This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0547
Regulation (EU, Euratom) No 547/2014 of the European Parliament and of the Council of 15 May 2014 amending Regulation (EU, Euratom) No 966/2012 on the financial rules applicable to the general budget of the Union
Regolament (UE, Euratom) Nru 547/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
Regolament (UE, Euratom) Nru 547/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
ĠU L 163, 29.5.2014, p. 18–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 01/08/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R1046
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32012R0966 | Sostituzzjoni | artikolu 13.6 | 18/06/2014 | |
Modifies | 32012R0966 | Żieda | artikolu 178 BI | 18/06/2014 | |
Modifies | 32012R0966 | Żieda | artikolu 178 .3 | 18/06/2014 | |
Modifies | 32012R0966 | Sostituzzjoni | P. II titolu II | 18/06/2014 | |
Modifies | 32012R0966 | Żieda | artikolu 13.2 punt C) | 18/06/2014 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32018R1046 | 02/08/2018 |
29.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 163/18 |
REGOLAMENT (UE, Euratom) Nru 547/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Mejju 2014
li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 322 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġie adottat fil-25 ta’ Ottubru 2012 u kien akkumpanjat minn dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fejn qablu li jirrevedu dak ir-Regolament sabiex jitqies l-eżitu tan-negozjati dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020. |
(2) |
B’segwitu għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (4) u r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u f’konformità mad-dikjarazzjoni konġunta, huwa neċessarju li jiġi emendat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 biex jinkludi r-regoli dwar ir-riporti għar-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza u għall-proġetti ffinanzjati taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. |
(3) |
Rigward ir-Riżerva għal Għajnuna f’Emerġenza, l-approprjazzjonijiet korrispondenti huma mdaħħla fit-titolu “Riżervi” tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Għalhekk, hemm bżonn li jiġi emendat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 sabiex jipprovdi għar-riport għas-sena n+1 tal-approprjazzjonijiet imqiegħda f’riżerva u mhux użati fis-sena n. |
(4) |
Minħabba n-natura tagħhom, il-proġetti ffinanzjati taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa f’ħafna każijiet se jirrikjedu proċeduri kontraenti kumplessi. Għalhekk, dewmien anki limitat fit-tlestija tat-tali proġetti jista’ jwassal għal telf ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn annwali u jdgħajjef il-vijabbiltà ta’ dawk il-proġetti u b’hekk tad-determinazzjoni politika tal-Unjoni sabiex timmodernizza n-netwerks u l-infrastruttura tagħha fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjonijiet. Sabiex jevita dan, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu jippermetti r-riport għas-sena finananzjarja ta’ wara tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn li ma jkunux intużaw sa tmiem kull waħda mis-snin finanzjarji 2014, 2015 u 2016 għall-proġetti ffinanzjati taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Ir-riport għandu jiġi ppreżentat għall-approvazzjonilill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(5) |
B’segwitu għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), hemm bżonn li r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jiġi emendat b’mod li l-approprjazzjonijiet diżimpenjati jerġgħu jsiru disponibbli għall-finijiet tal-implimentazzjoni tar-riżerva tal-prestazzjoni u l-garanzija bla limiti massimi u l-istrumenti finanzjarji ta’ titolizzazzjoni għall-vantaġġ tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 b’dan huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
It-titolu tat-Titolu II tat-Tieni Parti huwa sostitwit b’ dan li ġej: “TITOLU II FONDI STRUTTURALI, FOND TA’ KOEŻJONI, FOND EWROPEW GĦAS-SAJD, FOND AGRIKOLU EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP RURALI, U FONDI FIL-QASAM TAL-LIBERTÀ, IS-SIGURTÀ U L-ĠUSTIZZJA ĠESTITI PERMEZZ TAL-ĠESTJONI KONDIVIŻA U L-FAĊILITÀ NIKKOLEGAW L-EWROPA”; |
(3) |
Fl-Artikolu 178, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. L-approprjazzjonijiet diżimpenjati għandhom jerġgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fil-każ ta’:
(*) Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).”;" |
(4) |
Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej: “Artikolu 178a Riporti ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropea 1. Għas-snin finanzjarji 2014, 2015 u 2016, approprjazzjonijiet ta’ impenn għal proġetti finanzjati skont il-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropea stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) li jkunu għandhom mhumiex impenjati fi tmiem is-sena finanzjarja jistgħu jkunu riportati għas-sena finanzjarja segwenti biss. 2. Il-Kummissjoni għandha tressaq proposti ta’ riporti fir-rigward tas-sena finanzjarja preċedenti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja attwali. 3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tal-aħħar jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandhom jiddeliberaw fuq kull proposta ta’ riport sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja attwali. 4. Il-proposta ta’ riport għandha tiġi approvata jekk, sal-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 3, xi waħda minn dawn li ġejjin isseħħ:
(**) Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010, (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).”." |
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2014 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2014.
(3) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(4) Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(5) Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010, (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).
(6) Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
Dikjarazzjoni konġunta dwar ir-rilaxx separat għall-Impriżi Konġunti skont l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju
1. |
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li sabiex l-Impriżi Konġunti jibbenefikaw minn regoli finanzjarji simplifikati li jkunu adattati aħjar għan-natura pubblika-privata tagħhom, dawn għandhom jiġu stabbiliti taħt l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju. Madankollu, huma jaqblu wkoll li:
|
2. |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu nota li l-Kummissjoni:
|