ saħħa għall-bnedmin, l-annimali u l-pjanti tul il-katina alimentari, livell għoli ta’ protezzjoni u informazzjoni għall-konsumaturi u livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali filwaqt li jiffavorixxi l-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi. |
(3) |
Sabiex jintlaħaq dak l-objettiv ġenerali jinħtieġu riżorsi finanzjarji xierqa. Għalhekk, hu meħtieġ għall-Unjoni li tikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ miżuri meħuda fl-oqsma differenti relatati ma’ dak l-objettiv ġenerali. Barra minn hekk, sabiex l-użu tan-nefqa jiġi mmirat b’mod effiċjenti, għandhom jiġu stabbiliti objettivi speċifiċi u indikaturi sabiex tiġi vvalutata l-ilħiq ta’ dawk l-objettivi. |
(4) |
Fl-imgħoddi, il-finanzjament tal-Unjoni għan-nefqa marbuta mal-ikel u l-għalf kellu l-forma ta’ għotjiet, akkwisti u pagamenti lil organizzazzjonijiet internazzjonali attivi fil-qasam. Huwa xieraq li tali finanzjament jissokta bl-istess mod. |
(5) |
Il-finanzjament mill-Unjoni jista’ jintuża wkoll mill-Istati Membri biex jappoġġahom f’azzjonijiet dwar is-saħħa tal-pjanti jew tal-annimali għall-kontroll, il-prevenzjoni jew il-qerda ta’ pesti jew mard tal-annimali, biex jitwettqu minn organizzazzjonijiet li huma attivi f’dawk l-oqsma. |
(6) |
Għal raġunijiet ta’ dixxiplina baġitarja, jeħtieġ li f’dan ir-Regolament tiġi stabbilita l-lista ta’ miżuri eliġibbli li jistgħu jibbenefikaw minn kontribuzzjoni tal-Unjoni kif ukoll l-ispejjeż eliġibbli u r-rati applikabbli. |
(7) |
B’kont meħud tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3), l-ammont massimu għan-nefqa marbuta mal-ikel u l-għalf għall-perjodu kollu mill-2014 sal-2020 għandha tkun ta’ EUR 1 891 936 000. |
(8) |
Barra minn hekk, għandu jkun provdut finanzjament fil-livell tal-Unjoni bil-għan li jkunu jistgħu jiġu indirizzati b’suċċess ċirkostanzi eċċezzjonali bħal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza relatati mas-saħħa tal-pjanti u tal-annimali, meta l-approprjazzjonijiet taħt l-intestatura baġitarja 3 ma jkunux suffiċjenti iżda jkunu meħtieġa miżuri ta’ emerġenza. Il-finanzjament bil-għan li tali kriżijiet jiġu indirizzati b’suċċess għandu jiġi mobilizzat billi, pereżempju, isir rikors għall-istrument ta’ flessibbiltà, skont il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba (4). |
(9) |
Id-dritt bħalissa jipprovdi li xi wħud mill-ispejjeż eliġibbli jiġu rimborżati b’rati fissi. B’rabta ma’ spejjeż oħrajn, id-dritt ma jipprovdix għal limiti fuq ir-rimborż. Għal finijiet ta’ razzjonalizzazzjoni u semplifikazzjoni tas-sistema, għandha tiġi stabbilita rata massima fissa għar-rimborż. Huwa xieraq li dik ir-rata tiġi stabbilita fil-livell li normalment japplika għall-għotjiet. Huwa wkoll meħtieġ li tingħata l-possibbiltà li f’ċerti ċirkostanzi tiżdied din ir-rata massima. |
(10) |
Minħabba l-importanza li jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, huwa xieraq li jiġu ffinanzjati 100 % tal-ispejjeż eliġibbli għal ċerti azzjonijiet bil-kondizzjoni li l-implimentazzjoni ta’ dawk l-azzjonijiet tinvolvi wkoll il-ħlas ta’ spejjeż mhux eliġibbli. |
(11) |
L-Unjoni hija responsabbli biex tiżgura li l-fondi jintefqu tajjeb u biex jittieħdu miżuri li jwieġbu għall-ħtieġa li tissimplifika l-programmi ta’ nfiq tagħha sabiex tnaqqas il-piż amministrattiv u l-ispejjeż għall-benefiċjarji tal-fondi u għall-atturi kollha involuti, skont il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta’ Ottubru 2010 intitolata Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea. |
(12) |
Id-dritt tal-Unjoni jirrikjedi li l-Istati Membri jimplimentaw ċerti miżuri meta jokkorrru jew jiżviluppaw ċertu mard tal-annimali jew żoonożi. Għalhekk, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal tali miżuri ta’ emerġenza. |
(13) |
Jinħtieġ ukoll li, permezz ta’ miżuri xierqa ta’ qerda, kontroll u monitoraġġ, jitnaqqas l-għadd ta’ tifqigħat ta’ mard tal-annimali u żoonożi li huma ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll li ssir prevenzjoni tal-okkorrenza ta’ tali tifqigħat. Il-programmi nazzjonali għall-qerda, kontroll u monitoraġġ ta’ tali mard u żoonożi għandhom għalhekk jibbenefikaw minn finanzjament mill-Unjoni. |
(14) |
Għal raġunijiet organizzattivi u ta’ effiċjenza fir-rigward tal-immaniġġar tal-finanzjament fl-oqsma tas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kontenut, il-preżentazzjoni, l-evalwazzjoni u l-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali, inklużi dawk implimentati fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Għall-istess raġunijiet, għandhom jiġu stabbiliti wkoll l-iskadenzi għar-rappurtar u l-preżentazzjoni ta’ talbiet għall-pagament. |
(15) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (5) tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu ċerti miżuri ta’ emerġenza għall-qerda ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti (“il-pesti”). L-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għall-qerda ta’ dawk il-pesti. Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun disponibbli wkoll soġġetta għal ċerti kondizzjonijiet, għall-miżuri ta’ emerġenza mmirati biex irażżnu l-pesti li għandhom l-aktar impatt serju fuq l-Unjoni u li ma jistgħux jinqerdu f’ċerti żoni u għall-miżuri ta’ prevenzjoni li jikkonċernaw dawk il-pesti. |
(16) |
Il-miżuri ta’ emerġenza meħuda kontra l-pesti għandhom ikunu eliġibbli għal kofinanzjament mill-Unjoni dment li jwasslu għal valur miżjud għall-Unjoni kollha kemm hi. Għal din ir-raġuni, kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun disponibbli għall-pesti elenkati fit-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness I u t-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness II għad-Direttiva 2000/29/KE taħt l-intestatura “Organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Unjoni”. Fejn hu magħruf li jokkorru pesti fl-Unjoni, il-miżuri biss relatati ma’ dawk fosthom li għandhom l-aktar impatti serji fuq l-Unjoni għandhom ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. Tali pesti jinkludu b’mod partikolari dawk suġġetti għall-miżuri taħt id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE (6), 93/85/KEE (7), 98/57/KE (8) jew 2007/33/KE (9). Għandha ssir disponibbli wkoll kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal dawk il-pesti li mhumiex elenkati fl-Anness I jew fl-Anness II għad-Direttiva 2000/29/KE, li huma suġġetti għal miżuri nazzjonali u li provviżorjament jikkwalifikaw biex jiġu elenkati fit-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness I għad-Direttiva 2000/29/KE jew it-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness II għaliha. Il-miżuri relatati mal-pesti suġġetti għal miżuri ta’ emerġenza tal-Unjoni li jimmiraw għall-qerda tagħhom, għandhom ukoll ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. |
(17) |
Jinħtieġ li tiġi individwata f’waqtha l-preżenza ta’ ċerti pesti. Stħarriġ ta’ tali preżenza li jsir mill-Istati Membri huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-qerda immedjata ta’ tifqigħat ta’ dawn il-pesti. L-istħarriġ li jsir minn Stati Membri individwali huwa essenzjali biex jitħares it-territorju tal-Istati Membri l-oħra kollha. L-Unjoni tista’ tikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ dan l-istħarriġ b’mod ġenerali, bil-kondizzjoni li l-ambitu tiegħu jinkludi tal-inqas waħda miż-żewġ kategoriji kritiċi ta’ pesti, jiġifieri l-pesti li mhumiex magħrufa li jokkorru fl-Unjoni u l-pesti li huma suġġetti għall-miżuri ta’ emerġenza tal-Unjoni. |
(18) |
Il-finanzjament mill-Unjoni fis-saħħa tal-annimali u tal-pjanti għandu jkopri spejjeż eliġibbli speċifiċi. F’każijiet eċċezzjonali u dovutement iġġustifikati, għandu jkopri wkoll l-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ miżuri oħra meħtieġa. Tali miżuri jistgħu jinkludu l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ bijosigurtà msaħħa fil-każ ta’ tifqigħ ta’ marda jew preżenza ta’ pesti, il-qerda u t-trasport ta’ karkassi waqt programmi ta’ qerda, u l-ispejjeż ta’ kumpens lis-sidien li jirriżultaw mill-kampanji ta’ tilqim ta’ emerġenza. |
(19) |
Ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Istati Membri jkollhom diffikultajiet minħabba li jinsabu mbegħdin u d-dipendenza tagħhom fuq għadd limitat ta’ prodotti. Huwa xieraq li l-Unjoni tikkontribwixxi finanzjarjament għall-programmi tal-Istati Membri li huma jwettqu għall-kontroll tal-pesti f’dawk ir-reġjuni ultraperiferiċi skont l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Peress li ċerti reġjuni ultraperiferiċi huma suġġetti għar-regoli speċifiċi għal dawk ir-reġjuni minflok ir-regoli tal-Unjoni stabbiliti fid-Direttiva 2000/29/KE, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tapplika għar-regoli li hemm fis-seħħ f’dawk ir-reġjuni, kemm jekk huma regoli tal-Unjoni u kemm jekk huma nazzjonali. |
(20) |
Il-kontrolli uffiċjali li jsiru mill-Istati Membri huma għodda essenzjali biex jiġi vverifikat u ssorveljat li r-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni qed jiġu implimentati, imħarsa u infurzati. L-effikaċja u l-effiċjenza tas-sistemi ta’ kontroll uffiċjali huma vitali sabiex jinżamm livell għoli ta’ sikurezza għall-bnedmin, l-annimali u l-pjanti tul il-katina alimentari filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent. Għandu jkun disponibbli appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tali miżuri ta’ kontroll. B’mod partikolari, għandha tkun disponibbli kontribuzzjoni finanzjarja għal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni sabiex tgħinhom isostnu l-ispejjeż li jinqalgħu minħabba l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma approvati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, billi l-effikaċja tal-kontrolli uffiċjali tiddipendi wkoll mid-disponibbiltà għall-awtoritajiet ta’ kontroll ta’ persunal imħarreġ tajjeb li jkollu konoxxenza adegwata tad-dritt tal-Unjoni, l-Unjoni għandha tkun kapaċi tikkontribwixxi għat-taħriġ tagħhom kif ukoll għall-programmi ta’ skambju rilevanti organizzati minn awtoritajiet kompetenti. |
(21) |
Il-ġestjoni effiċjenti tal-kontrolli uffiċjali tiddipendi minn skambju rapidu ta’ dejta u informazzjoni relatati ma’ dawk il-kontrolli. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni korretta u armonizzata tar-regoli rilevanti tiddipendi mit-twaqqif ta’ sistemi effiċjenti li jinvolvu l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Għaldaqstant, it-twaqqif u t-tħaddim ta’ bażijiet ta’ dejta u sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni tal-informazzjoni għal dawn l-iskopijiet għandhom ikunu wkoll eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja. |
(22) |
L-Unjoni għandha tagħmel disponibbli finanzjament għal attivitajiet tekniċi, xjentifiċi, ta’ koordinament u ta’ komunikazzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u biex jiġi żgurat l-adattament tad-dritt għall-iżviluppi xjentifiċi, teknoloġiċi u soċjali. Il-finanzjament għandu jkun disponibbli wkoll għal proġetti li jimmiraw li jtejbu l-effikaċja u l-effiċjenza tal-kontrolli uffiċjali. |
(23) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), kull proposta ppreżentata lill-awtorità leġiżlattiva li tinkludi derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament hija meħtieġa biex tindika b’mod ċar dawn id-derogi u tagħti r-raġunijiet speċifiċi li jiġġustifikawhom. Għaldaqstant, minħabba n-natura speċifika ta’ uħud mill-objettivi koperti b’dan ir-Regolament u minħabba li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tal-Istati Membri huma fl-aħjar pożizzjoni biex jimplimentaw l-attivitajiet assoċjati ma’ dawk l-objettivi, dawk l-awtoritajiet għandhom jitqiesu bħala benefiċjarji identifikati għall-finijiet tal-Artikolu 128(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Għalhekk, jista’ jkun possibbli li jingħataw għotjiet lil tali awtoritajiet mingħajr ma jiġu ppubbikati minn qabel sejħiet għal proposti. |
(24) |
B’deroga mill-Artikolu 86 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u bħala eċċezzjoni għall-prinċipju tan-nonrettroattivitá kif provdut fl-Artikolu 130 tiegħu, l-ispejjeż għall-miżuri ta’ emerġenza koperti bl-Artikoli 7 u 17 ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu eliġibbli mid-data ta’ notifika tal-okkorrenza ta’ marda jew il-preżenza ta’ pest mill-Istat Membru lill-Kummissjoni minħabba n-natura urġenti u mhux prevedibbli ta’ dawk il-miżuri. L-impenji baġitarji korrispondenti u l-pagament tan-nefqa eliġibbli għandhom isiru mill-Kummissjoni, wara valutazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-pagamenti ppreżentati mill-Istati Membri. |
(25) |
Huwa ta’ importanza kbira li tali miżuri ta’ emerġenza jiġu implimentati minnufih. Għalhekk, ikun kontroproduttiv li jiġu esklużi mill-finanzjament dawk l-ispejjeż imġarrba qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-għotja, peress li dan jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiffukaw l-isforzi immedjati tagħhom fuq it-tħejjija ta’ applikazzjoni għal għotja, minflok fuq l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza. |
(26) |
Minħabba l-firxa tad-dritt tal-Unjoni fis-seħħ rigward l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ qerda u sorveljanza u l-limitazzjonijiet tekniċi fir-rigward ta’ kompetenzi oħra disponibbli, l-implimentazzjoni tal-miżuri koperti b’dan ir-Regolament għandha titwettaq prinċipalment mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Għaldaqstant, jeħtieġ li f’ċerti każijiet jiġu kofinanzjati l-ispejjeż tas-salarji tal-persunal tal-amministrazzjonijiet nazzjonali. |
(27) |
L-ipprogrammar jippermetti l-koordinament u l-prijoritizzazzjoni u għalhekk jikkontribwixxi għal użu effettiv tar-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni. Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni fid-dawl tal-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma għall-implimentazzjoni ta’ ċerti miżuri previsti f’dan ir-Regolament. |
(28) |
Sabiex tiżgura l-użu responsabbli u effettiv tar-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tivverifika li l-finanzjament tal-Unjoni jintuża b’mod effettiv għall-implimentazzjoni ta’ miżuri eliġibbli jew b’verifiki fil-post jew permezz ta’ kontrolli tad-dokumenti. |
(29) |
L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jitħarsu tul iċ-ċiklu kollu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, l-individwazzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet u mill-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett. |
(30) |
Il-lista ta’ mard tal-annimali li jikkwalifika għall-fondi taħt il-miżuri ta’ emerġenza hija annessa ma’ dan ir-Regolament u fiha l-mard tal-annimali msemmi fl-Artikoli 3(1), 4(1), 6(2) u 14(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE (12). Sabiex jitqies il-mard tal-annimali li għandu jiġi notifikat skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (13), u l-mard li x’aktarx li jikkostitwixxi theddida ġdida għall-Unjoni, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar ta’ dik il-lista. |
(31) |
Il-listi ta’ mard tal-annimali u ta’ żoonożi li jikkwalifikaw għall-finanzjament taħt il-programmi ta’ qerda, kontroll u sorveljanza huma annessi ma’ dan ir-Regolament u fihom il-mard tal-annimali u ż-żoonożi msemmija fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2009/470/KE. Sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li huma provokati b’dan, dak il-mard tal-annimali li jkollu impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni jew il-kummerċ tal-annimali tat-trobbija, l-iżvilupp taż-żoonożi li jippreżentaw theddida għall-bnedmin, jew l-iżvilupp xjentifiku jew epidemjoloġiku ġdid, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti b’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar ta’ dawk il-listi. |
(32) |
Meta jiġu adottati atti ddelegati taħt dan ir-Regolament, huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(33) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbliment ta’ programmi ta’ ħidma annwali u pluriannwali; fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-miżuri ta’ emerġenza jew, meta jkun meħtieġ, sabiex ikun hemm reazzjoni għall-iżviluppi mhux prevedibbli; fir-rigward tal-proċeduri għas-sottomissjoni mill-Istati Membri ta’ applikazzjonijiet, u ta’ rapporti u talbiet għal pagamenti għall-għotjiet. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). |
(34) |
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi implimentat b’tali mod li jiġi żgurat li dan jipproduċi l-benefiċċji maħsuba, fid-dawl tal-esperjenza. Huwa għalhekk xieraq li l-Kummissjoni tevalwa l-funzjonament u l-effikaċja ta’ dan ir-Regolament u li tikkomunika r-riżultati lill-istituzzjonijiet l-oħra. |
(35) |
Kumitati differenti attwalment jassistu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-Unjoni koperti minn dan ir-Regolament, partikolarment il-Kumitati stabbiliti permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE (15), 76/894/KEE (16), id-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE (17), 2008/90/KE (18) u tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). Huwa xieraq li tiġi ssemplifikata l-proċedura tal-Kumitat f’dan il-qasam. Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jingħata l-kompitu li jassisti l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tagħha fir-rigward tan-nefqa imġarrba fl-oqsma rilevanti u l-isem ta’ dak il-Kumitat għandu jinbidel sabiex jirrifletti r-responsabbiltajiet li żdidulu. Konsegwentement, id-Deċiżjonijiet 66/399/KEE u 76/894/KEE għandhom jitħassru u d-Direttivi 98/56/KE u 2008/90/KE u r-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom jiġu emendati kif meħtieġ. |
(36) |
Dan ir-Regolament jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2009/470/KE. Jissostitwixxi wkoll l-Artikolu 13c(5) u l-Artikoli 22 sa 26 tad-Direttiva 2000/29/KE, l-Artikolu 66 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), il-Kapitolu VII tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) u l-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23). Konsegwentement, id-Direttiva 2000/29/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005, id-Direttiva 2009/128/KE u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandhom jiġu emendati kif meħtieġ. |
(37) |
L-introduzzjoni ta’ kofinanzjament mill-Unjoni għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri għall-kumpens lis-sidien għall-valur tal-pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra meqruda soġġetti għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/29/KE tirrikjedi l-iżvilupp ta’ linji gwida dwar il-kondizzjonijiet applikabbli fir-rigward tal-limiti tal-valur tas-suq tal-għelejjel u s-sigar ikkonċernati. Dik l-introduzzjoni għandha għalhekk tapplika biss mill-1 ta’ Jannar 2017 ‘il quddiem, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
KAPITOLU I
Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u objettivi
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma koperti mir-regoli tal-Unjoni:
(a) |
li jirregolaw l-ikel u s-sikurezza tal-ikel, f’kull stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u r-rimi tal-ikel, inklużi r-regoli mmirati biex jiggarantixxu l-prattiki ġusti fil-kummerċ u jħarsu l-interessi u l-informazzjoni tal-konsumaturi, u l-manifattura u l-użu ta’ materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel; |
(b) |
li jirregolaw l-għalf u s-sikurezza tal-għalf fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u r-rimi u l-użu tal-għalf, inklużi regoli mmirati biex jiggarantixxu l-prattiki ġusti fil-kummerċ u jħarsu l-interessi u l-informazzjoni tal-konsumaturi; |
(c) |
li jistabbilixxu r-rekwiżiti għas-saħħa tal-annimali; |
(d) |
li jistabbilixxu r-rekwiżiti għat-trattament xieraq tal-annimali; |
(e) |
dwar il-miżuri protettivi kontra organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti kif definit fil-punt (e) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/29/KE (“pesti”); |
(f) |
dwar il-produzzjoni, bil-ħsieb li jitqiegħdu fis-suq, u t-tqegħid fis-suq ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti; |
(g) |
li jistabbilixxu r-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-użu sostenibbli tal-pestiċidi; |
(h) |
li jimmiraw lejn il-prevenzjoni u l-imminimizzar tar-riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali kkawżati minn prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati; |
(i) |
li jirregolaw ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi ġenetikament modifikati; |
(j) |
dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fir-rigward tal-varjetajiet ta’ pjanti kif ukoll il-konservazzjoni u l-iskambju ta’ riżorsi ġenetiċi tal-pjanti. |
Artikolu 2
Objettivi
1. In-nefqa msemmija fl-Artikolu 1 għandha timmira li tilħaq:
(a) |
l-objettiv ġenerali li tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ saħħa għall-bnedmin, l-annimali u l-pjanti tul il-katina tal-ikel u f’oqsma relatati, billi jiġu pprevenuti u meqruda l-mard u l-pesti, u billi tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi u l-ambjent filwaqt li tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija tal-ikel u tal-għalf fl-Unjoni tiffavorixxi l-ħolqien tal-impjiegi; |
(b) |
l-objettivi speċifiċi li ġejjin:
|
2. Sabiex titkejjel il-kisba tal-objettivi speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1(b) għandhom jintużaw l-indikaturi li ġejjin:
(a) |
għall-objettiv speċifiku fil-paragrafu 1(b)(i), tnaqqis tal-għadd ta’ każijiet ta’ mard fil-bnedmin fl-Unjoni u li huma marbuta mas-sikurezza tal-ikel jew maż-żoonożi; |
(b) |
għall-objettiv speċifiku fil-paragrafu 1(b)(ii):
|
(c) |
għall-objettiv speċifiku fil-paragrafu 1(b)(iii):
|
(d) |
għall-objettiv speċifiku fil-paragrafu 1(b)(iv), xejra favorevoli tar-riżultati tal-kontrolli f’oqsma partikolari ta’ tħassib imwettqa u rrapportati minn esperti tal-Kummissjoni fl-Istati Membri. |
KAPITOLU II
Modi ta’ finanzjament u dispożizzjonijiet finanzjarji ġenerali
Artikolu 3
Modi ta’ finanzjament
1. Il-finanzjament mill-Unjoni għan-nefqa msemmija fl-Artikolu 1 għandu jiġi implimentat b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
2. Meta jingħataw għotjiet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, dawn għandhom jiġu meqjusa bħala benefiċjarji identifikati fis-sens tal-Artikolu 128(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Tali għotjiet jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għal proposti.
3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament tista’ tieħu wkoll il-forma ta’ pagamenti volontarji lil organizzazzjonijiet internazzjonali, li tagħhom l-Unjoni hija membru jew li fil-ħidma tagħhom hija tipparteċipa, li huma attivi fl-oqsma koperti mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1.
Artikolu 4
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għan-nefqa msemmija fl-Artikolu 1 għall-perjodu 2014 – 2020 għandu jkun ta’ EUR 1 891 936 000 bil-prezzijiet attwali.
2. Il-limitu massimu imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż relatati mal-attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni u l-ksib tal-objettivi tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 1, b’mod partikolari fir-rigward ta’ studji u laqgħat ta’ esperti, l-ispejjeż marbuta man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, u l-ispejjeż l-oħra kollha ta’ assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni ta’ dik in-nefqa.
3. Il-limitu massimu jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż ta’ assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni minn azzjonijiet adottati qabel għal azzjonijiet adottati wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Jekk hu meħtieġ, l-approprjazzjoni tista’ tiddaħħal fil-baġit lil hinn mill-2020 biex tkopri spejjeż simili sabiex tippermetti l-ġestjoni tal-azzjonijiet li jkunu għadhom ma tlestewx sal-31 ta’ Diċembru 2020.
Artikolu 5
Rati massimi tal-għotjiet
1. Meta l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tieħu l-forma ta’ għotja, din ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.
2. Ir-rata massima msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiżdied għal 75 % tal-ispejjeż eliġibbli fir-rigward ta’:
(a) |
attivitajiet transkonfinali implimentati flimkien minn żewġ Stati Membri jew aktar sabiex jikkontrollaw, jipprevjenu jew jeqirdu l-pesti jew il-mard tal-annimali; |
(b) |
l-Istati Membri li l-introjtu nazzjonali gross tagħhom għal kull abitant abbażi tal-aħħar dejta tal-Eurostat ikun inqas minn 90 % tal-medja tal-Unjoni. |
3. Ir-rata massima msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiżdied għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli meta l-attivitajiet li jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni jkunu jikkonċernaw il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ riskji serji tas-saħħa tal-bnedmin, il-pjanti u l-annimali għall-Unjoni, u:
(a) |
huma mfassla biex jiġi evitat li jkun hemm vittmi umani jew tħarbit ekonomiku maġġuri għall-Unjoni kollha kemm hi; |
(b) |
huma kompiti speċifiċi li huma indispensabbli għall-Unjoni kollha kemm hi kif ġie stabbilit mill-Kummissjoni fil-programm ta’ ħidma adottat skont l-Artikolu 36(1); jew |
(c) |
huma implimentati f’pajjiżi terzi. |
TITOLU II
DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI
KAPITOLU I
Is-saħħa tal-annimali
Artikolu 6
Miżuri eliġibbli
1. L-għotjiet jistgħu jingħataw lill-Istati Membri sar-rati massimi stabbiliti fl-Artikolu 5(1) sa (3) fir-rigward tal-miżuri meħuda bħala riżultat tal-konferma li okkorriet waħda mill-mard tal-annimali elenkati skont l-Artikolu 7, dment li l-miżuri jkunu ġew applikati immedjatament u d-dispożizzjonijiet applikabbli stabbiliti fid-dritt rilevanti tal-Unjoni jkunu ġew imħarsa. Tali għotjiet jistgħu jinkludu wkoll dawk l-ispejjeż imġarrba bħala riżultat ta’ okkorrenza suspettuża ta’ xi marda, kemm-il darba dik l-okkorrenza tal-marda ġiet sussegwentement ikkonfermata.
2. Jistgħu jingħataw għotjiet lil Stati Membri fejn, wara l-konferma tal-okkorrenza ta’ waħda mill-mardiet tal-annimali elenkati skont l-Artikolu 7, żewġ Stati Membri jew aktar jikkollaboraw mill-qrib biex jikkontrollaw l-epidemija.
3. Jistgħu jingħataw għotjiet lil Stati Membri, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-miżuri ta’ protezzjoni meħuda f’każ ta’ theddida diretta għall-istatus tas-saħħa tal-Unjoni b’riżultat tal-okkorrenza jew l-iżvilupp, fit-territorju ta’ pajjiż terz jew Stat Membru, ta’ waħda mill-mard tal-annimali u ż-żoonożi elenkati skont l-Artikoli 7 jew 10.
4. L-għotjiet jistgħu jingħataw lill-Istati Membri fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi, fuq talba ta’ Stat Membru, li għandhom jistabbilixxu ħażniet ta’ prodotti bijoloġiċi maħsuba għall-kontroll tal-mard tal-annimali u taż-żoonożi elenkati skont l-Artikoli 7 jew 10.
5. Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni tista’ tingħata għat-twaqqif ta’ ħażniet ta’ prodotti bijoloġiċi jew l-akkwist ta’ dożi ta’ vaċċin jekk l-okkorrenza jew l-iżvilupp f’pajjiż terz jew fi Stat Membru ta’ waħda mill-mard tal-annimali u taż-żoonożi elenkati skont l-Artikolu 7 jew 10, jistgħu jikkostitwixxu theddida għall-Unjoni.
Artikolu 7
Lista ta’ mard tal-annimali
1. Il-lista ta’ mard tal-annimali li jikkwalifika għal finanzjament taħt l-Artikolu 6 hija stabbilita fl-Anness I.
2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 40, bil-għan li tissupplimenta l-lista ta’ mard tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li jitqies il-mard tal-annimali li jrid jiġi notifikat b’konformità mad-Direttiva 82/894/KEE u l-mard li x’aktarx jikkostitwixxu theddida ġdida għall-Unjoni minħabba l-impatt sinifikanti tagħhom fuq:
(a) |
is-saħħa tal-bniedem; |
(b) |
is-saħħa tal-annimali jew it-trattament xieraq tal-annimali; jew |
(c) |
il-produzzjoni tal-agrikoltura jew tal-akkwakultura jew setturi relatati tal-ekonomija. |
Artikolu 8
Spejjeż eliġibbli
1. L-ispejjeż li ġejjin imġarrba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 6(1) jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament taħt dak il-paragrafu:
(a) |
l-ispejjeż ta’ kumpens għas-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom imbiċċra jew maqtula, fil-limitu tal-valur fis-suq ta’ tali annimali kieku ma ntlaqtux mill-marda; |
(b) |
l-ispejjeż tat-tbiċċir u l-qtil tal-annimali u spejjeż tat-trasport relatati; |
(c) |
l-ispejjeż ta’ kumpens lis-sidien għall-valur tal-prodotti meqruda tagħhom ta’ oriġini mill-annimali, fil-limitu tal-valur fis-suq ta’ dawk il-prodotti immedjatament qabel ma jkun inħoloq xi suspett tal-marda jew qabel dan is-suspett ikun ġie kkonfermat; |
(d) |
l-ispejjeż ta’ tindif, diżinsettizzazzjoni u diżinfezzjoni tal-azjendi u tat-tagħmir, ibbażati fuq l-epidemjoloġija u l-karatteristiċi tal-patoġenu; |
(e) |
l-ispejjeż għat-trasport u l-qerda tal-għalf kontaminat u, fejn ma jistax jiġi diżinfettat, it-tagħmir kontaminat; |
(f) |
l-ispiża tax-xiri, il-ħżin, it-tilqim, l-amministrazzjoni jew id-distribuzzjoni tal-vaċċini u l-lixka kif ukoll spejjeż ta’ inokulazzjkoni, jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi jew tawtorizza tali azzjonijiet; |
(g) |
l-ispejjeż tat-trasport u r-rimi tal-karkassi; |
(h) |
f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, kull spiża oħra essenzjali għall-qerda tal-marda kif previst fid-deċiżjoni tal-finanzjament imsemmija fl-Artikolu 36(4) ta’ dan ir-Regolament. |
2. Kif imsemmi fl-Artikolu 130(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-ispejjeż għandhom ikunu eliġibbli mid-data tan-notifika tal-okkorrenza tal-marda mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawn l-ispejjeż jistgħu jinkludu wkoll l-ispejjeż magħmula bħala riżultat ta’ okkorrenza suspettata ta’ marda bħal din, bil-kundizzjoni li dik il-okkorrenza tkun sussegwentement konfermata.
3. Wara valutazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-pagamenti ppreżentata mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-impenji baġitarji korrispondenti u għandha tħallas in-nefqa eliġibbli.
Artikolu 9
Programmi eliġibbli
Jistgħu jingħataw għotjiet lill-programmi nazzjonali annwali jew pluriennali tal-Istati Membri għall-qerda, il-kontroll u s-sorveljanza tal-mard tal-annimali u taż-żoonożi elenkati skont l-Artikolu 10 (“programmi nazzjonali”).
Artikolu 10
Lista ta’ mard tal-annimali u żoonożi
1. Il-lista ta’ mard tal-annimali u żoonożi li jikkwalifikaw għal finanzjament skont l-Artikolu 9 hija stabbilita fl-Anness II.
2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 40, bil-għan li tissupplimenta l-lista tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, billi tqis:
(a) |
is-sitwazzjoni ta’ mard tal-annimali li jkollu impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni tal-bhejjem jew il-kummerċ; |
(b) |
l-iżvilupp ta’ żoonożi li huma ta’ theddida għall-bnedmin; jew |
(c) |
l-iżviluppi epidemjoloġiċi jew xjentifiċi ġodda. |
Artikolu 11
Spejjeż eliġibbli
L-ispejjeż li ġejjin li jiġġarrbu mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali jistgħu jikkwalifikaw għall-għotjiet taħt l-Artikolu 9:
(a) |
l-ispejjeż tat-teħid ta’ kampjuni tal-annimali; |
(b) |
l-ispejjeż tat-testijiet, bil-kondizzjoni li dawn ikunu limitati għal:
|
(c) |
l-ispejjeż ta’ kumpens għas-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom imbiċċra jew maqtula, fil-limitu tal-valur fis-suq ta’ tali annimali kieku ma ntlaqtux mill-marda; |
(d) |
spejjeż tat-tbiċċir jew il-qtil tal-annimali; |
(e) |
l-ispejjeż ta’ kumpens lis-sidien għall-valur tal-prodotti meqruda tagħhom ta’ oriġini mill-annimali, fil-limitu tal-valur fis-suq ta’ dawk il-prodotti immedjatament qabel ma jkun inħoloq xi suspett tal-marda jew qabel dan is-suspett ikun ġie kkonfermat; |
(f) |
l-spejjeż tax-xiri, il-ħżin, it-tilqim, l-amministrazzjoni jew id-distribuzzjoni ta’ dożi ta’ vaċċin jew vaċċin u lixki użati għall-programmi; |
(g) |
l-ispejjeż ta’ tindif, diżinfezzjoni, diżinsettizzazzjoni tal-azjenda u tat-tagħmir ibbażati fuq l-epidemjoloġija u l-karatteristiċi tal-patoġenu; u |
(h) |
f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, l-ispejjeż li jiġġarrbu fl-implimentazzjoni ta’ miżuri neċessarji oħra għajr dawk imsemmija fil-punti minn (a) sa (g), sakemm tali miżuri jkunu stabbiliti fid-deċiżjoni tal-għotja msemmija fl-Artikolu 13(3) u (4). |
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel paragrafu, il-valur tal-irkupru tal-annimali, jekk ikun hemm, għandu jitnaqqas mill-kumpens.
Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel paragrafu, il-valur tal-irkupru tal-bajd mhux inkubat ittrattat bis-sħana għandu jitnaqqas mill-kumpens.
Artikolu 12
Kontenut u preżentazzjoni tal-programmi nazzjonali
1. Sal-31 ta’ Mejju, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-programmi nazzjonali li għandhom jinbdew fis-sena ta’ wara fir-rigward ta’ dawk li jixtiequ japplikaw għal għotja.
Il-programmi nazzjonali li jiġu ppreżentati wara l-31 ta’ Mejju ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament fis-sena ta’ wara.
2. Il-programmi nazzjonali għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:
(a) |
deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda tal-annimali jew taż-żoonożi qabel id-data tal-bidu tal-programm; |
(b) |
deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi li fihom għandu jiġi applikat il-programm; |
(c) |
it-tul tal-programm; |
(d) |
il-miżuri li se jiġu implimentati; |
(e) |
l-istima baġitarja; |
(f) |
il-miri li għandhom jintlaħqu sad-data tat-tmiem tal-programm u l-benefiċċji mistennija minnu; u |
(g) |
l-indikaturi xierqa biex jitkejjel l-ilħiq tal-miri tal-programm. |
F’kull programm nazzjonali pluriennali, l-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (d) u (f) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi pprovduta għal kull sena koperta mill-programm, fil-każ ta’ tibdiliet sinifikanti meta mqabbla mas-sena preċedenti. L-informazzjoni msemmija fil-punt (e) ta’ dak is-subparagrafu għandha tiġi provduta għal kull sena koperta mill-programm.
3. Jekk l-okkorrenza jew l-iżvilupp ta’ waħda mill-mardiet tal-annimali jew iż-żoonożi elenkati skont l-Artikolu 10 x’aktarx li jkunu ta’ theddida għall-istatus tas-saħħa tal-Unjoni u sabiex l-Unjoni titħares mill-introduzzjoni ta’ waħda minn dawn il-mardiet jew iż-żoonożi, l-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-programmi nazzjonali tagħhom miżuri li għandhom jiġu implimentati fit-territorji ta’ pajjiżi terzi ġirien b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ dawk il-pajjiżi.
Artikolu 13
Evalwazzjoni u approvazzjoni tal-programmi nazzjonali
1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-programmi nazzjonali b’kunsiderazzjoni tal-prijoritajiet u l-kriterji stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma annwali jew pluriennali msemmija fl-Artikolu 36(1).
2. Sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena l-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri:
(a) |
il-lista tal-programmi nazzjonali appovati teknikament u proposti għal kofinanzjament; |
(b) |
l-ammont provviżorju allokat għal kull programm; |
(c) |
il-livell massimu provviżorju tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal kull programm; u |
(d) |
kwalunkwe kondizzjoni provviżorja li għaliha tista’ tkun suġġetta l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. |
3. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-programmi nazzjonali annwali u l-finanzjament assoċjat sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, permezz ta’ deċiżjoni tal-għotja b’rabta mal-miżuri implimentati u l-ispejjeż imġarrba mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. Wara l-preżentazzjoni tar-rapporti intermedji kif imsemmija fl-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista’ temenda tali deċiżjonijiet jekk ikun meħtieġ fir-rigward tal-perjodu kollu ta’ eliġibbiltà.
4. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-programmi nazzjonali pluriennali u l-finanzjament assoċjat sal-31 ta’ Jannar tal-ewwel sena ta’ implimentazzjoni permezz ta’ deċiżjoni tal-għotja b’rabta mal-miżuri implimentati u l-ispejjeż imġarrba mill-1 ta’ Jannar tal-ewwel sena ta’ implimentazzjoni sal-aħħar tal-perjodu ta’ implimentazzjoni.
5. Fil-każ ta’ approvazzjoni ta’ programmi nazzjonali pluriennali skont il-paragrafu 4, l-impenji baġitarji jistgħu jinqasmu f’pagamenti annwali. Fejn l-impenji baġitarji jinqasmu hekk, il-Kummissjoni għandha tikkommetti l-pagamenti annwali filwaqt li tqis il-progress tal-programmi, l-istima tal-ħtiġijiet u l-baġit disponibbli.
Artikolu 14
Rappurtar
Għal kull programm nazzjonali annwali jew pluriennali approvat, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, rapport dettaljat tekniku u finanzjarju annwali. Dak ir-rapport għandu jkopri s-sena preċedenti inklużi r-riżultati miksuba, imkejla abbażi tal-indikaturi msemmija fl-Artikoli 12(2)(g) u rendikont dettaljat tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba.
Barra minn hekk, għal kull programm ta’ stħarriġ nazzjonali annwali approvat, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena, rapport finanzjarju intermedju.
Artikolu 15
Pagamenti
It-talba għal pagament għal sena partikolari fir-rigward ta’ programm nazzjonali għandha tiġi ppreżentata mill-Istat Membru lill-Kummissjoni sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara.
Il-Kummissjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-ispejjeż eliġibbli wara verifika xierqa tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 14.
KAPITOLU II
Is-saħħa tal-pjanti
Artikolu 16
Miżuri eliġibbli
1. L-għotjiet jistgħu jingħataw lill-Istati Membri sar-rati massimi stabbiliti fl-Artikolu 5(1) sa (3) għall-miżuri li ġejjin kontra l-pesti, suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 17:
(a) |
il-miżuri biex jinqered pest minn żona infestata, meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16(1) u (2) tad-Direttiva 2000/29/KE jew skont il-miżuri tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 16(3) ta’ dik id-Direttiva; |
(b) |
il-miżuri biex jitrażżan pest, li jkunu ġew adottati miżuri ta’ trażżin tal-Unjoni kontrih skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/29/KE, f’żona infestata li minnha dak il-pest ma jistax jinqered, meta dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu lill-Unjoni kontra aktar tixrid ta’ dak il-pest. Dawk il-miżuri għandhom jikkonċernaw esklużivament il-qerda ta’ dak il-pest miż-żona ta’ lqugħ f’każ li l-preżenza tiegħu tiġi individwata f’dik iż-żona ta’ lqugħ; |
(c) |
il-miżuri protettivi addizzjonali meħuda kontra t-tixrid ta’ pest, kontra liema ġew adottati miżuri tal-Unjoni skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/29/KE, għajr il-miżuri ta’ qerda msemmija fil-punt (a) u l-miżuri ta’ trażżin imsemmija fil-punt (b), meta dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu lill-Unjoni kontra aktar tixrid ta’ dak il-pest. |
Għotjiet għall-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jingħataw ukoll għall-miżuri meħuda bħala riżultat ta’ preżenza suspettuża ta’ xi pest, kemm-il darba dik il-preżenza tkun sussegwentement ġiet ikkonfermata.
2. L-għotjiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jingħataw ukoll lil Stat Membru li fit-territorju tiegħu mhumiex preżenti l-pesti msemmija fil-paragrafu 1, fejn ittieħdu miżuri kontra d-dħul ta’ dawk il-pesti fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru minħabba l-preżenza tagħhom fi Stat Membru ġar jew f’pajjiż terz ġar li jkun eżatt ħdejn il-fruntieri tiegħu.
3. Jistgħu jingħataw għotjiet lill-Istati Membri fejn, wara l-konferma tal-preżenza ta’ wieħed mill-pesti msemmija fl-Artikolu 17, żewġ Stati Membri jew aktar jikkollaboraw mill-qrib biex iwettqu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.
4. Jistgħu jingħataw ukoll għotjiet fir-rigward tal-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 lil organizzazzjonijiet internazzjonali.
Artikolu 17
Kondizzjonijiet
Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 16 jistgħu jikkwalifikaw għall-għotjiet sakemm ikunu ġew applikati minnufih u d-dispożizzjonijiet applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni ġew imħarsa, u sakemm waħda jew aktar minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ġew sodisfatti:
(a) |
dawn jikkonċernaw il-pesti elenkati fit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness I għad-Direttiva 2000/29/KE u t-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness II tagħha; |
(b) |
dawn jikkonċernaw pesti koperti b’miżura adottata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/29/KE. |
(c) |
dawn jikkonċernaw pesti li għalihom ikunu ġew adottati miżuri skont id-Direttivi 69/464/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE jew 2007/33/KE; jew |
(d) |
dawn jikkonċernaw il-pesti, mhux elenkati fl-Anness I jew fl-Anness II għad-Direttiva 2000/29/KE, li huma suġġetti għal xi miżura adottata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/29/KE u li provviżorjament jikkwalifikaw biex jiġu elenkati fit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness I għad-Direttiva 2000/29/KE u t-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness II tagħha. |
Għall-miżuri li jissodisfaw il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu, l-għotja ma għandhiex tkopri l-ispejjeż imġarrba wara l-iskadenza tal-miżura adottata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/29/KE.
Għall-miżuri li jissodisfaw il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-ewwel paragrafu, l-għotja ma għandhiex tkopri l-ispejjeż imġarrba aktar tard minn sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-miżura adottata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, jew imġarrba wara li jkun skada ż-żmien ta’ dik il-miżura.
Artikolu 18
Spejjeż eliġibbli
1. L-ispejjeż li ġejjin imġarrba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 16 jistgħu jikkwalifikaw għal għotjiet taħt dak l-Artikolu:
(a) |
l-ispejjeż tal-persunal, irrispettivament mill-istatus tiegħu, li jkun direttament involut fil-miżuri, kif ukoll l-ispejjeż ta’ kiri ta’ tagħmir, ta’ oġġetti konsumabbli u ta’ kull materjal ieħor meħtieġ, ta’ prodotti ta’ trattament, tal-kampjunar u tat-testijiet tal-laboratorju; |
(b) |
l-ispejjeż tal-kuntratti tas-servizz ma’ partijiet terzi għall-implimentazzjoni ta’ parti mill-miżuri; |
(c) |
l-ispejjeż ta’ kumpens lill-operaturi jew is-sidien ikkonċernati għat-trattament, il-qerda u t-tneħħija sussegwenti ta’ pjanti, ta’ prodotti tal-pjanti u ta’ oġġetti oħra, u għat-tindif u d-diżinfezzjoni tal-istabbiliment, l-art, l-ilma, il-ħamrija, il-mezzi ta’ tkabbir, il-faċilitajiet, il-makkinarju u t-tagħmir; |
(d) |
l-ispejjeż ta’ kumpens lis-sidien għall-valur tal-pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra li jkunu ġew meqruda suġġetti għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/29/KE, fil-limitu tal-valur tas-suq ta’ tali pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra kieku ma kinux ġew milquta minn dawk il-miżuri; il-valur tas-salvataġġ, jekk ikun il-każ, għandu jitnaqqas mill-kumpens; u |
(e) |
f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, l-ispejjeż imġarrba fl-implimentazzjoni ta’ miżuri neċessarji oħra għajr dawk imsemmija fil-punti (a) sa (d), sakemm tali miżuri jkunu stabbiliti fid-deċiżjoni tal-finanzjament imsemmija fl-Artikolu 36(4). |
Il-kumpens lis-sidien imsemmi fil-punt (c) għandu jkun eliġibbli biss jekk il-miżuri jkunu ġew implimentati taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti.
2. Kif imsemmi fl-Artikolu 130(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-ispejjeż għandhom ikunu eliġibbli mid-data tan-notifika tal-preżenza tal-pesti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawn l-ispejjeż jistgħu jinkludu wkoll l-ispejjeż magħmula bħala riżultat tal-preżenza suspettata tal-pesti, sakemm dik il-preżenza tkun ikkonfermata wara.
3. Wara valutazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-pagamenti ppreżentata mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-impenji baġitarji korrispondenti u l-pagament tan-nefqa eliġibbli.
Artikolu 19
Programmi ta’ stħarriġ eliġibbli
L-għotjiet jistgħu jingħataw lill-Istati Membri għall-programmi ta’ stħarriġ annwali u pluriennali li jwettqu fir-rigward tal-preżenza tal-pesti (“programmi ta’ stħarriġ”), sakemm dawn il-programmi ta’ stħarriġ jikkonformaw mill-inqas ma’ waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:
(a) |
li jkunu jikkonċernaw il-pesti elenkati fit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness I għad-Direttiva 2000/29/KE u t-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness II tagħha; |
(b) |
li jkunu jikkonċernaw pesti koperti b’miżura adottata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/29/KE. |
Għall-pesti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, il-programmi ta’ stħarriġ għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju tad-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid ta’ dawk il-pesti fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat u għandhom bħala minimu jimmiraw lejn il-pesti li joħolqu r-riskji ewlenin u l-ispeċijiet ta’ pjanti ewlenin li huma esposti għal dawn ir-riskji.
Għall-miżuri li jissodisfaw il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, l-għotja ma għandhiex tkopri l-ispejjeż li jkunu saru wara l-iskadenza tal-miżura adottata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/29/KE.
Artikolu 20
Spejjeż eliġibbli
L-ispejjeż li ġejjin imġarrba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ stħarriġ imsemmija fl-Artikolu 19 jistgħu jikkwalifikaw għal għotjiet taħt dak l-Artikolu:
(a) |
l-ispejjeż għat-teħid ta’ kampjuni; |
(b) |
l-ispejjeż tat-testijiet, sakemm dawn ikunu limitati għal:
|
(c) |
f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, l-ispejjeż imġarrba fl-applikazzjoni ta’ miżuri neċessarji oħra għajr dawk imsemmija fil-punti minn (a) sa (b), sakemm tali miżuri jkunu stabbiliti fid-deċiżjoni tal-għotja msemmija fl-Artikolu 22(3) u (4). |
Artikolu 21
Kontenut u preżentazzjoni tal-programmi ta’ stħarriġ
1. Sal-31 ta’ Mejju, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-programmi ta’ stħarriġ li għandhom jinbdew fis-sena ta’ wara fir-rigward ta’ dak li jixtiequ japplikaw għal għotja.
Il-programmi ta’ stħarriġ li jiġu ppreżentati wara l-31 ta’ Mejju ma għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament fis-sena ta’ wara.
2. Il-programmi ta’ stħarriġ għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:
(a) |
il-pesti inklużi fil-programm; |
(b) |
deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi li fihom għandu jiġi applikat il-programm u deskrizzjoni tal-istatus ta’ dawk iż-żoni fir-rigward tal-preżenza tal-pesti kkonċernati; |
(c) |
it-tul tal-programm; |
(d) |
l-għadd ta’ eżamijiet viżwali, kampjuni u testijiet skedati għall-pesti u l-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u l-oġġetti l-oħra kkonċernati; |
(e) |
l-istima baġitarja; |
(f) |
il-miri li għandhom jintlaħqu sad-data tat-tmiem tal-programm u l-benefiċċji mistennija minnu; u |
(g) |
l-indikaturi xierqa biex jitkejjel l-ilħiq tal-miri tal-programm. |
F’kull programm ta’ stħarriġ pluriennali, l-informazzjoni msemmija fil-punti minn (b), (d) u (f) tal-ewwel sottoparagrafu għandha tiġi provduta għal kull sena koperta mill-programm, fil-każ ta’ tibdil sinifikanti meta mqabbel mas-sena preċedenti. L-informazzjoni msemmija fil-punt (e) ta’ dak is-subparagrafu għandha tingħata għal kull sena koperta mill-programm.
Artikolu 22
Evalwazzjoni u approvazzjoni tal-programmi ta’ stħarriġ
1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-programmi ta’ stħarriġ b’kunsiderazzjoni tal-prijoritajiet u l-kriterji stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma annwali jew pluriennali msemmija fl-Artikolu 36(1).
2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena:
(a) |
il-lista tal-programmi ta’ stħarriġ approvati teknikament u proposti għal kofinanzjament; |
(b) |
l-ammont provviżorju allokat għal kull programm; |
(c) |
il-livell massimu provviżorju tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal kull programm; u |
(d) |
kwalunkwe kondizzjoni provviżorja li tista’ tkun suġġetta għaliha l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. |
3. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-programmi ta’ stħarriġ annwali u l-finanzjament assoċjat sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, permezz ta’ deċiżjoni tal-għotja b’rabta mal-miżuri implimentati u l-ispejjeż imġarrba mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. Wara l-preżentazzjoni tar-rapporti intermedji kif imsemmija fl-Artikolu 23, il-Kummissjoni tista’ temenda, jekk ikun meħtieġ, tali deċiżjonijiet fir-rigward tal-perjodu kollu ta’ eliġibbiltà.
4. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-programmi ta’ stħarriġ pluriennali u l-finanzjament assoċjat sal-31 ta’ Jannar tal-ewwel sena ta’ implimentazzjoni permezz ta’ deċiżjoni tal-għotja b’rabta mal-miżuri implimentati u l-ispejjeż imġarrba mill-1 ta’ Jannar tal-ewwel sena ta’ implimentazzjoni sal-aħħar tal-perjodu ta’ implimentazzjoni.
5. Fil-każ ta’ approvazzjoni tal-programmi ta’ stħarriġ pluriennali skont il-paragrafu 4, l-impenji baġitarji jistgħu jinqasmu f’pagamenti annwali. Meta l-impenji baġitarji jinqasmu hekk, il-Kummissjoni għandha tikkommetti l-pagamenti annwali filwaqt li tqis il-progress tal-programmi, l-istima tal-ħtiġijiet u l-baġit disponibbli.
Artikolu 23
Rappurtar
Għal kull programm ta’ stħarriġ nazzjonali annwali jew pluriennali approvat, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, rapport annwali tekniku u finanzjarju dettaljat li jkopri s-sena preċedenti. Dak ir-rapport għandu jinkludi r-riżultati miksuba, imkejla abbażi tal-indikaturi msemmija fl-Artikolu 21(2)(g) u rendikont dettaljat tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba. Barra minn hekk, għal kull programm ta’ stħarriġ annwali approvat, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena, rapport finanzjarju intermedju.
Artikolu 24
Pagamenti
It-talba għal pagament għal sena partikolari fir-rigward ta’ programm ta’ stħarriġ għandha tiġi ppreżentata mill-Istat Membru lill-Kummissjoni sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara.
Il-Kummissjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-ispejjeż eliġibbli wara verifika xierqa tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 23.
Artikolu 25
Miżuri eliġibbli u spejjeż eliġibbli
1. L-għotjiet jistgħu jingħataw lill-Istati Membri għal programmi li huma jwettqu għall-kontroll tal-pesti fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE b’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 (“programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi”). Dawk l-għotjiet għandhom jikkonċernaw l-attivitajiet meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta f’dawk ir-reġjuni tar-regoli, sew jekk huma regoli tal-Unjoni u sew jekk regoli nazzjonali, li jkunu fis-seħħ f’dawk ir-reġjuni, dwar il-kontroll tal-pesti.
2. L-ispejjeż li ġejjin imġarrba mill-Istati Membri għal programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:
(a) |
l-ispejjeż tal-persunal, ikun xi jkun l-istatus tiegħu, direttament involut fl-implimentazzjoni tal-miżuri, kif ukoll l-ispejjeż tal-kiri tat-tagħmir, tal-oġġetti konsumabbli, tal-prodotti ta’ trattament; |
(b) |
l-ispejjeż tal-kuntratti tas-servizz ma’ partijiet terzi għat-twettiq ta’ parti mill-miżuri; |
(c) |
l-ispejjeż tat-teħid ta’ kampjuni; |
(d) |
l-ispejjeż tat-testijiet, sakemm dawn ikunu limitati għal:
|
Artikolu 26
Kontenut u preżentazzjoni tal-programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi
1. Sal-31 ta’ Mejju, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi li għandhom jinbdew fis-sena ta’ wara fir-rigward ta’ dawk li jixtiequ japplikaw għal għotja.
Il-programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi ppreżentati wara l-31 ta’ Mejju ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament fir-rigward tas-sena ta’ wara.
2. Il-programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:
(a) |
il-pesti inklużi fil-programm; |
(b) |
deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi li fihom għandu jiġi applikat il-programm u deskrizzjoni tal-istatus ta’ dawk iż-żoni fir-rigward tal-preżenza tal-pesti kkonċernati; |
(c) |
analiżi teknika tas-sitwazzjoni fitosanitarja reġjonali; |
(d) |
it-tul tal-programm; |
(e) |
l-attivitajiet inklużi fil-programm u, meta rilevanti, l-għadd ta’ eżamijiet viżwali, kampjuni u testijiet skedati għall-pesti u l-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati; |
(f) |
l-istima baġitarja; |
(g) |
il-miri li għandhom jintlaħqu sad-data tat-tmiem tal-programm u l-benefiċċji mistennija minnu; u |
(h) |
l-indikaturi xierqa biex jitkejjel l-ilħiq tal-miri tal-programm. |
F’kull programm pluriennali għar-reġjuni ultraperiferiċi, l-informazzjoni msemmija fil-punti minn (b), (e) u (g) tal-ewwel sottoparagrafu għandha tiġi provduta għal kull sena koperta mill-programm, fil-każ ta’ tibdiliet sinifikanti meta mqabbel mas-sena preċedenti. L-informazzjoni msemmija fil-punt (f) ta’ dak is-subparagrafu għandha tiġi provduta għal kull sena koperta mill-programm.
Artikolu 27
Evalwazzjoni u approvazzjoni tal-programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi
1. Il-programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi għandhom jiġu evalwati billi jitqiesu l-prijoritajiet u l-kriterji stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma annwali jew pluriennali msemmija fl-Artikolu 36(1).
2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena:
(a) |
il-lista tal-programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi approvati teknikament u proposti għal kofinanzjament; |
(b) |
l-ammont provviżorju allokat għal kull programm; |
(c) |
il-livell massimu provviżorju tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal kull programm; u |
(d) |
kwalunkwe kondizzjoni provviżorja li tista’ tkun suġġetta għaliha l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. |
3. Il-programmi annwali għar-reġjuni ultraperiferiċi u l-finanzjament assoċjat għandhom jiġu approvati sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena permezz ta’ deċiżjoni tal-għotja b’rabta mal-miżuri implimentati u l-ispejjeż imġarrba mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. Wara l-preżentazzjoni tar-rapporti intermedji kif imsemmija fl-Artikolu 28, il-Kummissjoni tista’ temenda tali deċiżjonijiet, jekk ikun meħtieġ, fir-rigward tal-perjodu kollu ta’ eliġibbiltà.
4. Il-programmi pluriennali għar-reġjuni ultraperiferiċi u l-finanzjament assoċjat għandhom jiġu approvati sal-31 ta’ Jannar tal-ewwel sena ta’ implimentazzjoni permezz ta’ deċiżjoni tal-għotja b’rabta mal-miżuri implimentati u l-ispejjeż imġarrba mill-1 ta’ Jannar tal-ewwel sena ta’ implimentazzjoni sal-aħħar tal-perjodu ta’ implimentazzjoni.
5. Fil-każ ta’ approvazzjoni tal-programmi ta’ stħarriġ pluriennali skont il-paragrafu 4, l-impenji baġitarji jistgħu jinqasmu f’pagamenti annwali. Fejn l-impenji baġitarji jinqasmu hekk, il-Kummissjoni għandha tikkommetti l-pagamenti annwali filwaqt li tqis il-progress tal-programmi, l-istima tal-ħtiġijiet u l-baġit disponibbli.
Artikolu 28
Rappurtar
Għal kull programm annwali jew pluriennali għar-reġjuni ultraperiferiċi approvat, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, rapport annwali tekniku u finanzjarju dettaljat tas-sena preċedenti. Dak ir-rapport għandu jinkludi r-riżultati miksuba mkejla abbażi tal-indikaturi msemmija fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(2) u rendikont dettaljat tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba.
Barra minn hekk, għal kull programm annwali għar-reġjuni ultraperiferiċi approvat, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena, rapport finanzjarju intermedju.
Artikolu 29
Pagamenti
It-talba għal pagament għal sena partikolari fir-rigward ta’ programm għar-reġjuni ultraperiferiċi għandha tiġi ppreżentata mill-Istat Membru lill-Kummissjoni sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara.
Il-Kummissjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-ispejjeż eliġibbli wara verifika xierqa tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 28.
KAPITOLU III
Appoġġ finanzjarju għal kontrolli uffiċjali u attivitajiet oħra
Artikolu 30
Laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea
1. L-għotjiet jistgħu jingħataw lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għall-ispejjeż li jġarrbu biex jimplimentaw il-programmi ta’ ħidma approvati mill-Kummissjoni.
2. L-ispejjeż li ġejjin jistgħu jkunu eliġibbli għal għotjiet skont il-paragrafu 1:
(a) |
l-ispejjeż tal-persunal, irrispettivament mill-istatus tiegħu, li jkun direttament involut f’attivitajiet tal-laboratorji li jitwettqu fil-kapaċità tagħhom ta’ laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni; |
(b) |
l-ispejjeż ta’ tagħmir kapitali; |
(c) |
l-ispejjeż ta’ oġġetti konsumabbli; |
(d) |
l-ispejjeż tat-twassil ta’ kampjuni, missjonijiet, laqgħat, attivitajiet ta’ taħriġ. |
Artikolu 31
Taħriġ
1. L-Unjoni tista’ tiffinanzja t-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli uffiċjali, kif imsemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, sabiex jiġi żviluppat approċċ armonizzat għall-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti.
2. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa programmi ta’ taħriġ li jidentifikaw il-prijoritajiet għall-intervent, ibbażati fuq ir-riskji identifikati għas-saħħa pubblika, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti.
3. Sabiex ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-Unjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-konoxxenza miksuba permezz tal-attivitajiet ta’ taħriġ imsemmija f’dak il-paragrafu tinxtered kif meħtieġ u li tintuża b’mod xieraq fil-programmi ta’ taħriġ nazzjonali.
4. L-ispejjeż li ġejjin jistgħu jkunu eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1:
(a) |
l-ispiża tal-organizzazzjoni tat-taħriġ, inkluż taħriġ li huwa miftuħ ukoll għal parteċipanti minn pajjiżi terzi, jew tal-attivitajiet ta’ skambju; |
(b) |
l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u s-sussistenza ta’ kuljum tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti li jieħdu sehem fit-taħriġ. |
Artikolu 32
Esperti mill-Istati Membri
Tista’ tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni u tas-sussistenza ta’ kuljum imġarrba mill-esperti tal-Istati Membri b’riżultat tal-ħatra tagħhom mill-Kummissjoni biex jgħinu lill-esperti tagħha kif previst fl-Artikoli 45(1) u 46(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
Artikolu 33
Pjanijiet ta’ kontroll koordinati u ġbir tad-dejta
1. L-għotjiet jistgħu jingħataw lill-Istati Membri għall-ispejjeż imġarrba għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ kontroll koordinati msemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u għall-ġbir tad-dejta.
2. L-ispejjeż segwenti jistgħu jikkwalifikaw għal tali għotjiet:
(a) |
l-ispejjeż tat-teħid ta’ kampjuni u tat-testijiet tal-laboratorju; |
(b) |
l-ispiża tat-tagħmir meħtieġ biex jitwettqu l-ħidmiet tal-kontroll uffiċjali u tal-ġbir tad-dejta. |
KAPITOLU IV
Miżuri oħra
Artikolu 34
Sistemi ta’ ġestjoni tal-informazzjoni
1. L-Unjoni għandha tiffinanzja l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ bażijiet ta’ dejta u sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni tal-informazzjoni ġestiti mill-Kummissjoni, li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1.
2. Tista’ tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ bażijiet ta’ dejta u sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni tal-informazzjoni ta’ partijiet terzi, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, dment li dawk il-bażijiet ta’ dejta u sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni tal-informazzjoni:
(a) |
ikunu taw prova tal-valur miżjud għall-Unjoni kollha kemm hi u jkunu disponibbli fl-Unjoni kollha għall-utenti kollha interessati; u |
(b) |
ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1. |
Artikolu 35
Implimentazzjoni u adattament tar-regoli
1. L-Unjoni tista’ tiffinanzja l-ħidma teknika u xjentifika, inklużi studji u attivitajiet ta’ koordinament, meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tar-regoli fir-rigward tal-oqsma msemmija fl-Artikolu 1 u l-adattament ta’ dawk ir-regoli għall-iżviluppi xjentifiċi, teknoloġiċi u soċjali.
Tista’ tingħata wkoll kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Istati Membri jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali li joperaw fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1 sabiex iwettqu attivitajiet b’appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-regoli fir-rigward ta’ dawk l-oqsma.
2. Jistgħu jingħataw għotjiet għal proġetti organizzati minn Stat Membru wieħed jew aktar bl-għan li titjieb, permezz tal-użu ta’ tekniki u protokolli innovattivi, il-prestazzjoni effiċjenti tal-kontrolli uffiċjali.
3. Tista’ tingħata wkoll kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni bħala appoġġ għall-inizjattivi ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni mill-Unjoni u l-Istati Membri mmirati biex jiżguraw mġiba mtejba, konformi u sostenibbli fl-implimentazzjoni tar-regoli fir-rigward tal-oqsma msemmija fl-Artikolu 1.
TITOLU III
IPPROGRAMMAR, IMPLIMENTAZZJONI U KONTROLL
Artikolu 36
Programmi ta’ ħidma u kontribuzzjonijiet finanzjarji
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu programmi ta’ ħidma annwali jew pluriennali komuni jew separati għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fit-Titolu II, għajr il-Kapitolu I, Taqsima 1, u l-Kapitolu II, Taqsima 1 tagħhom. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 41(2)
2. Il-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-objetttivi operazzjonali segwiti, li għandhom ikunu konformi mal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 2, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta’ implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-miżuri li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull miżura u skeda ta’ żmien indikattiva għall-implimentazzjoni. Fir-rigward tal-għotjiet dawn għandhom jinkludu l-azzjonijiet prijoritarji, il-kriterji ta’ evalwazzjoni, ir-rata ta’ finanzjament u l-lista indikattiva tal-miżuri eliġibbli u l-ispejjeż, skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-programmi ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fit-Titolu II, Kapitolu I, Taqsima 2, u fit-Titolu II, Kapitolu II, Taqismiet 2 u 3, għandhom jiġu adottati sat-30 ta’ April tas-sena qabel l-eżekuzzjoni tagħhom, kemm-il darba jiġi adottat l-abbozz ta’ baġit. Dawk il-programmi ta’ ħidma għandhom jirriflettu l-prijoritajiet kif stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament.
4. Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza msemmija fit-Titolu II, Kapitolu I, Taqsima 1, u fit-Titolu II, Kapitolu II, Taqsima 1, jew meta jkun meħtieġ reazzjoni għall-iżviluppi mhux prevedibbl, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-deċiżjoni tagħha dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 41(2).
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri għas-sottomissjoni mill-Istati Membri ta’ applikazzjonijiet, rapporti u talbiet għal pagament għall-għotjiet imsemmija fit-Titolu II, Kapitolu I, Taqsimiet 1 u 2, u fit-Titolu II, Kapitolu II, Taqsimiet 1, 2 u 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 41(2).
Artikolu 37
Verifiki fil-post mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni tista’ torganizza verifiki fil-post fl-Istati Membri u fl-istabbilimenti tal-benefiċjarji bil-ħsieb li tivverifika b’mod partikolari:
(a) |
l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri li jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni; |
(b) |
il-konformità tal-prattiki amministrattivi mar-regoli tal-Unjoni; |
(c) |
l-eżistenza ta’ dokumenti ġustifikattivi meħtieġa u l-korrelazzjoni tagħhom mal-miżuri li jibbenefikaw minn kontribuzzjoni tal-Unjoni. |
Artikolu 38
Aċċess għall-informazzjoni
L-Istati Membri u l-benefiċjarji għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jivverifikaw l-implimentazzjoni tal-miżuri u għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiffaċilitaw il-kontrolli li l-Kummissjoni tqis li huma xierqa b’rabta mal-ġestjoni tal-finanzjament tal-Unjoni, li jinkludu verifiki fil-post.
Artikolu 39
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li, meta l-miżuri ffinanzjati skont dan ir-Regolament jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, fejn jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-fondi mħallsa bi żball u, meta jkun xieraq, permezz ta’ penali effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandhom is-setgħa li jagħmlu awditjar, fuq il-bażi ta’ dokumenti u fil-post, fuq il-benefiċjarji kollha tal-għotjiet ta’ flus, il-korpi ta’ implimentazzjoni, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi li jkunu rċevew fondi mill-Unjoni skont dan ir-Regolament.
L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) huwa awtorizzat li jagħmel verifiki u ispezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament minn tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (24) bl-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni jew kuntratt li jikkonċernaw il-finanzjament tal-Unjoni.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel u t-tieni sottoparagrafi, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, ftehimiet ta’ għotja, deċiżjonijiet ta’ għotja u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jagħtu s-setgħa b’mod espliċitu lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu awditjar, verifiki u ispezzjonijiet fil-post.
TITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 40
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati kif imsemmija fl-Artikoli 7(2) u 10(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ seba’ snin mit-30 ta' Ġunju 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ seba’ snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw tali estensjoni sa mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7(2) u 10(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 10(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 41
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Fejn ikun meħtieġ li tinkiseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta’ proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta’ żmien għall-ħruġ tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk, jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat jitolbu hekk.
Artikolu 42
Evalwazzjoni
1. Sat-30 ta’ Ġunju 2017 il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu dwar jekk, f’termini tar-riżultati u l-impatti tagħhom, il-miżuri msemmija fil-Kapitoli I u II tat-Titolu II u fl-Artikoli 30 u 31 tal-Kapitolu III jilħqux l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2(1), fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud tagħhom, fil-livell tal-Unjoni. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jindirizza wkoll l-iskop għas-simplifikazzjoni, il-kontinwazzjoni tar-rilevanza tal-objettivi kollha, u l-kontribuzzjoni tal-miżuri għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Din għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni dwar l-impatt fit-tul tal-miżuri li jkunu ttieħdu qabel. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattivi biex jiġi emendat dan ir-Regolament.
2. Sat-30 ta’ Ġunju 2022 il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ex-post tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. L-evalwazzjoni ex-post għandha teżamina l-effikaċja u l-effiċjenza tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 1 u l-impatt tagħha.
3. L-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom iqisu l-progress li sar billi jintużaw l-indikaturi msemmija fl-Artikolu 2(2).
4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Artikolu 43
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
1. Fejn ikun xieraq, il-benefiċjarji u l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ssir pubbliċità adegwata għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija skont dan ir-Regolament sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf bir-rwol tal-Unjoni fil-finanzjament tal-miżuri.
2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-miżuri ffinanzjati u r-riżultati. Barra minn hekk, il-baġit allokat għall-komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jkopri wkoll il-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni.
Artikolu 44
Tħassir
1. Id-Deċiżjonijiet 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE jitħassru.
2. Ir-referenzi għad-Deċiżjonijiet 66/399/KEE u 76/894/KEE għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.
3. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni 2009/470/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament
Artikolu 45
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Il-programmi nazzjonali tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament, sottomessi lill-Kummissjoni fl-2012 għall-implimentazzjoni fl-2013, dawk sottomessi fl-2013 għall-implimentazzjoni fl-2014, u dawk sottomessi sat-30 ta’ April 2014 għall-implimentazzjoni fl-2015, għandhom, jekk ikunu approvati, ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-Unjoni abbażi tal-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE.
Għall-programmi nazzjonali implimentati fl-2013 u l-2014, l-Artikolu 27(7) u (8) ta’ dik id-Deċiżjoni għandhom ikomplu japplikaw.
Għall-programmi nazzjonali implimentati fl-2015, l-Artikolu 27(2) ta’ dik id-Deċiżjoni għandu jkompli japplika.
2. Il-programmi ta’ stħarriġ tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament, sottomessi lill-Kummissjoni sat-30 ta’ April 2014 għall-implimentazzjoni fis-sena 2015, għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-Unjoni abbażi tal-Artikolu 23(6) tad-Direttiva 2000/29/KE. Għal dawk il-programmi ta’ stħarriġ għandu jkompli japplika l-Artikolu 23(6) ta’ dik id-Direttiva.
3. Għall-applikazzjonijiet mill-Istati Membri għal finanzjament mill-Unjoni għall-miżuri ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament, sottomessi lill-Kummissjoni sat-30 ta’ April 2014, għandhom ikomplu japplikaw l-Artikoli 22 u 24 tad-Direttiva 2000/29/KE.
Artikolu 46
Emenda għad-Direttiva 98/56/KE
Id-Direttiva 98/56/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘1. Il-Kumitat għandu jkun megħjun mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**). (*) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1)." (**) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).’" |
(2) |
Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”. |
Artikolu 47
Emenda għad-Direttiva 2000/29/KE
Id-Direttiva 2000/29/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 13c jitħassar il-paragrafu 5. |
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu li jmiss: ‘Artikolu 15a L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull min ikun konxju tal-preżenza ta’ pest elenkat fl-Anness I jew l-Anness II jew pest kopert minn miżura skont l-Artikolu 16(2) jew 16(3), jew għandu raġuni li jissuspetta tali preżenza, għandu jinnotifika, bil-miktub, lill-awtorità kompetenti fi żmien għaxart ijiem kalendarji, u, jekk dan ikun mitlub minn dik l-awtorità kompetenti, għandu jipprovdi l-informazzjoni li tikkonċerna dik il-preżenza li tkun fil-pussess tiegħu.’. |
(3) |
L-Artikoli minn 22 sa 26 jitħassru. |
Artikolu 48
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 178/2002
Fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, minn hawn ‘il quddiem jissemma bħala il-“Kumitat”. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***). Il-Kumitat għandu jkun organizzat f’taqsimiet biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet kollha rilevanti.
Ir-referenzi kollha fid-dritt tal-Unjoni għall-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-Kumitat imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 49
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 882/2004
L-Artikolu 66 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jitħassar.
Artikolu 50
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 396/2005
Il-Kapitolu VII tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jitħassar.
Artikolu 51
Emenda għad-Direttiva 2008/90/KE
Fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2008/90/KE, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘1. Il-Kumitat għandu jkun megħjun mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*****).
Artikolu 52
Emenda għad-Direttiva 2009/128/KE
L-Artikolu 22 tad-Direttiva 2009/128/KE jitħassar.
Artikolu 53
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009
L-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jitħassar.
Artikolu 54
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mit-30 ta' Ġunju 2014.
Madankollu, il-punt (d) tal-Artikolu 18(1) u l-punt (2) tal-Artikolu 47 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) ĠU C 67, 6.3.2014, p. 166.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ April 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2014.
(3) Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
(6) Direttiva tal-Kunsill 69/464/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1969 dwar il-kontroll tal-marda tal-ġlata tal-patata (ĠU L 323, 24.12.1969, p. 1).
(7) Direttiva tal-Kunsill 93/85/KEE tal-4 ta’ Ottubru 1993 dwar il-kontroll tat-tħassir forma ta’ ċirku tal-patata (ĠU L 259, 18.10.1993, p. 1).
(8) Direttiva tal-Kunsill 98/57/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-kontroll tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. (ĠU L 235, 21.8.1998, p. 1).
(9) Direttiva tal-Kunsill 2007/33/KE tal-11 ta’ Ġunju 2007 dwar il-kontroll ta’ nematodi taċ-ċisti fil-patata u li tħassar id-Direttiva 69/465/KEE (ĠU L 156, 16.6.2007, p. 12).
(10) Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).
(11) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(12) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30).
(13) Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58).
(14) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(15) Deċiżjoni tal-Kunsill 66/399/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar l-iffurmar tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Foresterija (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2289/66).
(16) Deċiżjoni tal-Kunsill 76/894/KEE tat-23 ta’ Novembru 1976 li waqqfet Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti (ĠU L 340, 9.12.1976, p. 25).
(17) Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-marketing tal-materjali tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali (ĠU L 226, 13.8.1998, p. 16).
(18) Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 taa’ Settembru 2008 dwar il-marketing tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8).
(19) Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(20) Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, is-saħħa tal-annimali u r-regoli tal-benesseri tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
(21) Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
(22) Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).
(23) Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(24) Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
ANNESS I
Mard tal-annimali msemmi fl-Artikolu 7
— |
Pesta tal-ifrat |
— |
Pesta tan-nagħaġ u tal-mogħoż |
— |
Marda vexxikuluża tal-ħnieżer |
— |
Marda tal-ilsien blu |
— |
Marda ta’ Teschen |
— |
Ġidri tan-nagħaġ u tal-mogħoż |
— |
Deni tal-Wied tar-Rift |
— |
Dermatite nodulari li tittieħed (lumpy skin) |
— |
Marda Afrikana taż-żwiemel |
— |
Stomatite vexxikuluża |
— |
Enċefalomjelite ekwina Veneżwelana |
— |
Marda emorraġika epiżootika taċ-ċriev |
— |
Deni klassiku tal-ħnieżer |
— |
Deni Afrikan tal-ħnieżer |
— |
Plewropolmonite li tittieħed tal-bhejjem tal-ifrat |
— |
Influwenza avjarja |
— |
Marda ta’ Newcastle |
— |
Marda tal-ilsien u d-dwiefer |
— |
Nekrożi ematopojetika epiżootika fil-ħut (EHN) |
— |
Sindromu ulċerattiv epiżootiku fil-ħut (EUS) |
— |
Infezzjoni bil-Bonamia exitiosa |
— |
Infezzjoni bil-Perkinsus marinus |
— |
Infezzjoni bil-Microcytos mackini |
— |
Sindromu Taura fil-krustaċji |
— |
Marda Yellowhead fil-krustaċji. |
ANNESS II
Mard tal-annimali u żoonożi msemmija fl-Artikolu 10
— |
Tuberkulożi bovina |
— |
Bruċellożi bovina |
— |
Bruċellożi ovina u kaprina (B. melitensis) |
— |
Marda tal-ilsien blu f’żoni endemiċi jew b’riskju għoli |
— |
Deni Afrikan tal-ħnieżer |
— |
Marda vexxikuluża tal-ħnieżer |
— |
Deni klassiku tal-ħnieżer |
— |
Antraċe |
— |
Plewropolmonite li tittieħed tal-bhejjem tal-ifrat |
— |
Influwenza avjarja |
— |
Rabja |
— |
Ekinokokkożi |
— |
Enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE) |
— |
Kampilobatterjożi |
— |
Listerjożi |
— |
Salmonellożi (salmonella żoonotika) |
— |
Trikinellożi |
— |
E. coli produtturi ta’ verotossini |
— |
Settiċemija emorraġika virali (VHS) |
— |
Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN) |
— |
Virus erpetiku tal-karpjun koi (KHV) |
— |
Anemija infettiva tas-salamun (ISA) |
— |
Infezzjoni bil-Marteilia refringens |
— |
Infezzjoni bil-Bonamia ostreae |
— |
Marda tal-ponot bojod fil-krustaċji. |
ANNESS III
Prijoritajiet għall-programmi ta’ ħidma tal-Kummissjoni msemmija fit-Titolu II, Kapitolu I, Taqsima 2, u fit-Titolu II, Kapitolu II, Taqsimiet 2 u 3
Prijoritajiet għall-appoġġ finanzjajru tal-Unjoni, fir-rigward tal-orjentazzjoni tal-programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u s-sorveljanza tal-mard tal-annimali u taż-żoonożi:
— |
mard b’impatt fuq is-saħħa tal-bniedem; |
— |
mard b’impatt fuq is-saħħa tal-annimali, b’kunsiderazzjoni tat-tixrid potenzjali tiegħu u r-rati ta’ morbidità u mortalità fil-popolazzjoni tal-annimali; |
— |
mard u żoonożi li għandhom ir-riskju li jidħlu u/jew li jerġgħu jidħlu fit-territorju tal-Unjoni minn pajjiżi terzi; |
— |
mard li għandu l-potenzjal li jiġġenera sitwazzjoni ta’ kriżi b’konsegwenzi ekonomiċi serji; |
— |
mard b’impatt fuq il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi u kummerċ bejn l-Istati Membri stess tal-UE. |
Prijoritajiet għall-appoġġ finanzjajru tal-Unjoni fir-rigward tal-orjentazzjoni tal-programmi nazzjonali għal stħarriġ tal-pesti għall-protezzjoni tat-territorju tal-Unjoni:
— |
pesti elenkati fl-Anness I, Parti A, Taqsima I, u fl-Anness II, Parti A, Taqsima I, għad-Direttiva 2000/29/KE li mhumiex magħrufa li jokkorru fit-territorju tal-Unjoni; |
— |
pesti suġġetti għall-miżuri tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/29/KE; |
— |
pesti li mhumiex elenkati fid-Direttiva 2000/29/KE u li jirrappreżentaw periklu imminenti għat-territorju tal-Unjoni; |
— |
pesti li għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw sitwazzjoni ta’ kriżi b’konsegwenzi ekonomiċi u ambjentali serji; |
— |
pesti b’impatt fuq il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri stess tal-UE. |
Prijoritajiet għall-appoġġ finanzjajru tal-Unjoni fir-rigward tal-orjentazzjoni tal-programmi nazzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi:
— |
miżuri kontra l-pesti assoċjati mal-importazzjonijiet lejn dawk ir-reġjuni u l-klima fihom; |
— |
metodi biex jiġu miġġielda dawk il-pesti; |
— |
miżuri kontra l-pesti elenkati skont ir-regoli dwar il-pesti tal-pjanti li hemm fis-seħħ f’dawk ir-reġjuni. |
DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI
dwar il-proċeduri għall-approvazzjoni tal-programmi veterinarji u fitosanitarji
Sabiex tinforma aħjar lill-Istati Membri, il-Kummissjoni se ssejjaħ laqgħa fis-sena tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf li sejra tiffoka fuq l-eżitu tal-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-programmi. Dik il-laqgħa ssir mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru tas-sena qabel l-implimentazzjoni tal-programmi.
B’rabta ma’ dik il-laqgħa, il-Kummissjoni se tippreżenta l-lista tal-programmi approvati teknikament u proposti għall-kofinanzjament. Id-dettalji finanzjarji u tekniċi se jiġu diskussi mad-delegazzjonijiet nazzjonali, u jitqiesu l-kummenti tagħhom.
Barra minn hekk, qabel ma tieħu d-deċiżjoni finali tagħha dwar dan, il-Kummissjoni sejra, matul il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf f’Jannar, tikkomunika lill-Istati Membri l-lista finali tal-programmi magħżula għall-kofinanzjament u l-ammont finali allokat għal kull programm.
Ix-xogħol preparatorju għat-tfassil tal-programm ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikoli 9, 19 u 25 se jitwettaq mal-esperti tal-Istati Membri kmieni fi Frar ta’ kull sena sabiex l-Istati Membri jingħataw l-informazzjoni rilevanti biex jistabbilixxu l-programmi tal-qerda u s-sorveljanza.