Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0559

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas- 6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108–129 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2021; Imħassar b' 32021R2085

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/559/oj

    7.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 169/108


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 559/2014

    tas-6 ta' Mejju 2014

    li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Sħubiji pubbliċi-privati fl-għamla ta’ Inizjattivi Konġunti dwar it-Teknoloġija inizjalment kienu previsti fid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE (3) identifikati sħubijiet pubbliċi-privati speċifiċi li għandhom jiġu appoġġati, inklużi sħubija pubblika-privata fil-qasam speċifiku tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu.

    (3)

    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ‘Ewropa 2020 Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv’, (l-“Istrateġija Ewropa 2020”), tenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati kondizzjonijiet favorevoli għall-investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni biex fl-Unjoni jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill approvaw l-Istrateġija Ewropa 2020.

    (4)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (“Orizzont 2020”) għandu l-għan li jinkiseb impatt akbar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jgħaqqad il-fondi tal-Orizzont 2020 u dawk tas-settur privat fi sħubiji pubbliċi-privati f’oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-miri tal-kompetittività usa’ tal-Unjoni, jistimulaw l-investiment privat, u jgħinu jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà. Dawn is-sħubiji għandhom ikunu bbażati fuq impenn fit-tul, inkluża kontribuzzjoni bilanċjata mill-imsieħba kollha, ikunu responsabbli għall-kisba tal-miri tagħhom u jkunu allinjati mal-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni dwar ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Il-governanza u l-funzjonament ta’ dawk is-sħubijiet għandhom ikunu miftuħa, trasparenti, effettivi u effiċjenti u jagħtu l-opportunità li tipparteċipa medda wiesgħa ta’ partijiet interessati attivi fl-oqsma speċifiċi tagħhom. Skont ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013, l-involviment tal-Unjoni f’dawk is-sħubijiet pubbliċi-privati jista’ jieħu l-forma ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji għal impriżi konġunti stabbiliti abbażi tal-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea skont id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE.

    (5)

    F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE (5) għandu jingħata aktar appoġġ għall-impriżi konġunti stabbiliti taħt id-Deċiżjoni (UE) Nru 1982/2006/KE taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE.

    (6)

    L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 (6) wriet il-potenzjal tal-idroġenu bħala mezz għat-twassil tal-enerġija, u taċ-ċelloli tal-fjuwil bħala konvertituri tal-enerġija, biex joffru t-triq għal sistemi nodfa li jnaqqsu l-emissjonijiet, itejbu s-sigurtà tal-enerġija, u jistimulaw l-ekonomija. L-evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu stipulata fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni “Is-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni” wriet li l-Impriża Konġunta serviet bħala pjattaforma għall-ħolqien ta’ sħubija b’saħħitha, biex ikun immobilizzat il-finanzjament pubbliku u privat u għal involviment qawwi mill-industrija, b’mod partikolari l-SMEs. Dik l-evalwazzjoni rrakkomandat ukoll żieda fl-attivitajiet relatati mal-produzzjoni, il-ħażna u t-tqassim tal-idroġenu li saret dwar l-objettivi l-ġodda. Iż-żona ta’ riċerka tal-Impriża Konġunta għalhekk għandha tkompli tiġi appoġġata bil-għan li jkun żviluppat portafoll ta’ soluzzjonijiet nodfa, effiċjenti u affordabbli sal-punt tal-introduzzjoni fis-suq.

    (7)

    Għal dik il-fini, għandha titwaqqaf Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (l-“Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2”) u tieħu post u tiġi wara l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu.

    (8)

    L-appoġġ kontinwu għall-programm ta’ riċerka dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għandu jikkunsidra wkoll l-esperjenza miksuba mill-attivitajiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, inklużi r-riżultati tal-ewwel evalwazzjoni interim tal-Kummissjoni u r-riżultati tar-rakkomandazzjonijiet tal-partijiet interessati. Dak l-appoġġ kontinwu għandu jiħi implimentat bl-użu ta’ struttura u regoli iktar xierqa għall-għanijiet tagħha biex issaħħaħ l-effiċjenza u tiżgura s-simplifikazzjoni. Għal dak l-għan, l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tadotta regoli finanzjarji speċifiċi għall-ħtiġijiet tagħha skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament (7).

    (9)

    Il-Membri li mhumiex l-Unjoni tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu esprimew bil-miktub il-qbil tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet ta’ riċerka fil-qasam tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu li għandu jiġi segwit fi ħdan struttura aktar adattata għan-natura ta’ sħubija pubblika-privata. Huwa adatt li l-Membri għajr l-Unjoni tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 jaċċettaw l-istatuti stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament permezz ta’ ittra ta’ approvazzjoni.

    (10)

    Sabiex jinkisbu l-objettivi tagħha, l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju, prinċipalment fil-forma ta’ għotjiet lill-parteċipanti wara sejħiet miftuħa u kompetittivi għal proposti.

    (11)

    Il-kontribuzzjonijiet minn Membri għajr l-Unjoni u l-entitajiet kostitwenti tagħhom jew l-entitatjiet affiljati tagħhom ma għandhomx ikunu limitati biss għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u għall-konfinanzjament mitlub biex jitwettqu azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu. Il-kontribuzzjonijiet tagħhom għandhom ikopru wkoll attivitajiet addizzjonali li jridu jidħlu għalihom il-Membri għajr l-Unjoni jew l-entitajiet kostitwenti tagħhom jew l-entitajiet affiljati tagħhom, kif speċifikat fi pjan annwali tal-attivitajiet addizzjonali. Sabiex tinkiseb stampa ġenerali tajba tal-effett ta’ ingranaġġ ta’ dawk l-attivitajiet addizzjonali, għandhom jirrappreżentaw kontribuzzjonijiet għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta usa’ taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu.

    (12)

    Kwalunkwe istituzzjoni eliġibbli tista’ tipparteċipa jew issir koordinatur fil-proġetti magħżula. Skont ir-rekwiżiti ta’ politika speċifika jew in-natura u l-objettiv tal-azzjoni stipulati fil-pjan ta’ ħidma, jista’ jkun meħtieġ li l-parteċipanti jkunu entitajiet kostitwenti ta’ Membru għajr l-Unjoni, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

    (13)

    Il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, b’mod partikolari, il-fatt li sal-lum dan is-settur għadu kwistjoni prematura, mingħajr qligħ ċert fuq l-investiment u li l-benefiċċji prinċipali tiegħu huma soċjetali, jiġġustifikaw li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni tkun ogħla mill-kontribuzzjonijiet mill-Membri għajr l-Unjoni. Sabiex tinkoraġġixxi rappreżentanza usa’ tal-gruppi li huma membri tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u li tappoġġa l-parteċipazzjoni ta’ entitajiet kostitwenti ġodda tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun maqsuma f’żewġ ħlasijiet parzjali, bit-tieni wieħed ikun kundizzjonali fuq impenji addizzjonali, b’mod partikolari minn entitajiet kostitwenti ġodda.

    (14)

    Fil-valutazzjoni tal-impatt globali dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, ser jiġu kkunsidrati l-investimenti mill-entitajiet ġuridiċi kollha għajr l-Unjoni li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Inizjattiva Teknoloġika fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu. L-ispejjeż li jġarrbu l-entitajiet ġuridiċi kollha għal attivitajiet addizzjonali li mhumiex fil-pjan ta’ ħidma tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandhom jiġu ddikjarati meta jiġu ffirmati l-ftehimiet ta’ għotja. Dawn l-investimenti globali tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu mistennija li jammontaw għal mill-inqas EUR 665 miljun.

    (15)

    Il-parteċipazzjoni f’azzjonjiet diretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 1290/2013. Barra minn hekk, l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dawk ir-regoli bbażati fuq miżuri rilevanti adottati mill-Kummissjoni.

    (16)

    L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tuża wkoll mezzi elettroniċi ġestiti mill-Kummissjoni sabiex jiġu żgurati l-ftuħ u t-trasparenza u l-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni. Għalhekk, is-sejħiet għal proposti li tnedew mill-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandhom jiġu ppubblikati wkoll fuq il-portal uniku għall-parteċipanti kif ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi oħra tad-disseminazzjoni tal-Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, data rilevanti fost l-oħrajn dwar proposti, applikanti, għotjiet u parteċipanti għandha tkun disponibbli mill-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għall-inklużjoni tar-rappurtar u d-disseminazzjoni ta’ sistemi elettroniċi fl-Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni, f’format adatt u bil-perjodiċità li tikkorrispondi għall-obbligi tar-rappurtar tal-Kummissjoni.

    (17)

    L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tieħu kont tad-definizzjonijiet tal-OECD rigward il-Livell ta’ Tlestija Teknoloġika (Technological Readiness Level) fil-klassifikazzjoni tar-riċerka teknoloġika, l-iżvilupp tal-prodotti u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni.

    (18)

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun immexxija skont il-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba u bir-regoli rilevanti dwar ġestjoni indiretta stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament Delegat mill-Kummissjoni (UE) (9).

    (19)

    Għall-fini ta’ simplifikazzjoni, il-piż amministrattiv għandu jitnaqqas għall-partijiet kollha. L-awditi doppji u ammont sproporzjonat ta’ dokumentazzjoni u rappurtar għandhom jiġu evitati. L-awditi ta’ riċevituri tal-fondi tal-Unjoni taħt dan ir-Regolament għandhom isiru f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1291/2013.

    (20)

    L-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Membri l-oħra tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandhom jiġu mħarsa permezz ta’ miżuri proporzjonali tul iċ-ċiklu tal-infiq kollu kemm hu, li jinkludi l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod ħażin u, fejn xieraq, pieni amministrattivi u finanzjarji skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

    (21)

    L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess setgħat fuq l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.

    (22)

    Minħabba n-natura speċifika u l-istatus attwali tal-impriżi konġunti, u sabiex tiġi żgurata l-kontinwità mas-Seba’ Programm Qafas, l-impriżi konġunti għandhom jibqgħu jkunu soġġetti għal kwittanza separata. Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 60(7) u 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha għalhekk tingħata mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Għalhekk, ir-rekwiżiti ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 m’għandhomx japplikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 iżda għandhom ikunu allinjati safejn ikun l-aktar possibbli ma’ dawk previsti għal korpi taħt l-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Il-verifika tal-kontijiet u tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti għandha titwettaq mill-Qorti tal-Awdituri.

    (23)

    L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha topera b’mod miftuħ u trasparenti waqt li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha fil-ħin lill-korpi adatti tagħha kif ukoll tippromwovi l-attivitajiet tagħha, inkluż attivitajiet ta’ informazzjoni u disseminazzjoni lill-pubbliku ġenerali. Ir-regoli ta’ proċedura tal-korpi tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

    (24)

    L-Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-għeluq tal-qasma fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Unjoni permezz tal-promozzjoni tas-sinerġiji mal-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment (ESIF). Għalhekk l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tara li tiżviluppa interazzjonijiet mill-qrib mal-ESIF, li speċifikament jistgħu jgħinu biex isaħħu kapaċitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni lokali, reġjonali u nazzjonali fil-qasam tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 u jsostnu sforzi ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti.

    (25)

    L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 ġiet stabbilita għall-perijodu sal-31 ta’ Diċembru 2017. L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tipprovdi appoġġ kontinwu lill-programm tar-riċerka taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġen permezz tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li fadal inizjati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 521/2008 u f’konformità ma’ dak ir-Regolament. It-transizzjoni mill-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għall-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandha tkun allinjata u sinkronizzata mat-transizzjoni mis-Seba’ Programm ta’ Qafas għall- Orizzont 2020 biex ikun assigurat l-aqwa użu tal-iffinanzjar disponibbli għar-riċerka. Fl-interess taċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali, ir-Regolament (KE) Nru 521/2008 għandu għalhekk jiġi revokat u għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet transizzjonali.

    (26)

    Minħabba l-għan ġenerali tal-Orizzont 2020 li jinkisbu aktar simplifikazzjoni u koerenza, is-sejħiet kollha għal proposti taħt l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għandhom jieħdu kont tat-tul ta’ żmien tal-Orizzont 2020.

    (27)

    Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 sabiex issaħħaħ ir-riċerka u l-innovazzjoni industrijali madwar l-Unjoni ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ iktarx, jinkiseb billi tiġi evitata duplikazzjoni, tinżamm massa kritika u jkun żgurat li jintuża finanzjament pubbliku bl-aqwa mod, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stipulati fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jinkiseb dak l-objettiv.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Stabbiliment

    1.   Għall-implimentazzjoni tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, impriża konġunta fis-sens tal-Artikolu 187 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (minn issa ‘l quddiem l-‘Impriża Konġunta FCH 2’), hija stabbilita għall-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2024. Sabiex jittieħed kont tat-tul ta’ żmien tal- Orizzont 2020, is-sejħiet għal proposti mill-Impriża Konġunta FCH 2 għandhom jitnedew mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020. F’każijiet debitament ġustifikati s-sejħiet għal proposti jistgħu jitnedew sal-31 ta’ Diċembru 2021.

    2.   L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 tieħu post u tiġi wara l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli u tal-Fjuwil u l-Idroġenu stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 521/2008.

    3.   L-Impriża Konġunta FCH 2 għandha tkun korp fdat bl-implimentazzjoni tas-sħubija pubblika-privata msemmi fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

    4.   L-Impriża Konġunta FCH 2 għandu jkollha personalità ġuridika. F’kull wieħed mill-Istati Membri, għandha tgawdi l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lil persuni legali skont il-liġijiet ta’ dawk l-Istati Membri. B’mod partikolari, hija tista’ tikseb jew tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tista’ tkun parti waqt proċedimenti legali.

    5.   Is-sede tal-Impriża Konġunta FCH 2 ser tkun fi Brussell, il-Belġju.

    6.   L-Istatuti tal-Impriża Konġunta FCH 2 huma stabbiliti fl-Anness.

    Artikolu 2

    Objettivi

    1.   L-Impriża Konġunta FCH 2 għandu jkollha l-objettivi li ġejjin:

    (a)

    li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013, u b’mod partikolari l-Enerġija sikura, nadifa u effiċjenti u Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat taħt il-Parti III tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE;

    (b)

    li tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, permezz tal-iżvilupp ta’ settur taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu qawwi, sostenibbli u kompetittiv globalment fl-Unjoni.

    2.   B’mod partikolari, għandha l-għan li:

    (a)

    tnaqqas l-ispiża tas-sistemi tal-produzzjoni taċ-ċelloli tal-fjuwil li jintużaw f’applikazzjonijiet fit-trasport, filwaqt li żżid it-tul tal-ħajja tagħhom għal livelli li jistgħu jikkompetu mat-teknoloġiji konvenzjonali,

    (b)

    iżżid l-effiċjenza elettrika u t-tul ta’ żmien (durabbilità) ta’ ċelloli differenti tal-fjuwil użati għall-produzzjoni tal-enerġija għal livelli li jistgħu jikkompetu mat-teknoloġiji konvenzjonali filwaqt li jitnaqqsu l-ispejjeż,

    (c)

    iżżid l-effiċjenza enerġetika tal-produzzjoni tal-elettriku, prinċipalment mill-elettroliżi tal-ilma u sorsi rinnovabbli filwaqt li tnaqqas l-ispejjeż operattivi u kapitali, biex b’hekk il-kombinazzjoni tas-sistema tal-produzzjoni tal-idroġenu u l-konverżjoni bl-użu tas-sistema taċ-ċelloli tal-fjuwil tista’ tikkompeti mal-alternattivi għall-produzzjoni tal-idroġenu disponibbli fis-suq;

    (d)

    turi fuq skala kbira l-fattibbiltà tal-użu tal-idroġenu biex jappoġġa l-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fis-sistemi tal-enerġija, inkluż permezz tal-użu tiegħu bħala mezz ta’ ħżin tal-enerġija kompetittiv għal elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;

    (e)

    tnaqqas l-użu ta’ “Materja prima kritika” definita mill-UE, pereżempju permezz ta’ riżorsi li ma fihomx platinu jew li fihom livell baxx ta’ platinu u permezz tar-riċiklaġġ jew it-tnaqqis jew billi jiġi evitat l-użu ta’ elementi terrestri rari.

    Artikolu 3

    Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni

    1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjonigħall-Impriża Konġunta FCH 2, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi u spejjeż operattivi, għandha tkun sa EUR 665 000 000, u għandha tikkonsisti f’dan li ġej:

    (a)

    sa EUR 570 000 000 li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni kommessa mill-Membri tal-Impriża Konġunta FCH 2 għajr l-Unjoni jew l-entitajiet kostitwenti jew l-entitajiet kostitwenti tagħhom skont l-Artikolu 4(1),

    (b)

    sa EUR 95 000 000 biex tlaħħaq ma’ kwalunkwe kontribut addizzjonali kommess mill-Membri tal-Impriża Konġunta FCH 2 għajr l-Unjoni jew l-entitajiet kostitwenti jew l-entitajiet kostitwenti tagħhom fuq l-ammont minimu speċifikat fl-Artikolu 4(1).

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokat għall-Programm Speċifiku Orizzont 2020 li jimplimenta l- Orizzont 2020 skont il-punt (c)(iv) tal-Artikolu 58(1) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għall-korpi msemmija fl-Artikolu 209 ta’ dak ir-Regolament.

    2.   L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandhom ikunu stabbiliti fi ftehim ta’ delegazzjoni u ftehimiet ta’ trasferiment annwali ta’ fondi li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, u l-Impriża Konġunta FCH 2.

    3.   Il-ftehim ta’ delegazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jindirizza l-elementi stipulati fl-Artikolu 58(3) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u fl-Artikolu 40 tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012 kif ukoll fost l-oħrajn dawn li ġejjin:

    (a)

    ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta FCH” rigward l-indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti msemmijin fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/743/UE;

    (b)

    ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta FCH fid-dawl tal-monitoraġġ imsemmi fl-Anness III għad-Deċiżjoni 2013/743/UE;

    (c)

    l-indikaturi tal-prestazzjoni speċifiċi relatati mal-funzjonament tal-Impriża Konġunta FCH 2;

    (d)

    l-arranġamenti rigward il-forniment ta’ data meħtieġa biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tista’ tilħaq l-obbligi tagħha ta’ disseminazzjoni u rappurtar; inkluż fuq il-portal uniku għall-parteċipanti kif ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi ta’ disseminazzjoni oħrajn tal-Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni;

    (e)

    id-dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti tal-Impriża Konġunta FCH 2anke fuq il-portal waħdieni għall-parteċipanti kif ukoll b’mezzi elettroniċi ta’ disseminazzjoni oħrajn tal-Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni;

    (f)

    l-użu ta’ riżorsi umani u l-bidliet li jsirulhom, b’mod partikolari r-reklutaġġ skont il-grupp ta’ funzjoni, grad u kategorija, l-eżerċizzju tal-klassifikazzjoni mill-ġdid u kwalunkwe tibdil fl-għadd tal-membri tal-persunal.

    Artikolu 4

    Kontribuzzjonijiet tal-Membri li mhumiex l-Unjoni

    1.   Il-Membri tal-Impriża Konġunta FCH 2 li mhumiex l-Unjoni għandhom jagħmlu jew jirranġaw għall-entitajiet kostitwenti tagħhom jew għall-entitajiet affiljati tagħhom biex jagħmlu kontribuzzjoni totali ta’ mill-inqas EUR 380 000 000 matul il-perijodu definit fl-Artikolu 1.

    2.   Il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tikkonsisti milli ġej:

    (a)

    kontribuzzjonijiet lejn l-Impriża Konġunta FCH 2 stipulati fl-Artikolu 13(2) u fil-punt (b) tal-Artikolu 13(3) tal-Istatuti stabbiliti fl-Anness.

    (b)

    il-kontribuzzjonijiet in natura ta’ mill-inqas EUR 285 000 000 matul il-perijodu definit fl-Artikolu 1 mill-Membri għajr l-Unjoni jew entitajiet kostitwenti tagħhom jew entitajiet affiljati tagħhom, li jikkonsistu fl-ispejjeż imġarrba minnhom fl-implimentazzjoni ta’ attivitajiet addizzjonali barra l-pjan ta’ ħidma tal-Impriża Konġunta FCH 2 li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta FCH 2. Programmi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni jkunu jistgħu jappoġġaw dawk l-ispejjeż skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli. F’każijiet bħal dawn, il-finanzjament tal-Unjoni ma għandux ikun ta’ sostitut għall-kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji għall-Membri li mhumiex l-Unjoni jew l-entitajiet kostitwenti tagħhom jew l-entitajiet affiljati tagħhom.

    L-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Impriża Konġunta FCH 2. L-attivitajiet korrispondenti għandhom ikunu stabbiliti fi pjan ta’ attivitajiet addizzjonali annwali li għandu jindika l-valur stmat ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet.

    3.   Il-Membri tal-Impriża Konġunta FCH 2 li mhumiex l-Unjoni għandhom jirrappurtaw kull sena sal-31 ta’ Jannar lill-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta FCH 2 fuq il-valur tal-kontribuzzjonijiet msemmija fil-paragrafu 2 li saru f’kull waħda mis-snin finanzjarji preċedenti.

    4.   Għall-fini tal-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 13(3)(b) tal-Istatuti, l-ispejjeż għandhom jiġu determinati skont il-prattika normali tal-kontabbiltà tal-ispejjeż tal-entitajiet ikkonċernati, skont l-istandards tal-kontabbiltà applikabbli tal-pajjiż fejn l-entitajiet tkun stabbilita, u skont l-Istandards tal-Kontabbiltà Internazzjonali applikabbli u l-Istandards ta’ Rappurtaġġ Finanzjarju Internazzjonali. L-ispejjeż għandhom jiġu ċċertifikati minn awditur estern indipendenti maħtur mill-entità konċernata. Il-metodu tal-valutazzjoni jista’ jiġi vverifikat mill-Impriża Konġunta FCH 2 jekk tirriżulta kwalunkwe inċertezza miċ-ċertifikazzjoni. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-ispejjeż imġarrba f’attivitajiet addizzjonali ma għandhomx jiġu awditjati mill-Impriża Konġunta FCH 2 jew minn kwalunkwe korp tal-Unjoni.

    5.   Il-Kummissjoni tista’ ttemm, tnaqqas proporzjonalment jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta FCH 2 jew tibda l-proċedura tal-istralċ imsemmija fl-Artikolu 21(2) tal-Istatuti jekk il-Membri tal-Impriża Konġunta FCH2 għajr l-Unjoni l-entitajiet kostitwenti tagħhom jew entitajiet affiljati tagħhom ma jikkontribwixxux, jikkontribwixxu biss parzjalment jew jikkontribwixxu tard fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex timpedixxi r-rimborż ta’ spejjeż eliġibbli li jkunu diġà ġġarrbu mill-Membri tal-Impriża Konġunta FCH2 għajr l-Unjoni sa meta tiġi notifikata d-deċiżjoni li tittermina, tnaqqas b’mod proporzjonat jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta FCH 2.

    Artikolu 5

    Regoli finanzjarji

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, l-Impriża Konġunta FCH 2 għandha tadotta r-regoli finanzjarji speċifiċi tagħha skont l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 (10).

    Artikolu 6

    Persunal

    1.   Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (11) (“Regolamenti tal-Persunal” u “Kondizzjonijiet tal-Impjieg”) u r-regoli adotatti b’mod konġunt mill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jiġu applikati dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Impriża Konġunta FCH 2.

    2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Impriża Konġunta FCH 2, is-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra u s-setgħat mogħtija mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg lill-awtorità mogħtija s-setgħa biex tikkonkludi kuntratti (minn hawn ‘il quddiem ‘is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra’).

    Il-Bord tat-Tmexxija għandu, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, jadotta deċiżjoni, abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, li tiddelega s-setgħat rilevanti ta’ awtorità li taħtar lid-Direttur Eżekuttiv u li tiddefinixxi l-kondizzjonijiet skont liema dik id-delega ta’ setgħat tista’ tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawk is-setgħat.

    Fil-każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord tat-Tmexxija jista’, permezz ta’ deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u kwalunkwe sottodelega sussegwenti ta’ dawk is-setgħat minn tal-aħħar. F’tali każijiet, il-Bord tat-Tmexxija għandu jeżerċita s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra huwa stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal tal-Impriża Konġunta FCH 2 li mhuwiex id-Direttur Eżekuttiv.

    3.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni adatti għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg, b’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

    4.   Ir-riżorsi tal-persunal għandhom ikunu determinati fil-pjan tal-istabbiliment tal-persunal tal-Impriża Konġunta FCH 2 u għandu jindika n-numru ta’ postijiet temporanji bil-grupp tal-funzjoni u bil-grad u n-numru ta’ persunal bil-kuntratt espress f’ekwivalenti full-time, f’konformità mal-baġit annwali tiegħu.

    5.   Il-persunal tal-Impriża Konġunta FCH 2 għandu jikkonsisti f’aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali.

    6.   L-ispiża kollha relatata mal-persunal għandha titħallas mill-Impriża Konġunta FCH 2.

    Artikolu 7

    Esperti nazzjonali sekondati u persuni li qed jitħarrġu

    1.   L-Impriża Konġunta FCH 2 tista’ tuża esperti nazzjonali ssekondati u mħarrġa mhux impjegati mill-Impriża Konġunta FCH 2. L-għadd ta’ esperti nazzjonali sekondati espressi f’ekwivalenti full-time għandu jiżdied mal-informazzjoni dwar il-persunal kif jissemma fl-Artikolu 6(4) skont il-baġit annwali.

    2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaddotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar is-sekondar ta’ esperti nazzjonali lill-Impriża Konġunta FCH 2 u dwar l-użu ta’ persuni mħarrġa.

    Artikolu 8

    Privileġġi u Immunitajiet

    Il-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu japplika għall-Impriża Konġunta FCH 2 u l-persunal tagħha.

    Artikolu 9

    Responsabbiltà tal-Impriża Konġunta FCH 2

    1.   L-obbligi kuntrattwali tal-Impriża Konġunta FCH 2 għandhom jitmexxew mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti u mil-liġi applikabbli għall-ftehim, deċiżjoni jew kuntratt in kwistjoni.

    2.   Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Impriża Konġunta FCH 2, f’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, għandha tagħmel tajjeb għad-danni kollha kkawżati mill-persunal tagħha fil-qadi ta’ dmirijiethom.

    3.   Kwalunkwe ħlas mill-Impriża Konġunta FCH 2 fir-rigward tar-responsabbiltà msemmija fil-paragrafi 1 jew 2 u l-ispejjeż u l-infiq mġarrba b’rabta magħhom għandhom jitqiesu u bħala nefqa tal-Impriża Konġunta FCH 2 u għandhom jiġu koperti mir-riżorsi tal-Impriża Konġunta FCH 2.

    4.   L-Impriża Konġunta FCH 2 għandha tkun l-unika waħda responsabbli għall-konformità mal-obbligi tagħha.

    Artikolu 10

    Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-liġi applikabbli

    1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni:

    (a)

    għal kwalunkwe klawsola ta’ arbitraġġ li jkun hemm fi ftehimiet jew kuntratti konklużi mill-Impriża Konġunta FCH 2 jew fid-deċiżjonijiet tagħha;

    (b)

    f’tilwim relatat mal-kumpens għal danni kkawżati mill-persunal tal-Impriża Konġunta FCH 2 waqt il-qadi ta’ dmirijiethom;

    (c)

    fi kwalunkwe tilwima bejn l-Impriża Konġunta FCH 2 u l-persunal tagħha fil-limiti u skont il-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti dwar il-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg.

    2.   Fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni oħra mhux koperta minn dan ir-Regolament jew minn atti oħra legali tal-Unjoni, għandha tapplika l-liġi tal-Istat fejn hija tkun tinsab is-sede tal-Impriża Konġunta FCH 2.

    Artikolu 11

    Evalwazzjoni

    1.   Sat-30 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni, bl-għajnuna ta’ esperti independenti, għandha twettaq evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta FCH 2, li ser tivvaluta il-livell ta’ parteċipazzjoni fi, u l-kontribuzzjoni għal, l-azzjonijiet indiretti kemm minn entitajiet kostitwenti tal-Membri għajr l-Unjoni jew entitajiet affiljati oħra tagħhom, kif ukoll minn entitajiet legali oħra. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jinkludi l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2017. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta FCH 2 għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni fid-dettall u fl-evalwazzjoni interim imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013.

    2.   Abbażi tal-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni interim imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ taġixxi skont l-Artikolu 4(5) jew tieħu kwalunkwe azzjoni adatta oħra.

    3.   Fi żmien sitt xhur wara l-proċess ta’ stralċ tal-Impriża Konġunta FCH 2, iżda mhux iktar tard minn sentejn wara li tinbeda l-proċedura tal-proċess ta’ stralċ imsemmija fl-Artikolu 21 tal-Istatuti, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali tal-Impriża Konġunta FCH 2. Ir-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni finali għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    Artikolu 12

    Kwittanza

    Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 60(7) u l-Artikolu 209 tar-Regolament Nru 966/2012 (UE, Euratom), il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta FCH 2 għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill f’konformità mal-proċedura prevista fir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta tal-FCH 2.

    Artikolu 13

    Awditi ex-post

    1.   L-awditi ex-post tal-ispiża fuq azzjonijiet indiretti għandhom jitwettqu mill-Impriża Konġunta FCH 2 f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 bħala parti mill-azzjonijiet indiretti tal-Orizzont 2020.

    2.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li twettaq hi stess l-awditi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. F’tali każijiet, għandha tagħmel dan f’konformità mar-regoli applikabbli, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1291/2013.

    Artikolu 14

    Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Membri

    1.   L-Impriża Konġunta FCH 2 għandha tagħti aċċess lill-persunal tal-Kummissjoni u lil persuni oħra awtorizzati mill-Impriża Konġunta FCH 2 jew mill-Kummissjoni, kif ukoll mill-Qorti tal-Awdituri, għas-siti u l-bini tagħha u għall-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f’format elettroniku, meħtieġa biex iwettqu l-awditi tagħhom.

    2.   L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jagħmel investigazzjonijiet, inklużi kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2185/96 (12) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) bil-għan li jiġi stabbilit kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim, deċiżjoni jew kuntratt iffinanzjat skont dan ir-Regolament.

    3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, kuntratti, ftehimiet u deċiżjonijiet, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li espressament jabilitaw lill-Kummissjoni, l-Impriża Konġunta FCH 2, il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)biex iwettqu tali awditi u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

    4.   L-Impriża Konġunta FCH 2 għandha tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-Membri tagħha jitħarsu b’mod adegwat billi twettaq jew tqabbad lil min iwettaq kontrolli interni u esterni xierqa.

    5.   L-Impriża Konġunta FCH 2 għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fir-rigward ta’ investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (14). L-Impriża Konġunta FCH 2 għandha tadotta l-miżuri meħtieġa biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet interni mmexxija minn OLAF.

    Artikolu 15

    Kunfidenzjalità

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16, l-Impriża Konġunta FCH 2 għandha tiżgura l-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva, li l-espożizzjoni tagħha tista’ tippreġudika l-interessi tal-Membri tagħha jew tal-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Impriża Konġunta FCH 2.

    Artikolu 16

    Trasparenza

    1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Impriża Konġunta FCH 2.

    2.   Il-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta FCH 2 jista’ jadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

    3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament, deċiżjonijiet meħuda mill-Impriża Konġunta FCH 2 skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jiffurmaw is-suġġett ta’ ilment lill-Ombudsman taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 228 tat-TFUE.

    Artikolu 17

    Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni

    Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 għandu japplika għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Impriża Konġunta tal-FCH 2. Skont dak ir-Regolament, l-Impriża Konġunta FCH 2 għandha titqies bħala korp tal-iffinanzjar u għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju għal azzjonijiet indiretti kif stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Istatuti.

    Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, pjani ta’ ħidma jistgħu jipprevedu kondizzjonijiet addizzjonali ġustifikati skont ir-rekwiżiti ta’ politika speċifika jew in-natura u l-objettiv tal-azzjoni.

    Artikolu 18

    Appoġġ mill-Istat ospitanti

    Jista’ jiġi konkluż ftehim amministrattiv bejn l-Impriża Konġunta FCH 2 u l-Istat tas-sede tagħha dwar privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Istat lill-Impriża Konġunta FCH 2.

    Artikolu 19

    Dispożizzjonijiet ta’ revoka u ta’ tranżizzjoni

    1.   Ir-Regolament (KE) Nru 521/2008 qiegħed b’dan jiġi revokat.

    2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-azzjonijiet mibdija skont ir-Regolament (KE) Nru 521/2008 u l-obbligi finanzjarji relatati ma’ dawk l-azzjonijiet għandhom jibqgħu jiġu rregolati minn dak ir-Regolament sat-tmiem tagħhom.

    L-evalwazzjoni interim imsemmija fl-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament għandha tinkludi evalwazzjoni finali tal-Impriża Konġunta FCH skont ir-Regolament (KE) Nru 521/2008.

    3.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal ingaġġat skont ir-Regolament (KE) Nru 521/2008.

    Il-kuntratti tal-impjieg tal-persunal imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu jistgħu jiġġeddu skont dan ir-Regolament f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg.

    B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv maħtur skont ir-Regolament (KE) Nru 521/2008 għandu, għall-perijodu li jifdal tal-mandat tiegħu, jiġi assenjat il-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv kif previst f’dan ir-Regolament b’effett mis-27 ta' Ġunju 2014. Il-kondizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt ma għandhomx jinbidlu.

    4.   Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn il-Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 521/2008, id-drittijiet u l-obbligi kollha, inklużi assi, dejn jew responsabbiltajiet tal-Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 521/2008, għandhom jiġu trasferiti lill-Membri skont dan ir-Regolament.

    5.   Kwalunkwe approprjazzjonijiet mhux użati taħt ir-Regolament (KE) Nru 521/2008 għandhom ikunu trasferiti lill-Impriża Konġunta FCH 2.

    Artikolu 20

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. STOURNARAS


    (1)  Opinjoni tal-10 ta’ Diċembru 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

    (2)  Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).

    (3)  Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku ‘Kooperazzjoni’ li jimplimenta s-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86).

    (4)  Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Orizzont 2020 - Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

    (5)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1291/2013 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjonjiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).

    (6)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (ĠU L 153, 12.6.2008, p. 1).

    (7)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 84).

    (8)  Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-Regoli għal Parteċipazzjoni u Disseminazzjoni f’ ‘Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)’ (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).

    (9)  Regolament Delegat mill-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

    (10)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata imsemmija fl- Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2).

    (11)  Regolament (KEE, Euratom, KESE) Nru 259/68 tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU 56, 4.3.1968, p. 1).

    (12)  Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar kontrolli u spezzjonijiet imwettqa fuq il-post mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi tal-Komunitajiet Ewropej minn frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

    (13)  Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal- Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

    (14)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

    (15)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


    ANNESS

    STATUTI TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA TAĊ-ĊELLOLI TAL-FJUWIL U L-IDROĠENU 2

    Artikolu 1

    Kompiti

    L-Impriża Konġunta FCH 2 għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

    (a)

    tagħti appoġġ finanzjarju lill-azzjonijiet indiretti tar-riċerka u l-innovazzjoni prinċipalment fil-forma ta’ għotjiet;

    (b)

    tilħaq il-massa kritika tal-isforzi tar-riċerka biex titnissel il-fiduċja fl-industrija, fl-investituri pubbliċi u privati, f’dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u partijiet interessati oħra sabiex jidħlu għal programm fit-tul;

    (c)

    tintegra l-iżviluppi fir-riċerka u t-teknoloġija, u tiffoka fuq il-ksib ta’ sostenibbiltà fit-tul u miri kompetittivi industrijali dwar l-ispejjeż, ir-rendiment u d-durabbiltà u tegħleb l-ostakli teknoloġiċi kritiċi;

    (d)

    tistimola l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ katini ġodda ta’ valur;

    (e)

    tiffaċilita l-interazzjoni bejn l-industrija, l-universitajiet u ċ-ċentri ta’ riċerka;

    (f)

    tippromwovi l-involviment ta’ SMEs fl-attivitajiet tagħha, f’konformità mal-objettivi tal- Orizzont 2020;

    (g)

    twettaq riċerka soċjo-tekniko-ekonomika fis-sens wiesgħa tat-terminu biex tivvaluta u timmonitorja l-progress teknoloġiku u l-ostakli mhux tekniċi għad-dħul fis-suq;

    (h)

    tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ regolamenti u standards ġodda u tirrivedi dawk li diġà jeżistu sabiex jiġu eliminati l-ostakli artifiċjali għad-dħul fis-suq u biex tappoġġja l-interkambjabbiltà, l-interoperabbiltà, il-kummerċ transkonfinali, u s-swieq tal-esportazzjoni;

    (i)

    tiżgura t-tmexxija effiċjenti tal-Impriża Konġunta FCH 2;

    (j)

    tikkommetti finanzjament mill-Unjoni u timmobilizza s-settur privat u riżorsi oħra tas-settur pubbliku meħtieġa biex timplimenta attivitajiet ta’ innovazzjoni u riċerka fis-settur taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu;

    (k)

    trawwem u tiffaċilita l-involviment tal-industrija f’attivitajiet addizzjonali implimentati għajr azzjonijiet indiretti;

    (l)

    ingaġġa f’attivitajiet ta’ informazzjoni, komunikazzjoni, esplojtazzjoni u disseminazzjoni billi tapplika mutatis mutandis l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013, inkluż li l-informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati minn sejħiet għal proposti jsiru disponibbli u aċċessibbli f’e-database komuni tal-Orizzont 2020;

    (m)

    tikkoordina ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati inklużi organizzazzjonijiet ta’ riċerka u universitajiet;

    (n)

    kull kompitu ieħor meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Membri

    Il-Membri tal-Impriża Konġunta FCH 2 għandhom ikunu:

    (a)

    L-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni,

    (b)

    mal-aċċettazzjoni ta’ dawn l-Istatuti permezz ta’ ittra ta’ approvazzjoni n-New Energy World Industry Grouping AISBL, organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ stabbilita taħt il-Liġi Belġjana (numru tar-reġistrazzjoni: 890 025 478) bl-uffiċċju permanenti tagħha fi Brussell, il-Belġju (ir-‘Raggruppament għall-Industrija’), u

    (c)

    mal-aċċettazzjoni ta’ dawn l-Istatuti permezz ta’ ittra ta’ approvazzjoni n-New European Research Grouping fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu AISBL, organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ stabbilita taħt il-Liġi Belġjana (numru tar-reġistrazzjoni: 0897.679.372) bl-uffiċċju permanenti tagħha fi Brussell, il-Belġju (ir-‘Raggruppament għar-Riċerka’).

    L-entitajiet kostitwenti huma l-entitajiet li jikkostitwixxu kull Membru tal-Impriża Konġunta FCH 2 għajr l-Unjoni, skont l-Istatuti ta’ dak il-Membru.

    Artikolu 3

    Tibdiliet fis-sħubija

    1.

    Kwalunkwe Membru jista’ jtemm is-sħubija tiegħu fl-Impriża Konġunta FCH 2. It-terminazzjoni għandha ssir effettiva u revokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-Membri l-oħra. Sa minn dak iż-żmien, il-Membru preċedenti għandu jiġi rrilaxxat mill-obbligi kollha għajr dawk approvati jew li jsiru mill-Impriża Konġunta FCH 2 qabel ma jtemm is-sħubija.

    2.

    Is-Sħubija fl-Impriża Konġunta FCH 2 ma tistax tiġi ttrasferita lil parti terza mingħajr il-qbil minn qabel tal-Bord tat-Tmexxija.

    3.

    L-Impriża Konġunta FCH 2 għandha malli sseħħ kwalunkwe bidla fis-sħubija skont dan l-Artikolu, tippubblika immedjatament lista aġġornata tal-Membri tal-Impriża Konġunta FCH 2 fuq il-websajt tagħha flimkien mad-data meta tali bidla ssir effettiva.

    Artikolu 4

    Korpi tal-Impriża Konġunta FCH 2

    1.

    Il-korpi tal-Impriża Konġunta FCH 2 għandhom ikunu:

    (a)

    il-Bord tat-Tmexxija;

    (b)

    id-Direttur Eżekuttiv;

    (c)

    il-Kumitat Xjentifiku;

    (d)

    il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati;

    (e)

    il-Forum tal-Partijiet Interessati.

    2.

    Il-Kumitat Xjentifiku, il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati u l-Forum tal-Partijiet Interessati għandhom ikunu korpi konsultattivi tal-Impriża Konġunta FCH 2.

    Artikolu 5

    Kompożizzjoni tal-Bord ta’ Tmexxija

    Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn:

    (a)

    tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni f’isem l-Unjoni;

    (b)

    sitt rappreżentanti tar-Raggruppament għall-Industrija, li ta’ mill-anqas wieħed minnhom għandu jirrappreżenta lill-SMEs;

    (c)

    rappreżentant wieħed tar-Raggruppament għar-Riċerka.

    Artikolu 6

    Funzjonament tal-Bord ta’ Tmexxija

    1.

    L-Unjoni għandha żżomm 50 % tad-drittijiet tal-vot. Id-drittijiet tal-vot tal-Unjoni għandu jkun indiviżibbli. Ir-Raggruppament għall-Industrija għandu jkollu 43 % tad-drittijiet tal-vot u r-Raggruppament għar-Riċerka 7 % tad-drittijiet tal-vot. Il-Membri għandhom jagħmlu li jistgħu biex jiksbu kunsens. Jekk ma jintlaħaqx kunsens, il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza ta’ mill-inqas 75 % tal-voti kollha, inklużi l-voti ta’ dawk assenti.

    2.

    Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar il-president tiegħu għal perijodu ta’ sentejn.

    3.

    Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu l-laqgħat ordinarji tiegħu mill-inqas darbtejn fis-sena. Huwa jista’ jsejjaħ laqgħat straordinarji fuq talba tal-Kummissjoni jew ta’ maġġoranza tar-rappreżentanti tar-Raggruppament għall-Industrija u r-Raggruppament għar-Riċerka jew fuq talba tal-President. Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jissejħu mill-President tiegħu u għandhom normalment isiru fis-sede tal-Impriża Konġunta FCH 2.

    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu d-dritt li jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, iżda ma għandux ikollu drittjiet tal-vot.

    Il-president tal-Grupp ta’ Rappreżentanti tal-Istati għandu jkollu d-dritt jattendi l-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija bħala osservatur u jieħu parti fid-deliberazzjonijiet tiegħu, iżda mingħajr drittijiet għal vot.

    Il-president tal-Kumitat Xjentifiku għandu jkollu d-dritt, kull meta jiġu diskussi kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompiti tiegħu, jattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur u jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tiegħu, iżda mingħajr drittijiet għal vot.

    Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jistieden, fuq bażi ta’ każ b’każ, persuni oħrajn biex jattendu għal-laqgħat tiegħu bħala osservaturi, b’mod partikolari rappreżentanti tal-awtoritajiet reġjonali fi ħdan l-Unjoni.

    4.

    Ir-rappreżentanti tal-Membri ma għandhomx ikunu responsabbli personalment għal azzjonijiet li jkunu ħadu fil-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti fuq il-Bord tat-Tmexxija.

    5.

    Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu proprja.

    Artikolu 7

    Kompiti tal-Bord ta’ Tmexxija

    1.

    Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu r-responsabbiltà kumplessiva għall-orjentazzjoni strateġika u l-operazzjoniiet tal-Impriża Konġunta FCH 2 u għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħha.

    2.

    Il-Kummissjoni, fir-rwol tagħha fil-Bord tat-Tmexxija, għandha tara li tiżgura l-koordinazzjoni bejn l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta FCH 2 u l-attivitajiet rilevanti tal-Orizzont 2020 bil-ħsieb li jiġu promossi sinerġiji meta jiġu identifikati prijoritajiet koperti mir-riċerka kollaborattiva.

    3.

    Il-Bord tat-Tmexxija għandu b’mod partikolari jwettaq il-kompiti li ġejjin:

    (a)

    jiddeċiedi dwar it-terminazzjoni tas-sħubija fl-Impriża Konġunta FCH 2 ta’ kwalunkwe Membru li ma jissodisfax l-obbligi tiegħu;

    (b)

    jadotta r-Regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta FCH 2 skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament;

    (c)

    jadotta l-baġit annwali tal-Impriża Konġunta FCH 2 inkluż il-pjan tal-istabbiliment tal-persunal li jindika n-numru ta’ postijiet temporanji skont il-grupp ta’ funzjoni u l-grad kif ukoll in-numru tal-persunal kuntrattwali u l-esperti nazzjonali sekondati espressi f’ekwivalenti full-time;

    (d)

    jeżerċita s-setgħat ta’ awtorità tal-ħatra fir-rigward tal-persunal, skont l-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament;

    (e)

    jaħtar, ineħħi, jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv; jipprovdilu gwida u jagħmel monitoraġġ tal-prestazzjoni tiegħu;

    (f)

    japprova l-istruttura organizzattiva tal-Uffiċċju tal-Programm fuq rakkomandazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv;

    (g)

    jadotta pjan ta’ ħidma annwali u l-istimi tal-infiq korrispondenti, kif propost mid-Direttur Eżekuttiv wara li jkun ikkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku u l-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati;

    (h)

    japprova l-pjan annwali ta’ attivitajiet addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(b) ta’ dan ir-Regolament fuq il-bażi ta’ proposta mressqa mill-Membri għajr l-Unjoni u wara li jikkonsulta, fejn adatt, grupp konsultattiv ad hoc;

    (i)

    japprova r-rapport tal-attività annwali, inkluż in-nefqa korrispondenti;

    (j)

    jipprovdi, kif adatt, għall-istabbiliment ta’ kapaċità ta’ awditu intern tal-Impriża Konġunta FCH 2;

    (k)

    japprova s-sejħiet kif ukoll, fejn adatt, ir-regoli relatati għas-sottomissjoni, l-evalwazzjoni, l-għażla u l-proċeduri ta’ rieżami;

    (l)

    japprova l-lista ta’ azzjonijiet magħżula għal finanzjament abbażi tal-lista ta’ klassifikazzjoni prodotta minn panel ta’ esperti indipendenti;

    (m)

    jistabbilixxi l-politika dwar il-komunikazzjoni tal-Impriża Konġunta FCH 2 fuq rakkomandazzjoni mid-Direttur Eżekuttiv;

    (n)

    fejn adatt, jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Komdizzjonijiet tal-Impjieg skont l-Artikolu 6(3) ta’ dan ir-Regolament;

    (o)

    fejn adatt, jistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali fl-Impriża Konġunta FCH 2 u dwar l-użu ta’ dawk li qed jitħarrġu skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament;

    (p)

    fejn adatt, jistabbilixxi gruppi konsultattivi bħala żieda mal-korpi tal-Impriża Konġunta FCH 2;

    (q)

    fejn adatt, jippreżenta lill-Kummissjoni talba biex jiġi emendat dan ir-Regolament proposta minn kwalunkwe membru tal-Impriża Konġunta FCH 2;

    (r)

    ikun responsabbli għal kwalunkwe kompitu li ma jkunx speċifikament allokat lil korp partikolari tal-Impriża Konġunta FCH 2, tista’ tassenja tali kompitu lil kwalunkwe wieħed minn dawk il-korpi.

    Artikolu 8

    Ħatra, tneħħija mill-kariga jew estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv

    1.

    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija, minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Il-Kummissjoni għandha tassoċja r-rappreżentanti mill-Membri tal-Impriża Konġunta FCH 2 għajr l-Unjoni fil-proċedura tal-għażla skont il-każ.

    B’mod partikolari, rappreżentanza adatta mill-Membri tal-Impriża Konġunta FCH 2 għajr l-Unjoni għandha tiġi żgurata fil-fażi ta’ qabel l-għażla tal-proċedura tal-għażla. Għal dak il-għan, il-Membri tal-Impriża Konġunta FCH 2 għajr l-Unjoni għandhom jaħtru bi qbil komuni rappreżentant kif ukoll osservatur f’isem il-Bord tat-Tmexxija.

    2.

    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun membru tal-persunal u għandu jkun ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Impriża Konġunta FCH 2 taħt il-punt (a) tal-Artikolu 2 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg.

    Bil-għan li jkun konkluż il-kuntratt tad-Direttur Eżekuttiv, l-Impriża Konġunta FCH 2 għandha tkun irrappreżentata mill-President tal-Bord tat-Tmexxija.

    3.

    Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ tliet snin. Sal-aħħar ta’ dak il-perjodu, il-Kummissjoni, li tassoċja l-Membri tal-Impriża Konġunta FCH 2 għajr l-Unjoni kif xieraq, għandha tagħmel valutazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u tal-ħidmiet u l-isfidi futuri tal-Impriża Konġunta FCH 2.

    4.

    Il-Bord tat-Tmexxija, huwa u jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal perjodu ta’ mhux aktar minn erba’ snin.

    5.

    Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż, jista’ ma jipparteċipax fi proċedura tal-għażla oħra għall-istess post fi tmiem il-perjodu kollu.

    6.

    Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa biss b’deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tassoċja l-Membri għajr l-Unjoni tal-Impriża Konġunta FCH 2.

    Artikolu 9

    Kompiti tad-Direttur Eżekuttiv

    1.

    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun il-kap eżekuttiv responsabbli għat-tmexxija ta’ kuljum tal-Impriża Konġunta FCH 2 skont id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija.

    2.

    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Impriża Konġunta FCH 2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwieġeb il-Bord tat-Tmexxija.

    3.

    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Impriża Konġunta FCH 2.

    4.

    Id-Direttur Eżekuttiv għandu b’mod partikolari jwettaq il-kompiti li ġejjin b’mod indipendenti:

    (a)

    jipprepara u jissottometti għall-adozzjoni lill-Bord tat-Tmexxija l-abbozz tal-baġit annwali, inkluż il-pjan ta’ stabbiliment tal-persunal korrispondenti li jindika l-għadd ta’ karigi temporanji f’kull grad u grupp ta’ funzjoni u l-għadd ta’ persunal kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati espressi f’ekwivalenti ta’ full-time;

    (b)

    jipprepara u jissottometti għall-adozzjoni l-pjan ta’ ħidma annwali u l-estimi tal-ispiża relatata għall-valutazzjoni lill-Bord tat-Tmexxija;

    (c)

    jissottometti għall-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija l-kontijiet annwali;

    (d)

    jipprepara u jissottometti għall-approvazzjoni lill-Bord tat-Tmexxija r-rapport annwali tal-attività, inkluż l-informazzjoni dwar in-nefqa korrispondenti;

    (e)

    jippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija r-rapport dwar il-kontribuzzjonijiet in natura f’azzjonijiet indiretti kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 13(3) tal-Istatuti;

    (f)

    jippreżenta għall-approvazzjoni lill-Bord tat-Tmexxija l-lista ta’ proposti li għandhom jintgħażlu għall-iffinanzjar;

    (g)

    jinforma lill-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati u l-Kumitat Xjentifiku regolarment dwar il-kwistjonijiet relevanti kollha għar-rwol konsultattiv tagħhom;

    (h)

    jiffirma ftehimiet u deċiżjonijiet ta’ għotja individwali;

    (i)

    jiffirma kuntratti ta’ akkwist;

    (j)

    jimplimenta l-politika ta’ komunikazzjoni tal-Impriża Konġunta FCH 2;

    (k)

    jorganizza, jidderieġi u jissorvelja l-operazzjonijiet u l-persunal tal-Impriża Konġunta FCH 2 fi ħdan il-limiti tad-delega mill-Bord tat-Tmexxija kif previst fl-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament;

    (l)

    jistabbilixxi u jiżgura l-funzjonament ta’ sistema effettiva u effiċjenti ta’ kontroll intern u jirrapporta kwalunkwe bidla sinifikanti fiha lill-Bord tat-Tmexxija;

    (m)

    jiżgura li l-valutazzjoni tar-riskju u l-immaniġġjar tar-riskju jitwettqu;

    (n)

    jieħu kwalunkwe miżura oħra meħtieġa għall-valutazzjoni tal-progress tal-Impriża Konġunta FCH 2 biex tilħaq dawk l-objettivi;

    (o)

    iwettaq kwalunkwe kompitu ieħor fdat jew iddelegat lid-Direttur Eżekuttiv mill-Bord tat-Tmexxija.

    5.

    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi Uffiċċju tal-Programm għall-eżekuzzjoni, taħt ir-responsabbiltà tiegħu/tagħha, tal-ħidmiet ta’ sostenn kollha li joħorġu minn dan ir-Regolament. l-Uffiċċju tal-Programm għandu jkun kompost mill-persunal tal-Impriża Konġunta FCH 2 u għandu, b’mod partikolari, iwettaq il-kompiti li ġejjin:

    (a)

    jipprovdi appoġġ għall-istabbiliment u l-immaniġġjar ta’ sistema kontabilistika adatta skont ir-Regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta FCH 2;

    (b)

    jiġġestixxi s-sejħiet kif mitlub fil-pjan ta’ ħidma annwali, u l-amminstrazzjoni tal-ftehimiet u deċiżjonijiet, inkluż il-koordinazzjoni tagħhom;

    (c)

    jipprovdi lill-Membri u lill-korpi l-oħra tal-Impriża Konġunta FCH 2 l-informazzjoni rilevanti kollha u l-appoġġ meħtieġ biex dawn iwettqu d-doveri tagħhom kif ukoll biex iwieġeb għat-talbiet speċifiċi tagħhom;

    (d)

    jaġixxi bħala s-segretarjat tal-korpi tal-Impriża Konġunta FCH 2 u jipprovdi appoġġ lil gruppi konsultattivi stabbiliti mill-Bord tat-Tmexxija.

    Artikolu 10

    Kumitat Xjentifiku

    1.

    Il-Kumitat Xjentifiku għandu jkun magħmul minn mhux iktar minn disa’ membri. Huwa għandu jaħtar president minn fost il-membri tiegħu.

    2.

    Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandhom jirriflettu rappreżentanza bilanċjata ta’ esperti tal-aqwa livell dinji mill-kamp tal-akkademja, mill-industrija u mill-korpi regolatorji. B’mod kollettiv, il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandu jkollhom il-kompetenzi xjentifiċi u l-għarfien espert neċessarji li jkopru l-qasam tekniku kollu meħtieġ biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza lill-Impriża Konġunta FCH 2.

    3.

    Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi l-kriterji speċifiċi u l-proċess tal-għażla għall-kompożizzjoni tal-Kumitat Xjentifiku u għandu jaħtar il-membri tiegħu. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jqis il-kandidati potenzjali proposti mill-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati.

    4.

    Il-Kumitat Xjentifiku għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

    (a)

    jagħti konsulenza dwar il-prijoritajiet xjentifiċi li għandhom ikunu indirizzati fil-pjani ta’ ħidma annwali;

    (b)

    jagħti konsulenza dwar il-kisbiet xjentifiċi spjegati fir-rapport dwar l-attività annwali.

    5.

    Il-Kumitat Xjentifiku għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena. Il-laqgħat għandhom jissejħu mill-President tiegħu.

    6.

    Il-Kumitat Xjentifiku jsita’, bi qbil tal-President, jista’ jistieden persuni oħra biex jattendu għal-laqgħat tiegħu.

    7.

    Il-Kumitat Xjentifiku għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura proprji.

    Artikolu 11

    Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati

    1.

    Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jikkonsisti minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru u ta’ kull pajjiż assoċjat mal-Orizzont 2020. Huwa għandu jaħtar president minn fost il-membri tiegħu.

    2.

    Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena. Il-laqgħat għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv u l-President tal-Bord tat-Tmexxija u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jattendu għal-laqgħat.

    Il-President tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati jista’ jistieden persuni oħra biex jattendu għal-laqgħat tiegħu bħala osservaturi, b’mod partikolari rappreżentanti ta’ awtoritajiet reġjonali fi ħdan l-Unjoni.

    3.

    Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jiġi kkonsultat u, b’mod partikolari, jirrevedi l-informazzjoni u jipprovdi opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-progress tal-programmi fl-Impriża Konġunta FCH 2 u li jintlaħqu l-għanijiet tagħha;

    (b)

    l-aġġornament tal-orjentazzjoni strateġika;

    (c)

    ir-rabtiet mal-Orizzont 2020;

    (d)

    il-pjanijiet ta’ ħidma annwali;

    (e)

    l-involviment tal-SMEs.

    4.

    Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu wkoll jipprovdi informazzjoni lill-Impriża Konġunta FCH 2 magħha dwar il-materji li ġejjin:

    (a)

    l-istatus ta’ riċerka rilevanti u programmi ta’ innovazzjoni u identifikazzjoni nazzjonali jew reġjonali ta’ oqsma potenzjali għall-kooperazzjoni, inkluż l-użu tat-teknoloġiji ta’ FCH biex ikunu possibbli sinerġiji u jiġu evitati sovrapożizzjonijiet;

    (b)

    miżuri speċifiċi meħuda fil-livell nazzjonali jew reġjonali fir-rigward ta’ avvenimenti ta’ disseminazzjoni, gruppi ta’ ħidma tekniċi speċjalizzati u attivitajiet ta’ komunikazzjoni.

    5.

    Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati jista’ joħroġ, fuq inizjattiva tiegħu stess, rakkomandazzjonijiet jew proposti lill-Bord tat-Tmexxija dwar materji tekniċi, maniġerjali u finanzjarji kif ukoll dwar pjani annwali, b’mod partikolari meta dawk il-materji jaffettwaw interessi nazzjonali jew reġjonali.

    Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinforma lill-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati mingħajr dewmien bla bżonn dwar is-segwitu li jkun għamel għal tali rakkomandazzjonijiet jew proposti, inkluż ir-raġonament jekk ma jsirx segwitu dwarhom.

    6.

    Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jirċievi informazzjoni fuq bażi regolari, fost oħrajn dwar il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta FCH 2, dwar l-eżitu ta’ kull sejħa għal proposti u l-implimentazzjoni ta’ proġetti, dwar sinerġiji ma’ programmi rilevanti oħrajn tal-Unjoni, u dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta FCH 2.

    7.

    Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati tal-FCH 2 għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura proprji.

    Artikolu 12

    Forum tal-Partijiet Interessati

    1.

    Il-Forum tal-Partijiet Interessati għandu jkun miftuħ għall-partijiet interessati pubbliċi u privati kollha, il-gruppi ta’ interess internazzjonali mill-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati kif ukoll minn pajjiżi oħra.

    2.

    Il-Forum tal-Partijiet Interessati għandu jkun infurmat bl-attivitajiet tal-Impriża Konġunta FCH 2 u għandu jkun mistieden biex jagħti kummenti.

    3.

    Il-laqgħat tal-Forum tal-Partijiet Interessati għandu jsejjaħhom id-Direttur Eżekuttiv.

    Artikolu 13

    Sorsi ta’ ffinanzjar

    1.

    L-Impriża Konġunta FCH 2 għandha tkun iffinanzjata b’mod konġunt mill-Unjoni u l-Membri għajr l-Unjoni jew l-entitajiet kostitwenti tagħhom jew l-entitajiet affiljati tagħhom permezz ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsin f’pagamenti u kontribuzzjonijiet li jikkonsistu mill-ispejjeż imġarrba minnhom fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet indiretti li ma humiex rimborżati mill-Impriża Konġunta FCH 2.

    2.

    L-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta FCH 2 ma għandhomx jaqbżu EUR 38 000 000 u għandhom ikunu koperti permezz ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji maqsuma fuq bażi annwali bejn l-Unjoni u l-Membri għajr l-Unjoni. L-Unjoni għandha tikkontribwixxi 50 %, ir-Raggruppament għall-Industrija 43 % u r-Raggruppament għar-Riċerka 7 %. Jekk parti mill-kontribuzzjoni għall-ispejjeż amministrattivi ma tintużax, din tista’ ssir disponibbli biex tkopri l-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta FCH 2.

    3.

    L-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta FCH 2 għandhom ikunu koperti permezz ta’:

    (a)

    kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni

    (b)

    kontribuzzjonijiet in natura mill-entitajiet kostitwenti tal-Membri għajr l-Unjoni jew l-entitajiet affiljati tagħhom li jipparteċipaw fl-azzjonijiet indiretti, li jikkonsistu fl-ispejjeż imġarrba minnhom fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet indiretti imnaqqsa minnhom il-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta FCH 2 u kwalunkwe kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni għal dawk l-ispejjeż.

    4.

    Ir-riżorsi tal-Impriża Konġunta FCH 2 imdaħħla fil-baġit tagħha għandhom ikunu magħmula mill-kontribuzzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Membri għall-ispejjeż amministrattivi;

    (b)

    kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-ispejjeż operattivi;

    (c)

    kwalunkwe dħul iġġenerat mill-Impriża Konġunta FCH 2;

    (d)

    kwalunkwe kontribuzzjoni, riżorsa u dħul finanzjarju ieħor.

    Kwalunkwe interess miġbur mill-kontribuzzjonijiet imħallsa lill-Impriża Konġunta FCH 2 mill-Membri tagħha għandu jitqies bħala d-dħul tagħha.

    5.

    Ir-riżorsi kollha tal-Impriża Konġunta FCH 2 u l-attivitajiet tagħha għandhom ikunu dedikati għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

    6.

    L-assi kollha ġġenerati mill-Impriża Konġunta FCH 2 jew ittrasferiti lilha sabiex ikunu ssodisfati l-objettivi tagħha.

    7.

    Ħlief fil-każ ta’ stralċ tal-Impriża Konġunta FCH 2, kull dħul żejjed fuq in-nefqa m’għandux jitħallas lill-Membri tal-Impriża Konġunta FCH 2.

    Artikolu 14

    Impenji finanzjarji

    L-impenji finanzjarji tal-Impriża Konġunta FCH 2 ma għandhomx jaqbżu l-ammont ta’ riżorsi finanzjarji disponibbli jew impenjati għall-baġit tagħha mill-Membri tagħha.

    Artikolu 15

    Sena finanzjarja

    Is-sena finanzjarja għandha tkun mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

    Artikolu 16

    Ippjanar operattiv u finanzjarju

    1.

    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jressaq abozz ta’ pjan ta’ ħidma annwali lill-Bord tat-Tmexxija, li għandu jinkludi pjan dettaljat tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni, l-attivitajiet amministrattivi u l-istimi tal-ispejjeż korrispondenti għas-sena li jmiss. L-abbozz tal-pjan ta’ ħidma għandu jinkludi wkoll il-valur stmat tal-kontribuzzjonijiet li għandhom isiru skont il-punt (b) tal-Artikolu 13(3) tal-Istatuti.

    2.

    Il-programm ta’ ħidma annwali għal sena partikolari għandu jiġi adottat sa tmiem is-sena preċedenti. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun disponibbli pubblikament.

    3.

    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji l-abbozz tal-baġit annwali għas-sena ta’ wara u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni.

    4.

    Il-baġit annwali għal sena partikolari għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija sal-aħħar tas-sena ta’ qabel.

    5.

    Il-baġit annwali għandu jiġi adattat sabiex iqis l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni kif stabbilita fil-baġit tal-Unjoni.

    Artikolu 17

    Rappurtar operattiv u finanzjarju

    1.

    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta annwalment lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-prestazzjoni tad-dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv skont ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta FCH 2.

    Fi żmien xahrejn mill-għeluq ta’ kull sena finanzjarja, id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni rapport tal-attività annwali dwar il-progress li sar mill-Impriża Konġunta FCH 2 fis-sena kalendarja preċedenti, b’mod partikolari b’rabta mal-pjan ta’ ħidma annwali għal dik is-sena. Ir-rapport tal-attività annwali għandu jinkludi, inter alia, informazzjoni dwar il-materji li ġejjin:

    (a)

    riċerka, innovazzjoni u azzjonijiet oħra mwettqa u n-nefqa korrispondenti;

    (b)

    l-azzjonijiet ippreżentati, inkluża suddiviżjoni skont it-tip ta’ parteċipant, inklużi l-SMEs, u skont il-pajjiż;

    (c)

    l-azzjonijiet magħżula għall-iffinanzjar inkluż suddiviżjoni skont it-tip ta’ parteċipant, inkluż SMEs, u skont il-pajjiż u li tindika l-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta FCH 2 lill-parteċipanti u l-azzjonijiet individwali.

    2.

    Ladarba approvat mill-Bord tat-Tmexxija, ir-rapport tal-attivitajiet annwali għandu jsir disponibbli għall-pubbliku.

    3.

    Sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Impriża Konġunta FCH 2 għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

    Sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, l-Impriża Konġunta FCH 2 għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.

    Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Impriża Konġunta FCH 2 skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Impriża Konġunta FCH 2 għandu jħejji l-kontijiet finali tal-Impriża Konġunta FCH 2 u d-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħathom lill-Bord tat-Tmexxija għal opinjoni.

    Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Impriża Konġunta FCH 2.

    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord ta’ Tmexxija sal-1 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja ta’ wara.

    Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena finanzjarja ta’ wara.

    Sat-30 ta’ Settembru, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprovdu lill-Qorti tal-Awdituri bi tweġiba għall-osservazzjonijiet li saru fir-rapport annwali tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu wkoll jippreżenta dik it-tweġiba lill-Bord tat-Tmexxija.

    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta quddiem il-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni mingħajr xkiel tal-proċedura ta’ rilaxx għas-sena finanzjarja inkwistjoni b’konformità mal-Artikolu 165(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

    Artikolu 18

    Awditu intern

    L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess setgħat fuq l-Impriża Konġunta FCH 2 bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.

    Artikolu 19

    Responsabbiltà tal-Membri u assigurazzjoni

    1.

    Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-Membri għad-djun tal-Impriża Konġunta FCH 2 għandha tkun limitata għall-kontribuzzjonijiet tagħhom li jkunu diġà għamlu għall-ispejjeż amministrattivi.

    2.

    L-Impriża Konġunta FCH 2 għandha tieħu u żżomm assigurazzjoni adatta.

    Artikolu 20

    Kunflitt ta’ interess

    1.

    L-Impriża Konġunta FCH 2, il-korpi u l-persunal tagħha għandhom jevitaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħhom.

    2.

    Il-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta FCH 2 għandu jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-immaniġġjar ta’ kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-Membri, il-korpi u l-persunal tagħha. Dawk ir-regoli għandu jkun fihom provvediment intenzjonat li jevita kwalunkwe kunflitt ta’ interess għar-rappreżentanti tal-Membri li jservu fil-Bord tat-Tmexxija.

    Artikolu 21

    Stralċ

    1.

    L-Impriża Konġunta FCH 2 għandha tiġi stralċjata fi tmiem il-perjodu ddefinit fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

    2.

    Minbarra l-paragrafu 1, il-proċedura ta’ stralċ għandha tiġi skattata awtomatikament jekk l-Unjoni jew il-Membri kollha għajr l-Unjoni jirtiraw mill-Impriża Konġunta FCH 2.

    3.

    Bil-għan li jmexxi l-proċedimenti għall-istralċ tal-Impriża Konġunta FCH 2, il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar likwidatur wieħed jew iktar, li għandhom jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija.

    4.

    Meta l-Impriża Konġunta FCH 2 tkun qed tiġi stralċjata, l-assi tagħha għandhom jintużaw biex ikopru l-obbligazzjonijiet tagħha u l-ispiża relatata mal-proċess ta’ stralċ. Kwalunkwe eċċess għandu jitqassam fost il-Membri fil-mument tal-istralċ proporzjonalment mal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom lill-Impriża Konġunta FCH 2. Kwalunkwe eċċess bħal dan distribwit lill-Unjoni għandu jintradd lura lill-baġit tal-Unjoni.

    5.

    Għandha tkun stabbilita proċedura ad hoc li tassigura l-immaniġġjar adatt ta’ kwalunkwe ftehim konkluż jew deċiżjoni adottata mill-Impriża Konġunta FCH 2 kif ukoll kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist b’tul ta’ żmien itwal mit-tul ta’ żmien tal-Impriża Konġunta FCH 2.


    Top