This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0516
Regulation (EU) No 516/2014 of the European Parliament and of the Council of 16 April 2014 establishing the Asylum, Migration and Integration Fund, amending Council Decision 2008/381/EC and repealing Decisions No 573/2007/EC and No 575/2007/EC of the European Parliament and of the Council and Council Decision 2007/435/EC
Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE
Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE
ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168–194
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 12/04/2022
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32007D0435 | ||||
Repeal | 32007D0573 | ||||
Repeal | 32007D0575 | ||||
Modifies | 32008D0381 | abolizzjoni | artikolu 6.5 | 01/01/2014 | |
Modifies | 32008D0381 | abolizzjoni | artikolu 11 | 01/01/2014 | |
Modifies | 32008D0381 | Sostituzzjoni | artikolu 4.5 punt A) | 01/01/2014 | |
Modifies | 32008D0381 | abolizzjoni | artikolu 6.7 | 01/01/2014 | |
Modifies | 32008D0381 | abolizzjoni | artikolu 6.8 | 01/01/2014 | |
Modifies | 32008D0381 | Sostituzzjoni | artikolu 6.4 | 01/01/2014 | |
Modifies | 32008D0381 | abolizzjoni | artikolu 12 | 01/01/2014 | |
Modifies | 32008D0381 | abolizzjoni | artikolu 6.6 | 01/01/2014 | |
Repeal | 32010D0458 | ||||
Repeal | 32012D0281 | ||||
Repeal | 32013D0258 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32014R0516R(01) | (SL) | |||
Corrected by | 32014R0516R(02) | (SV) | |||
Modified by | 32018R2000 | Sostituzzjoni | artikolu 25 titolu Test | 21/12/2018 | |
Modified by | 32018R2000 | Sostituzzjoni | artikolu 18 titolu | 21/12/2018 | |
Modified by | 32018R2000 | Sostituzzjoni | artikolu 18 paragrafu 4 | 21/12/2018 | |
Modified by | 32018R2000 | Żieda | artikolu 18 paragrafu 3b | 21/12/2018 | |
Modified by | 32018R2000 | Żieda | artikolu 18 paragrafu 3a | 21/12/2018 | |
Modified by | 32018R2000 | Sostituzzjoni | artikolu 18 paragrafu 1 Test | 21/12/2018 | |
Modified by | 32018R2000 | Żieda | artikolu 18 paragrafu 3c | 21/12/2018 | |
Modified by | 32018R2000 | Sostituzzjoni | artikolu 25 Test | 21/12/2018 | |
Modified by | 32018R2000 | Sostituzzjoni | artikolu 18 paragrafu 3 | 21/12/2018 | |
Modified by | 32020R0445 | Żieda | anness II punt 9 | 28/03/2020 | |
Modified by | 32022R0585 | Sostituzzjoni | artikolu 16 paragrafu 3 | 12/04/2022 | |
Modified by | 32022R0585 | Sostituzzjoni | artikolu 17 paragrafu 9 | 12/04/2022 |
20.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 150/168 |
REGOLAMENT (UE) Nru 516/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ April 2014
li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 78(2) u l-Artikolu 79(2) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
L-objettiv tal-Unjoni li tikkostitwixxi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, għandu jintlaħaq, fost l-oħrajn, permezz ta’ miżuri komuni li jservu ta’ qafas għall-politika fir-rigward tal-asil u l-immigrazzjoni, ibbażata fuq solidarjetà bejn l-Istati Membri, li tkun ġusta għal pajjiżi terzi u ċ-ċittadini tagħhom. Il-Kunsill Ewropew tat-2 ta’ Diċembru 2009 rrikonoxxa li r-riżorsi finanzjarji fl-Unjoni għandhom isiru dejjem aktar flessibbli u koerenti, f’termini kemm ta’ ambitu kif ukoll ta’ applikabbiltà, sabiex jappoġġaw żviluppi tal-politika fil-qasam tal-asil u l-migrazzjoni. |
(2) |
Sabiex jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-politika komuni tal-Unjoni dwar l-asil u l-immigrazzjoni u għat-tisħiħ tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja fid-dawl tal-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (“il-Fond”). |
(3) |
Il-Fond għandu jirrifletti l-ħtieġa għal żieda fil-flessibiltà u s-simplifikazzjoni filwaqt li jirrispetta r-rekwiżiti f’termini ta’ prevedibbiltà, u filwaqt li jiżgura distribuzzjoni ġusta u trasparenti ta’ riżorsi sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi ġenerali u speċifiċi stipulati f’dan ir-Regolament. |
(4) |
L-effiċjenza ta’ miżuri u l-kwalità tal-infiq jikkostitwixxu l-prinċipji ta’ gwida fl-implimentazzjoni tal-Fond. Barra minn hekk, il-Fond għandu jiġi implimentat ukoll bl-aktar mod effettiv u faċli possibbli għall-utent. |
(5) |
L-istruttura l-ġdida b’żewġ pilastri tal-finanzjament fil-qasam tal-affarijiet interni għandha tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni, ir-razzjonalizzazzjoni, il-konsolidazzjoni u t-trasparenza tal-finanzjament f’dak il-qasam. Għandhom jiġu mfittxija s-sinerġiji, il-konsistenza u l-komplimentarjetà bejn fondi u programmi differenti, inkluż bil-ħsieb li l-finanzjament jiġi allokat għal objettivi komuni. Madankollu, għandu jiġi evitat kwalunkwe sovrapponiment bejn l-istrumenti differenti ta’ finanzjament. |
(6) |
Il-Fond għandu joħloq qafas flessibbli li jippermetti li l-Istati Membri jirċievu riżorsi finanzjarji taħt il-programmi nazzjonali tagħhom biex jappoġġaw l-oqsma ta’ politika taħt il-Fond skont is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, u fid-dawl tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Fond, li għalihom l-appoġġ finanzjarju jkun l-aktar effettiv u xieraq. |
(7) |
Il-Fond għandu jesprimi solidarjetà permezz ta’ assistenza finanzjarja lill-Istati Membri. Għandha tittejjeb il-ġestjoni effettiva tal-flussi migratorji lejn l-Unjoni f’oqsma fejn l-Unjoni żżid il-valur massimu, b’mod partikolari permezz tal-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi. |
(8) |
Sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettiv ġenerali tal-Fond, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi nazzjonali tagħhom jinkludu azzjonijiet li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi ta’ dan ir-Regolament u li l-allokazzjoni ta’ riżorsi bejn l-objettivi jiżgura li l-objettivi jistgħu jintlaħqu. F’każ eċċezzjonali li Stat Membru jixtieq li jidderoga mill-perċentwali minimi stipulati f’dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi ġustifikazzjoni dettaljata fil-programm nazzjonali tiegħu. |
(9) |
Biex tiġi żgurata politika uniformi u ta’ kwalità għolja dwar l-asil u jiġu applikati standards ogħla ta’ protezzjoni internazzjonali, il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-funzjonament effettiv tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, li tinkludi miżuri dwar il-politika, il-leġislazzjoni, u il-bini tal-kapaċità, waqt li jaġixxi f’kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra, aġenziji tal-Unjoni u pajjiżi terzi. |
(10) |
Huwa xieraq li jiġu appoġġati u mtejba l-isforzi magħmula mill-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ u kif jixraq l-acquis tal-Unjoni dwar l-asil, b’mod partikolari biex jagħtu kondizzjonijiet ta’ akkoljenza xierqa għal persuni spustati u applikanti għal, u benefiċjarji ta’, protezzjoni internazzjonali, biex jiżguraw id-determinazzjoni korretta tal-istatus, skont id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), biex japplikaw proċeduri tal-asil ġusti u effettivi u biex jippromwovu prattika tajba fil-qasam tal-asil sabiex jipproteġu d-drittijiet ta’ persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u jagħmluha possibbli li s-sistemi tal-asil tal-Istati Membri jaħdmu b’mod effiċjenti. |
(11) |
Il-Fond għandu joffri appoġġ adegwat għal sforzi konġunti mill-Istati Membri biex jidentifikaw, jikkondividu u jippromwovu l-aħjar prattiki u jistabbilixxu strutturi ta’ kooperazzjoni effettivi sabiex isaħħu l-kwalità tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-qafas tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil. |
(12) |
Il-Fond għandu jikkumplimenta u jsaħħaħ l-attivitajiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ għall-Asil (“EASO”) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), bil-ħsieb li jikkoordina l-kooperazzjoni prattika bejn l-Istati Membri dwar l-asil, jappoġġa lill-Istati Membri soġġetti għal pressjoni partikolari fuq is-sistemi tagħhom tal-asil u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel użu mill-possibbiltà offruta mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) biex tinkariga lill-EASO bl-implimentazzjoni tal-kompiti ad hoc speċifiċi, bħall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istati Membri dwar ir-risistemazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 439/2010. |
(13) |
Il-Fond għandu jappoġġa l-isforzi mill-Unjoni u l-Istati Membri relatati mat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiżviluppaw, jimmonitorjaw u jevalwaw il-politiki tagħhom dwar l-asil fid-dawl tal-obbligi tagħhom taħt il-liġi eżistenti tal-Unjoni. |
(14) |
Il-Fond għandu jappoġġa l-isforzi magħmula mill-Istati Membri biex jipprovdu protezzjoni internazzjonali u soluzzjoni dejjiema fit-territorji tagħhom lil refuġjati u persuni spustati identifikati bħala eliġibbli għal risistemazzjoni mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (“UNHCR”), bħall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tar-risistemazzjoni u t-trasferiment tal-persuni kkonċernati lejn it-territorji tagħhom, bil-ħsieb li jagħtuhom status legali sigur u jippromwovu l-integrazzjoni effettiva tagħhom. |
(15) |
Il-Fond għandu jipprevedi approċċi ġodda dwar aċċess għal proċeduri tal-asil b’mod aktar sikur, b’mod partikolari billi jimmiraw pajjiżi ewlenin ta’ transitu bħal programmi ta’ protezzjoni għal gruppi partikolari jew ċerti proċeduri għall-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-asil. |
(16) |
Hija fin-natura tal-Fond li għandu jkun jista’ jipprovdi appoġġ lil operazzjonijiet volontarji ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet maqbula bejn L-Istati Membri u li jikkonsistu fit-trasferiment ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, u ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali, minn Stat Membru għal ieħor. |
(17) |
Is-sħubiji u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi biex tkun żgurata l-ġestjoni adegwata ta’ influssi ta’ persuni li japplikaw għall-asil jew forom oħra ta’ protezzjoni internazzjonali huma komponent essenzjali tal-politika tal-Unjoni dwar l-asil. Bil-għan li jkun ipprovdut aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u soluzzjonijiet dejjiema fl-aktar stadju bikri possibbli, inkluż fil-qafas tal-iżvilupp ta’ Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali, il-Fond għandu jinkludi komponent ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni. |
(18) |
Biex itejjeb u jsaħħaħ il-proċess ta’ integrazzjoni fis-soċjetajiet Ewropej, il-Fond għandu jiffaċilita l-migrazzjoni legali lejn l-Unjoni f’konformità mal-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tal-Istati Membri u jantiċipa t-tħejjija tal-proċess ta’ integrazzjoni diġà fil-pajjiż ta’ oriġini ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ġejjin lejn l-Unjoni. |
(19) |
Sabiex ikun effiċjenti u jikseb l-ikbar valur miżjud, il-Fond għandu jsegwi approċċ aktar immirat, b’appoġġ għal strateġiji konsistenti maħsuba speċifikament biex jippromwovu l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fuq livell nazzjonali, lokali u/jew reġjonali, fejn ikun adatt. Dawk l-istrateġiji għandhom jiġu implimentati l-aktar minn awtoritajiet lokali jew reġjonali u atturi mhux statali, mingħajr l-esklużjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, b’mod partikolari fejn l-organizzazzjoni amministrattiva speċifika tal-Istat Membru tkun teħtieġ dan, jew fejn, fi Stat Membru, l-azzjonijiet ta’ integrazzjoni jaqgħu taħt kompetenza kondiviża bejn l-Istat u amministrazzjoni deċentralizzata. L-organizzazzjonijiet ta’ implimentazzjoni għandhom jagħżlu l-miżuri l-aktar adattati għas-sitwazzjoni partikolari tagħhom mill-firxa ta’ miżuri disponibbli. |
(20) |
L-implimentazzjoni tal-Fond għandha tkun konsistenti mal-Prinċipji Bażiċi Komuni tal-Unjoni dwar l-Integrazzjoni, kif speċifikat fil-Programm Komuni għall-Integrazzjoni. |
(21) |
L-ambitu tal-miżuri ta’ integrazzjoni għandu jinkludi wkoll il-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali sabiex ikun żgurat approċċ komprensiv għall-integrazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn il-gruppi fil-mira. Fejn il-miżuri għall-integrazzjoni jkunu kkombinati mal-akkoljenza, l-azzjonijiet għandhom, fejn ikun adatt, jippermettu wkoll l-inklużjoni ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali. |
(22) |
Biex tiġi żgurata l-konsistenza tar-rispons tal-Unjoni għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Fond għandhom ikunu speċifiċi u komplementari għall-azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Fond Soċjali Ewropew. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Fond għandhom ikunu meħtieġa jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri għall-għan tal-ġestjoni tal-interventi tal-Fond Soċjali Ewropew. |
(23) |
Għal raġunijiet prattiċi, xi azzjonijiet jistgħu jikkonċernaw grupp ta’ persuni li jista’ jiġi indirizzat b’mod aktar effettiv bħala grupp, mingħajr ma ssir distinzjoni bejn il-membri tiegħu. Għalhekk, ikun adatt li tiġi prevista l-possibbiltà għal dawk l-Istati Membri li jixtiequ dan li jipprevedu fil-programmi nazzjonali tagħhom li l-azzjonijiet ta’ integrazzjoni jistgħu jinkludu membri immedjati tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, sal-punt li jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva ta’ tali azzjonijiet. It-terminu “membru immedjat tal-familja” għandu jinftiehem li ifisser il-konjuġi, is-sieħeb jew is-sieħba, u kwalunkwe persuna li għandha rabtiet familjari diretti fil-linja dixxendentali jew axxendentali maċ-ċittadin tal-pajjiż terz li huwa fil-mira tal-azzjonijiet ta’ integrazzjoni u li ma jkunx kopert b’mod ieħor mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond. |
(24) |
Il-Fond għandu jappoġġa lill-Istati Membri fit-twaqqif ta’ strateġiji għall-organizzazzjoni ta’ migrazzjoni legali, li jsaħħu l-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw, jimplimentaw, jimmonitorjaw u jevalwaw b’mod ġenerali l-istrateġiji, il-politiki u l-miżuri kollha tal-immigrazzjoni u l-integrazzjoni għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inklużi l-istrumenti legali tal-Unjoni. Il-Fond għandu jappoġġa wkoll l-iskambju ta’ informazzjoni, l-aħjar prattiki u l-kooperazzjoni bejn id-dipartimenti differenti tal-amministrazzjoni kif ukoll ma’ Stati Membri oħra. |
(25) |
L-Unjoni għandha tkompli u tespandi l-użu ta’ Sħubiji għall-Mobilità bħala l-qafas prinċipali ta’ kooperazzjoni strateġika, komprensiva u fit-tul għall-ġestjoni tal-migrazzjoni ma’ pajjiżi terzi. Il-Fond għandu jappoġġa attivitajiet fil-qafas ta’ Sħubiji għall-Mobilità li jseħħu fl-Unjoni jew f’pajjiżi terzi u mmirati lejn l-insegwiment tal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-Unjoni, b’mod partikolari azzjonijiet li jiżguraw il-kontinwità tal-finanzjament li jinkludu kemm l-Unjoni kif ukoll pajjiżi terzi. |
(26) |
Huwa xieraq li jkompli jingħata appoġġ u jiġu inkoraġġuti l-isforzi tal-Istati Membri biex itejbu l-ġestjoni tar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fid-dimensjonijiet kollha tagħha, bil-ħsieb ta’ implimentazzjoni ġusta u effettiva kontinwa ta’ standards komuni dwar ir-ritorn, b’mod partikolari kif stabbilit fid-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Il-Fond għandu jippromwovi l-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ ritorn f’livell nazzjonali fi ħdan il-kunċett ta’ ġestjoni integrata tar-ritorn, u wkoll miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni effettiva tagħhom f’pajjiżi terzi. |
(27) |
Fir-rigward tar-ritorn volontarju ta’ persuni, inklużi persuni li jixtiequ jirritornaw minkejja l-fatt li ma għandhom l-ebda obbligu li jħallu t-territorju, għat-tali persuni li jirritornaw għandhom ikunu previsti inċentivi, bħal trattament preferenzjali fil-forma ta’ għajnuna mtejba għar-ritorn. Dan it-tip ta’ ritorn volontarju huwa fl-interess kemm tal-persuni li jirritornaw kif ukoll tal-awtoritajiet f’termini tal-kost-effettività tiegħu. L-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa jagħtu preferenza għar-ritorn volontarju. |
(28) |
Madankollu, mill-perspettiva ta’ politika, ir-ritorn volontarju u infurzat huma interkonnessi u għandhom effett ta’ tisħiħ reċiproku u, għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa fil-ġestjoni tar-ritorn tagħhom biex isaħħu l-kumplimentaritajiet taż-żewġ forom. Hemm il-ħtieġa li jitwettqu tneħħijiet sabiex tkun salvagwardjata l-integrità tal-politika dwar l-immigrazzjoni u l-asil tal-Unjoni u s-sistemi tal-immigrazzjoni u l-asil tal-Istati Membri. Għalhekk il-possibbiltà ta’ tneħħijiet hija prerekwiżit biex ikun żgurat li din il-politika ma tkunx mhedda u biex ikun infurzat l-istat tad-dritt, li fih innifsu huwa essenzjali għall-ħolqien ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-Fond għandu għalhekk jappoġġa l-azzjonijiet tal-Istati Membri li jiffaċilitaw tneħħijiet f’konformità mal-istandards stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, fejn ikun applikabbli, u b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u d-dinjità tal-persuni li jirritornaw. |
(29) |
Huwa essenzjali għall-Fond li jappoġġa miżuri speċifiċi għall-persuni li marru lura fil-pajjiż ta’ ritorn, sabiex ikun żgurat ir-ritorn effettiv tagħhom lejn il-belt jew reġjun tagħhom ta’ oriġini taħt kondizzjonijiet tajbin u biex ittejjeb ir-riintegrazzjoni dejjiema tagħhom fil-komunità tagħhom. |
(30) |
Il-ftehimiet ta’ riammissjoni tal-Unjoni huma komponent integrali tal-politika ta’ ritorn tal-Unjoni u għodda ċentrali għall-ġestjoni effiċjenti tal-flussi migratorji peress li jiffaċilitaw ir-ritorn ta’ malajr ta’ migranti irregolari. Dawk il-ftehimiet huma element importanti fil-qafas tad-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi tal-oriġini u t-tranżitu ta’ migranti irregolari u l-implimentazzjoni tagħhom fil-pajjiżi terzi għandha tkun appoġġata fl-interess ta’ strateġiji ta’ ritorn effettivi fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni. |
(31) |
Il-Fond għandu jikkumplimenta u jsaħħaħ l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 (8), li parti mill-inkarigi tagħha huwa li tipprovdi lill-Istati Membri bl-appoġġ meħtieġ għall-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn konġunti u għall-identifikazzjoni ta l-aħjar prattiki dwar l-akkwiżizzjoni ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u t-tneħħija ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali fit-territorji tal-Istati Membri kif ukoll biex tassisti lill-Istati Membri f’ċirkostanzi li jeħtieġu assistenza teknika u operazzjonali miżjuda fil-fruntieri esterni, b’kont meħud li xi sitwazzjonijiet jistgħu jinvolvu emerġenzi umanitarji u salvataġġ fil-baħar. |
(32) |
Minbarra l-appoġġ għar-ritorn ta’ persuni kif previst f’dan ir-Regolament, il-Fond għandu wkoll jappoġġa miżuri oħra biex tiġi miġġielda l-immigrazzjoni illegali jew l-evitar ta’ regoli eżistenti dwar il-migrazzjoni legali, biex b’hekk tiġi salvagwardata l-integrità tas-sistemi tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri. |
(33) |
Il-Fond għandu jiġi implimentat b’rispett sħiħ għad-drittijiet u l-prinċipji minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għad-drittijiet fundamentali minquxa fl-istrumenti internazzjonali rilevanti, inkluż fil-każistika rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. L-azzjonijiet eliġibbli għandhom jieħdu kont tal-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għall-protezzjoni ta’ migranti, refuġjati u dawk li jfittxu asil, u għandhom, b’mod partikolari, jiżguraw li tingħata attenzjoni speċjali lil, u li jkun previst rispons iddedikat, għas-sitwazzjoni speċifika ta’ persuni vulnerabbli, b’mod partikolari n-nisa, l-minorenni mhux akkumpanjati u minorenni oħra f’riskju. |
(34) |
It-termini “persuni vulnerabbli” u “membri tal-familja” huma definiti b’mod differenti f’atti differenti rilevanti għal dan ir-Regolament. Huma għandhom għalhekk jinftehmu skont it-tifsira tal-att rilevanti, waqt li jittieħed kont tal-kuntest li jintużaw fih. Fil-kuntest tar-risistemazzjoni, l-Istati Membri li jirrisistemaw għandhom jikkonsultaw mill-qrib mal-UNHCR fir-rigward tat-terminu “membri tal-familja” fil-prattiki ta’ risistemazzjoni tagħhom u fil-proċessi effettivi ta’ risistemazzjoni. |
(35) |
Miżuri dwar u fir-rigward ta’ pajjiżi terzi appoġġati permezz tal-Fond għandhom jiġu adottati f’sinerġija u koerenza ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni appoġġati permezz ta’ strumenti ta’ assistenza esterna tal-Unjoni, kemm ġeografiċi kif ukoll tematiċi. B’mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet għandha titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat. Il-miżuri m’għandux ikollhom l-intenzjoni li jappoġġaw azzjonijiet li huma direttament orjentati lejn l-iżvilupp u għandhom jikkumplimentaw, fejn adatt, l-assistenza finanzjarja pprovduta permezz ta’ strumenti tal-għajnuna esterni. Il-prinċipju tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp, kif jinsab fil-paragrafu 35 tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp, għandu jiġi rispettat. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-assistenza ta’ emerġenza tkun konsistenti ma’, u fejn rilevanti, kumplementari mal-politika umanitarja tal-Unjoni u tirrispetta l-prinċipji umanitarji kif stabbiliti mill-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja. |
(36) |
Parti kbira tar-riżorsi disponibbli taħt il-Fond għandha tiġi allokata b’mod proporzjonat mar-responsabbiltà merfugħa minn kull Stat Membru permezz tal-isforzi tiegħu fil-ġestjoni tal-flussi migratorji abbażi ta’ kriterji oġġettivi. Għal dak l-iskop, għandha tintuża l-aktar data statistika reċenti disponibbli miġbura mill-Eurostat taħt ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) li jirrigwardaw il-flussi migratorji, bħalma huwa l-għadd ta’ applikazzjonijiet tal-ewwel asil, l-għadd ta’ deċiżjonijiet pożittivi li jagħtu protezzjoni ta’ refuġjat jew sussidjarja, l-għadd ta’ refuġjati risistemati, l-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment, l-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kisbu awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru sabiex jirrisjedu, l-għadd ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali u l-għadd ta’ ritorni effettwati. |
(37) |
L-allokazzjoni ta’ ammonti bażiċi lill-Istati Membri hijastipulata f’dan ir-Regolament. L-ammont bażiku huwa magħmul minn ammont minimu u minn ammont ikkalkulat abbażi tal-medja tal-allokazzjonijiet għall-2011, l-2012 u l-2013 għal kull Stat Membru taħt il-Fond Ewropew għar-Rifuġjati, stabbilita bid-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta’ Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi stabbilita bid-Deċiżjoni Nru 2007/435/KE (11) u l-Fond Ewropew għar-Ritorn stabbilita bid-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Il-kalkolu tal-allokazzjonijiet sar f’konformità mal-kriterji tad-distribuzzjoni stipulati fid-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE, id-Deċiżjoni 2007/435/KE u d-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE. Fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7-8 ta’ Frar 2013 li enfasizzaw li ser ssir enfasi partikolari fuq soċjetajiet insulari li jiffaċċaw sfidi ta’ migrazzjoni sproporzjonati, huwa adatt li jiżdiedu l-ammonti minimi għal Ċipru u Malta. |
(38) |
Filwaqt li huwa xieraq li jkun allokat lil kull Stat Membru ammont ibbażat fuq l-aktar data statistika reċenti disponibbli, parti mir-riżorsi disponibbli taħt il-Fond għandha tkun imqassma wkoll għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi li jeħtieġu sforz kooperattiv fost l-Istati Membri u jiġġeneraw valur miżjud sinifikanti għall-Unjoni, kif ukoll għall-implimentazzjoni ta’ Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni u t-trasferiment ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru wieħed għall-ieħor. |
(39) |
Għal dak il-għan, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi lista ta’ azzjonijiet speċifiċi eliġibbli għal riżorsi mill-Fond. Għandhom jiġu allokati ammonti addizzjonali lil dawk l-Istati Membri li jintrabtu li jimplimentaw tali azzjonijiet. |
(40) |
Fid-dawl tal-istabbiliment progressiv ta’ Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni, il-Fond għandu jipprovdi assistenza mmirata fil-forma ta’ inċentivi finanzjarji (somom sħaħ) għal kull persuna risistemata. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-EASO u skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni effettiva ta’ operazzjonijiet ta’ risistemazzjoni appoġġati mill-Fond. |
(41) |
Bil-għan li jiżdied l-impatt tal-isforzi tal-Unjoni għar-risistemazzjoni fl-għoti ta’ protezzjoni lill-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u li jinkiseb l-impatt strateġiku massimu tar-risistemazzjoni permezz ta’ ffukar aħjar fuq dawk il-persuni li l-aktar jeħtieġu risistemazzjoni, il-prijoritajiet komuni fir-rigward tar-risistemazzjoni għandhom jiġu fformulati fil-livell tal-Unjoni. Dawk il-prijoritajiet komuni għandhom jiġu emendati biss fejn ikun hemm ġustifikazzjoni ċara biex isir hekk, jew fid-dawl ta’ rakkomandazzjonijiet mill-UNHCR fuq il-bażi tal-kategoriji ġenerali speċifikati f’dan ir-Regolament. |
(42) |
Minħabba l-vulnerabbiltà partikolari tagħhom, xi kategoriji ta’ persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali għandhom dejjem ikunu inklużi fil-prijoritajiet komuni tal-Unjoni għar-risistemazzjoni. |
(43) |
Meta jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ risistemazzjoni stabbiliti fil-prijoritajiet komuni tal-Unjoni għar-risistemazzjoni, huwa meħtieġ ukoll li jkunu previsti inċentivi finanzjarji addizzjonali għar-risistemazzjoni ta’ persuni fir-rigward ta’ reġjuni ġeografiċi u nazzjonalitajiet speċifiċi, kif ukoll tal-kategoriji speċifiċi ta’ persuni li għandhom jiġu risistemati, fejn ir-risistemazzjoni tkun determinata bħala l-aktar rispons xieraq għall-ħtiġijiet speċjali tagħhom. |
(44) |
Biex titjieb is-solidarjetà u ssir kondiviżjoni aħjar tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi tal-asil, għandu jiġi stabbilit ukoll mekkaniżmu simili bbażat fuq inċentivi finanzjarji għat-trasferiment ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru wieħed għall-ieħor. Tali mekkaniżmu għandu jnaqqas il-pressjoni minn fuq Stati Membri li jirċievu numri għoljin ta’ persuni li jfittxu asil u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, f’termini assoluti jew inkella f’termini proporzjonati. |
(45) |
L-appoġġ ipprovdut mill-Fond ser ikun aktar effiċjenti u jġib valur miżjud akbar jekk jiġi identifikat għadd limitat ta’ objettivi obbligatorji f’dan ir-Regolament, li għandhom jiġu segwiti fil-programmi mfassla minn kull Stat Membru u filwaqt li jitqiesu s-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tiegħu. |
(46) |
Huwa importanti għas-solidarjetà msaħħa li l-Fond jipprovdi, f’koordinazzjoni u f’sinerġija mal-assistenza umanitarja mmexxija mill-Kummissjoni fejn adatt, appoġġ addizzjonali biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta’ emerġenza ta’ pressjoni migratorja qawwija fi Stati Membri jew pajjiżi terzi jew fil-każ ta’ influss bil-massa ta’ persuni spustati, skont id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE (13), permezz ta’ assistenza ta’ emerġenza. L-assistenza ta’ emerġenza għandha tinkludi wkoll l-appoġġ lil programmi ad hoc ta’ ammissjoni umanitarja li għandhom l-għan li jippermettu soġġorn temporanju fuq it-territorju ta’ Stat Membru f’każ ta’ kriżi umanitarja urġenti f’pajjiżi terzi. Madankollu, dawn il-programmi oħra ta’ ammissjoni umanitarja huma mingħajr preġudizzju għal, u m’għandhomx jimminaw, il-programm ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni li sa mill-bidu jimmira espliċitament li jipprovdi soluzzjoni dejjiema għal persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali trasferiti fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri m’għandhomx ikunu intitolati jirċievu somom sħiħa fir-rigward ta’ persuni mogħtija soġġorn temporanju fuq it-territorju ta’ Stat Membru taħt dawn il-programmi oħra ta’ ammissjoni umanitarja. |
(47) |
Dan ir-Regolament għandu jipprovdi assistenza finanzjarja għall-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE (14) f’konformità mal-objettivi u l-inkarigi tagħha. |
(48) |
Id-Deċiżjoni 2008/381/KE għandha għalhekk tiġi emendata biex jiġu allinjati l-proċeduri u jiġi ffaċilitat l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju adatt u f’waqtu lill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali li huma msemmija f’dik id-Deċiżjoni. |
(49) |
Fid-dawl tal-għan tal-inċentivi finanzjarji allokati lill-Istati Membri għar-risistemazzjoni u/jew it-trasferiment ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru għal ieħor fil-forma ta’ somom sħaħ, u minħabba li jirrappreżentaw frazzjoni żgħira tal-ispejjeż proprji, dan ir-Regolament għandu jipprevedi ċerti derogi mir-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa. |
(50) |
Sabiex ikunu ssupplimentati jew emendati d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-ammonti sħaħ għar-risistemazzjoni u t-trasferiment ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru għal ieħor, u dwar id-definizzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi u ta’ prijoritajiet komuni tal-Unjoni għar-risistemazzjoni, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, waqt it-tħejjija u t-tfassil ta’ atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u adatta ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(51) |
Fl-applikazzjoni ta’ dan r-Regolament, inkluż il-preparazzjoni tal-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti mill-Istati Membri kollha. |
(52) |
Biex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). |
(53) |
Il-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni għandu jikkonċentra fuq attivitajiet fejn l-intervent tal-Unjoni jista’ jagħti valur addizzjonali meta mqabbel mal-azzjoni tal-Istati Membri waħdu. Peress li l-Unjoni tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tipprovdi qafas għall-espressjoni ta’ solidarjetà tal-Unjoni fil-ġestjoni tal-flussi migratorji, l-appoġġ finanzjarju pprovdut taħt dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxi b’mod partikolari biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u tal-Unjoni f’dan il-qasam. |
(54) |
Hemm il-ħtieġa ta’ massimizzazzjoni tal-impatt tal-finanzjamenti tal-Unjoni permezz ta’ mobilizzazzjoni, ġbir komuni u tisħiħ tar-riżorsi finanzjarji pubbliċi u privati. |
(55) |
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-Fond f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) bl-għajnuna ta’ indikaturi komuni għall-evalwazzjoni tar-riżultati u l-impatti. Dawk l-indikaturi, inklużi linji ta’ referenza rilevanti, għandhom jipprovdu l-bażi minima sabiex jiġi vvalutat sa liema punt intlaħqu l-objettivi tal-Fond. |
(56) |
Biex jitkejlu l-kisbiet tal-Fond, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi komuni b’rabta ma’ kull objettiv speċifiku tiegħu. L-indikaturi komuni m’għandhomx jaffettwaw in-natura fakultattiva jew obbligatorja tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet relatati kif imniżżla f’dan ir-Regolament. |
(57) |
Għall-għan tal-ġestjoni u l-implimentazzjoni tiegħu, il-Fond għandu jifforma parti minn qafas koerenti li jikkonsisti minn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). Għall-finijiet tal-Fond, is-sħubija prevista fir-Regolament (UE) Nru 514/2014 għandha tinkludi organizzazzjonijiet internazzjonali, organizzazzjonijiet mhux governattivi u msieħba soċjali rilevanti. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli li jistabbilixxi l-kompożizzjoni tas-sħubija u l-arranġamenti prattiċi rigward l-implimentazzjoni tagħha. |
(58) |
Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi għal ġestjoni effiċjenti tal-flussi migratorji u għall-implimentazzjoni, it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-politika komuni dwar l-asil, il-protezzjoni sussidjarja u l-protezzjoni temporanja u l-politika komuni dwar l-immigrazzjoni, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
(59) |
Skont l-Artikoli 8 u 10 TFUE, il-Fond għandu jqis il-prinċipji tal-integrazzjoni tad-dimesjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-prinċipji ta’ antidiskriminazzjoni. |
(60) |
Id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE, Nru 575/2007/KE u 2007/435/KE għandhom jitħassru, soġġett għad-dispożizzjonijiet transitorji stipulati f’dan ir-Regolament. |
(61) |
F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħha li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(62) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex la marbuta bih u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
(63) |
Huwa adatt li jiġi allinjat il-perijodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma’ dak tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (18). Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Għan u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (“il-Fond”) għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.
2. Dan ir-Regolament jistipula:
(a) |
l-objettivi tal-appoġġ finanzjarju u l-azzjonijiet eliġibbli; |
(b) |
il-qafas ġenerali għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet eliġibbli; |
(c) |
ir-riżorsi finanzjarji disponibbli u d-distribuzzjoni tagħhom; |
(d) |
il-prinċipji u l-mekkaniżmu għall-istabbiliment ta’ prijoritajiet komuni tal-Unjoni għar-risistemazzjoni; |
(e) |
l-assistenza finanzjarja prevista għall-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni. |
3. Dan ir-Regolament jipprevedi l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 514/2014, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“risistemazzjoni” tfisser il-proċess li bih, fuq talba mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (“UNHCR”) ibbażata fuq il-ħtieġa ta’ persuna għal protezzjoni internazzjonali, ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkunu trasferiti minn pajjiż terz u stabbiliti fi Stat Membru fejn ikollhom permess jirrisjedu b’wieħed mill-istatus li ġejjin:
|
(b) |
“programmi oħra ta’ ammissjoni umanitarja” tfisser proċess ad hoc li bih Stat Membru jdaħħal għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal soġġorn fit-territorju tiegħu għal perijodu ta’ żmien temporanju sabiex jipproteġihom minn kriżijiet umanitarji urġenti dovuti għal avvenimenti bħal żviluppi jew konflitti politiċi; |
(c) |
“protezzjoni internazzjonali” tfisser status ta’ refuġjat u status ta’ protezzjoni sussidjarja fis-sens tad-Direttiva 2011/95/UE; |
(d) |
“ritorn” tfisser il-proċess ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jmur lura, kemm jekk b’osservanza volontarja ta’ obbligu ta’ ritorn jew b’mod furzat, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE; |
(e) |
“ċittadini ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li ma tkunx ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 20(1) TFUE. Ir-referenza għal ċittadini ta’ pajjiż terz għandha tinftiehem li tinkludi persuni apolidi u persuni b’nazzjonalità mhux iddeterminata; |
(f) |
“tneħħija” tfisser l-infurzar tal-obbligu ta’ ritorn, jiġifieri t-trasportazzjoni fiżika ‘barra mill-Istat Membru, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE; |
(g) |
“tluq volontarju” tfisser osservanza tal-obbligu ta’ ritorn fil-limitu ta’ żmien iffissat għal dak l-għan fid-deċiżjoni ta’ ritorn, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE; |
(h) |
“minorenni mhux akkumpanjat” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz taħt l-età ta’ 18-il sena, li jasal jew wasal fit-territorju ta’ Stat Membru mhux akkumpanjat minn adult responsabbli għalih kemm bil-liġi jew bil-prattika nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, u sakemm huwa ma jittiħidx effettivament taħt il-kura ta’ tali persuna; dan jinkludi minorenni li jitħalla mhux akkumpanjat wara li huwa daħal fit-territorju ta’ Stat Membru; |
(i) |
“persuna vulnerabbli” tfisser kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li jikkonforma mad-definizzjoni taħt il-liġi tal-Unjoni rilevanti għall-qasam politiku ta’ azzjoni appoġġata taħt il-Fond; |
(j) |
“membru tal-familja” tfisser kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li jikkonforma maddefinizzjoni taħt il-liġi tal-Unjoni rilevanti għall-qasam politiku ta’ azzjoni appoġġata taħt il-Fond; |
(k) |
“sitwazzjoni ta’ emerġenza” tfisser sitwazzjoni li tirriżulta minn:
|
Artikolu 3
Għanijiet
1. L-għan ġenerali tal-Fond għandu jkun li jikkontribwixxi għall-ġestjoni effiċjenti tal-flussi tal-migrazzjoni u għall-implimentazzjoni, it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-politika komuni dwar l-asil, il-protezzjoni sussidjarja u l-protezzjoni temporanja u l-politika komuni dwar il-migrazzjoni, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet u l-prinċipji minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
2. Fi ħdan l-objettiv ġenerali tiegħu, il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettivi speċifiċi komuni li ġejjin:
(a) |
it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, inkluż id-dimensjoni esterna tagħha; |
(b) |
l-appoġġ għall-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri f’konformità mal-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom, bħalma huma l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, filwaqt li tiġi salvagwardata l-integrità tas-sistemi tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri, u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effettiva ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi; |
(c) |
it-titjib ta’ strateġiji ta’ ritorn ġusti u effettivi fl-Istati Membri, li jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, b’enfasi fuq is-sostenibbiltà tar-ritorn u r-riammissjoni effettiva fil-pajjiżi tal-oriġini u ta’ transitu; |
(d) |
it-titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi migratorji u tal-asil, inkluż permezz tal-kooperazzjoni prattika. |
Il-kisba ta’ objettivi speċifiċi ta’ dan il-Fond għandhom jiġu evalwati f’konformità mal-Artikolu 55(2) tar-Regolament (UE) No 514/2014 bl-użu ta’ indikaturi komuni kif jinsabu fl-Anness IV għal dan ir-Regolament u indikaturi speċifiċi għall-programm inklużi fil-programmi nazzjonali.
3. Miżuri meħuda biex jinkisbu l-objettivi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu totalment koerenti ma’ miżuri appoġġati mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni u ml-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.
4. L-objettivi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinkisbu bir-rispett dovut għall-prinċipji u l-objettivi tal-politika umanitarja tal-Unjoni. Il-konsistenza mal-miżuri ffinanzjati permezz tal-istrumenti esterni ta’ finanzjament tal-Unjoni għandhom ikunu żgurati skont l-Artikolu 24.
Artikolu 4
Sħubija
Għall-finijiet tal-Fond, is-sħubija msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 għandha tinkludi organizzazzjonijiet internazzjonali, organizzazzjonijiet mhux governattivi u msieħba soċjali rilevanti.
KAPITOLU II
SISTEMA EWROPEA KOMUNI TAL-ASIL
Artikolu 5
Sistemi tal-akkoljenza u l-asil
1. Fi ħdan l-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tad-djalogu ta’ politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514/.2014, u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali stipulati fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, il-Fond għandu jappoġġa l-azzjonijiet li jiffokaw fuq waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi:
(a) |
dawk li jgawdu minn status ta’ refuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja fis-sens tad-Direttiva 2011/95/UE; |
(b) |
dawk li applikaw għal waħda minn dawk iż-żewġ forom ta’ protezzjoni internazzjonali msemmijin fil-punt (a) u għadhom ma rċevewx deċiżjoni finali; |
(c) |
dawk li jgawdu minn protezzjoni temporanja fit-tifsira tad-Direttiva 2001/55/KE; |
(d) |
dawk li qed jiġu jew ġew risistemati fi Stat Membru jew trasferiti minnu. |
Fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-akkoljenza u l-proċeduri tal-asil, il-Fond għandu jappoġġa, b’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin li jiffokaw fuq il-kategoriji ta’ persuni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu:
(a) |
provvista ta’ għajnuna materjali, inkluża assistenza fil-fruntiera, edukazzjoni, taħriġ, servizzi ta’ appoġġ, saħħa u kura psikoloġika; |
(b) |
il-provvista ta’ servizzi ta’ appoġġ bħal traduzzjoni u interpretazzjoni, edukazzjoni, taħriġ, inkluż taħriġ lingwistiku, u inizjattivi oħra li huma konsistenti mal-istatus tal-persuna kkonċernata; |
(c) |
l-istabbiliment u t-titjib ta’ strutturi amministrattivi, sistemi u taħriġ għal persunal u awtoritajiet rilevanti biex jiġi żgurat aċċess effettiv u faċli għal proċeduri ta’ asil għal dawk li jfittxu l-asil u proċeduri effiċjenti u ta’ kwalità għolja ta’ asil, b’mod partikolari, fejn meħtieġ, biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-acquis tal-Unjoni dwar l-asil; |
(d) |
il-provvista ta’ assistenza soċjali, informazzjoni jew għajnuna rigward formalitajiet amministrattivi u/jew ġudizzjarji u informazzjoni jew pariri dwar l-eżiti possibbli tal-proċedura tal-asil, inkluż dwar aspetti bħal proċeduri tar-ritorn; |
(e) |
il-provvista ta’ assistenza u rappreżentanza legali; |
(f) |
l-identifikazzjoni ta’ gruppi vulnerabbli u assistenza speċifika għal persuni vulnerabbli, b’mod partikolari f’konformità mal-punti (a) sa (e); |
(g) |
l-istabbiliment, l-iżvilupp u t-titjib ta’ miżuri alternattivi għad-detenzjoni. |
Fejn jitqies adatt u fejn il-programm nazzjonali ta’ Stat Membru jipprevedihom, il-Fond jista’ jappoġġa wkoll miżuri relatati mal-integrazzjoni, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 9(1) rigward l-akkoljenza tal-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
2. Fi ħdan l-objettiv speċifiku definit fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2), u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19, fir-rigward tal-infrastruttura tal-akkomodazzjoni u s-sistemi tal-akkoljenza, il-Fond għandu jappoġġa, b’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin:
(a) |
it-titjib u l-manutenzjoni tal-infrastrutturi u s-servizzi ta’ akkomodazzjoni eżistenti; |
(b) |
it-tisħiħ u t-titjib tal-istrutturi u s-sistemi amministrattivi; |
(c) |
informazzjoni għal komunitajiet lokali; |
(d) |
it-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet, inklużi l-awtoritajiet lokali li ser jinteraġixxu mal-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 fil-kuntest tal-akkoljenza tagħhom; |
(e) |
l-istabbiliment, il-ġestjoni u l-iżvilupp ta’ infrastruttura u servizzi ġodda tal-akkomodazzjoni kif ukoll strutturi u sistemi amministrattivi, b’mod partikolari, fejn meħtieġ, biex ikunu indirizzati l-ħtiġijiet strutturali tal-Istati Membri. |
3. Fi ħdan l-objettivi speċifiċi stipulati fil-punti (a) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2), u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19, il-Fond għandu jappoġġa wkoll azzjonijiet simili għal dawk elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn tali azzjonijiet ikunu b’rabta ma’ persuni b’soġġorn temporanju:
— |
f’ċentri ta’ tranżitu u tal-ipproċessar għar-refuġjati, b’mod partikolari b’appoġġ għal operazzjonijiet ta’ risistemazzjoni f’kooperazzjoni mal-UNHCR, jew |
— |
fit-territorju ta’ Stat Membru fil-kuntest ta’ programmi oħra ta’ ammissjoni umanitarja. |
Artikolu 6
Kapaċità tal-Istati Membri li jiżviluppaw, jimmonitorjaw u jevalwaw il-politiki u l-proċeduri tagħhom tal-asil
Fi ħdan l-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tad-djalogu ta’ politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward ta’ azzjonijiet relatati mat-titjib tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiżviluppaw, jimmonitorjaw u jevalwaw il-politiki u l-proċeduri ta’ asil tagħhom, il-Fond għandu jappoġġa, b’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin:
(a) |
azzjonijiet li jtejbu l-kapaċità tal-Istati Membri - inkluż fir-rigward tal-mekkaniżmu għal twissija bikrija, l-istat ta’ tħejjija u l-immaniġġar ta’ kriżijiet stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19)- li jiġbru, janalizzaw u jxerrdu data u statistika kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-proċeduri ta’ asil, il-kapaċitajiet tal-akkoljenza, ir-risistemazzjoni u t-trasferiment ta’ applikanti għal u/jew benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru wieħed għal ieħor; |
(b) |
azzjonijiet li jtejbu l-kapaċità tal-Istati Membri li jiġbru, janalizzaw u jxerrdu informazzjoni li tirrigwarda l-pajjiż tal-oriġini; |
(c) |
azzjonijiet li jikkontribwixxu direttament għall-evalwazzjoni tal-politiki dwar l-asil, bħall-valutazzjonijiet nazzjonali tal-impatt, stħarriġ fost il-gruppi fil-mira u l-partijiet interessati l-oħra rilevanti, u għall-iżvilupp ta’ indikaturi u valutazzjonijiet komparattivi. |
Artikolu 7
Risistemazzjoni, trasferiment ta’ applikanti għal, u/jew benefiċjarji ta’, protezzjoni internazzjonali u ammissjonijiet umanitarji oħra ad hoc
1. Fi ħdan l-objettiv speċifiku stipulat fil-punti (a) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tad-djalogu dwar il-politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, il-Fond għandu jappoġġa b’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin relatati mar-risistemazzjoni ta’ kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li qed jiġi risistemat jew li ġie risistemat fi Stat Membru, u programmi oħra ta’ ammissjoni umanitarja:
(a) |
l-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ programmi nazzjonali ta’ risistemazzjoni u strateġiji u programmi oħra ta’ ammissjoni umanitarja, inkluż analiżi tal-ħtiġijiet, it-titjib ta’ indikaturi u evalwazzjoni; |
(b) |
l-istabbiliment ta’ infrastruttura u servizzi adatti biex tkun żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel u effettiva ta’ azzjonijiet ta’ risistemazzjoni u ta’ azzjonijiet rigward programmi oħra ta’ ammissjoni umanitarja, inkluż assistenza lingwistika; |
(c) |
it-twaqqif ta’ strutturi, sistemi u taħriġ tal-persunal biex jitmexxew missjonijiet f’pajjiżi terzi u/jew Stati Membri oħra, biex jitwettqu intervisti, skrutinju mediku u ta’ sigurtà; |
(d) |
il-valutazzjoni tal-każijiet potenzjali ta’ risistemazzjoni u/jew każijiet ta’ ammissjoni umanitarja oħra mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bħat-tmexxija ta’ missjonijiet fil-pajjiż terz, l-intervisti u l-iskrutinju mediku u ta’ sigurtà; |
(e) |
il-valutazzjoni tas-saħħa u t-trattament mediku ta’ qabel it-tluq, il-provvisti materjali ta’ qabel it-tluq, l-informazzjoni u l-miżuri ta’ integrazzjoni ta’ qabel it-tluq u l-arranġamenti tal-ivvjaġġar, inkluż il-provvista ta’ servizzi ta’ skorta medika; |
(f) |
l-informazzjoni u l-assistenza mal-wasla jew ftit wara, inkluż servizzi ta’ interpretazzjoni; |
(g) |
l-azzjonijiet għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja għal persuni li qed jiġu risistemati fi Stat Membru; |
(h) |
it-tisħiħ tal-infrastruttura u s-servizzi rilevanti għall-migrazzjoni u l-asil fil-pajjiżi maħtura għall-implimentazzjoni tal-Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali |
(i) |
il-ħolqien ta’ kondizzjonijiet li jwasslu għall-integrazzjoni, l-awtonomija u l-awtodipendenza ta’ refuġjati risistemati fuq bażi fit-tul. |
2. Fi ħdan l-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tad-djalogu ta’ politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, il-Fond għandu jappoġġa wkoll azzjonijiet simili għal dawk elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn jitqies adatt fid-dawl tal-iżviluppi ta’ politika matul il-perijodu tal-implimentazzjoni tal-Fond jew fejn il-programm nazzjonali tal-Istat Membru jagħmel dispożizzjonijiet bħal dawn, b’rabta mat-trasferiment ta’ applikanti għal u/jew benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali. Tali operazzjonijiet għandhom jitwettqu bil-kunsens tagħhom minn Stat Membru li tahom il-protezzjoni internazzjonali jew li huwa responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni tagħhom jew Stat Membru interessat ieħor fejn ser jingħataw protezzjoni ekwivalenti jew fejn l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali ser tiġi eżaminata.
KAPITOLU III
INTEGRAZZJONI TA’ ĊITTADINI TA’ PAJJIŻI TERZI U MIGRAZZJONI LEGALI
Artikolu 8
Miżuri ta’ immigrazzjoni u ta’ qabel it-tluq
Fi ħdan l-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tad-djalogu ta’ politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, il-Fond għandu jappoġġa l-azzjonijiet li qed isiru f’pajjiż terz li jiffokaw fuq ċittadini ta’ pajjiż terz li jikkonformaw mal-miżuri speċifiċi ta’ qabel it-tluq u/jew il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali u f’konformità mal-liġi tal-Unjoni fejn dan ikun japplika, inkluż dawk marbuta mal-kapaċità ta’ integrazzjoni fis-soċjetà ta’ Stat Membru. F’dan il-kuntest, il-Fond għandu jappoġġa, b’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin:
(a) |
pakketti ta’ informazzjoni u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u promozzjoni tad-djalogu interkulturali, inkluż permezz ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u websajts li huma faċli biex jintużaw; |
(b) |
il-valutazzjoni tal-ħiliet u l-kwalifiki kif ukoll titjib tat-trasparenza u l-kompatibbiltà tal-ħiliet u l-kwalifiki f’pajjiż terz ma’ dawk ta’ Stat Membru; |
(c) |
taħriġ li jtejjeb l-impjegabbiltà fi Stat Membru; |
(d) |
korsijiet komprensivi ta’ orjentazzjoni ċivika u tagħlim lingwistiku. |
(e) |
assistenza fil-kuntest ta’ applikazzjonijiet għal riunifikazzjoni ta’ familja fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE (20). |
Artikolu 9
Miżuri ta’ integrazzjoni
1. Fi ħdan l-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tad-djalogu ta’ politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, il-Fond għandu jappoġġa l-azzjonijiet li jitwettqu fil-qafas ta’ strateġiji konsistenti, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtiġijiet ta’ integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz fil-livell lokali u/jew reġjonali. F’dan il-kuntest, il-Fond għandu jappoġġa, b’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin li jiffokaw fuq ċittadini ta’ pajjiżi terzi li qed jirrisjedu legalment fi Stat Membru jew, fejn ikun xieraq, li huma fil-proċess li jiksbu residenza legali fi Stat Membru:
(a) |
it-twaqqif u l-iżvilupp ta’ tali strateġiji ta’ integrazzjoni bil-parteċipazzjoni ta’ atturi lokali jew reġjonali, fejn adatt, inkluż l-analiżi tal-ħtiġijiet, it-titjib tal-indikaturi dwar l-integrazzjoni, u l-evalwazzjoni, inklużi valutazzjonijiet parteċipatorji, bil-għan li jiġu identifikati l-aħjar prattiki; |
(b) |
il-provvista ta’ pariri u assistenza f’oqsma bħall-akkomodazzjoni fi djar, mezzi ta’ sussistenza, gwida amministrattiva u legali, saħħa medika, psikoloġika u kura soċjali, tħaris tat-tfal u riunifikazzjoni tal-familja; |
(c) |
azzjonijiet ta’ introduzzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fis-soċjetà riċeventi u azzjonijiet li jippermettulhom li jadattaw għaliha, biex jinfurmawhom dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, biex jipparteċipaw fil-ħajja ċivili u kulturali u biex jaqsmu l-valuri minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
(d) |
miżuri li jiffokaw fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż taħriġ fil-lingwa u azzjonijiet ta’ tħejjija li jiffaċilitaw l-aċċess għas-suq tax-xogħol; |
(e) |
azzjonijiet imfassla biex jippromwovu l-awtonomija personali u li jippermettu li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jipprovdu għalihom infushom; |
(f) |
azzjonijiet li jippromwovu kuntatt sinifikattiv u djalogu kostruttiv bejn ċittadini ta’ pajjiżi terzi u s-soċjetà riċeventi u azzjonijiet biex jippromwovu l-aċċettazzjoni mis-soċjetà riċeventi, inkluż permezz tal-involviment tal-mezzi tal-informazzjoni; |
(g) |
azzjonijiet li jippromwovu kemm l-ugwaljanza tal-aċċess kif ukoll l-ugwaljanza tar-riżultati fir-rigward tat-trattamenti ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma’ servizzi pubbliċi u privati, inkluż l-adattament ta’ dawn is-servizzi biex jittrattaw ma’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi; |
(h) |
il-bini tal-kapaċità ta’ benefiċjarji, kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, inkluż permezz ta’ skambji ta’ esperjenza u tal-aħjar prattiki, u n-netwerking. |
2. L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom iqisu, kull fejn jeħtieġ, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kategoriji differenti ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkluż benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, persuni risistemati jew trasferiti u, b’mod partikolari, persuni vulnerabbli.
3. Il-programmi nazzjonali jistgħu jippermettu l-inklużjoni fl-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ persuni koperti mill-grupp ta’ mira li saret referenza għalih fil-paragrafu msemmi sal-grad li huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva ta’ tali azzjonijiet.
4. Għall-finijiet tal-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, is-sħubija msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 għandha tinkludi awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri għall-finijiet tal-ġestjoni tal-interventi tal-Fond Soċjali Ewropew.
Artikolu 10
Miżuri prattiċi ta’ kooperazzjoni u ta’ bini tal-kapaċità
Fi ħdan l-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tad-djalogu ta’ politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, il-Fond għandu jappoġġa l-azzjonijiet li jiffokaw fuq waħda jew aktar minn dan li ġej:
(a) |
l-iżvilupp ta’ strateġiji li jippromwovu l-migrazzjoni legali bil-għan li jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri flessibbli tal-ammissjoni; |
(b) |
l-appoġġ għall-kooperazzjoni bejn pajjiżi terzi u l-aġenziji tar-reklutaġġ, is-servizzi tal-impjiegi u s-servizzi tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri, kif ukoll l-appoġġ għall-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħhom tal-liġi tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni, proċessi ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti u konsulenza esperta jew skambji ta’ informazzjoni dwar approċċi li jimmiraw għal nazzjonalitajiet jew kategoriji speċifiċi ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tal-ħtiġijiet tas-swieq tax-xogħol; |
(c) |
it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiżviluppaw, jimplimentaw, jimmonitorjaw u jevalwaw l-istrateġiji, politiki u miżuri tal-immigrazzjoni tagħhom fil-livelli differenti u d-dipartimenti tal-amministrazzjonijiet, partikolarment it-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jiġbru, janalizzaw u jxerrdu data dettaljata u sistematika u statistika dwar il-proċeduri u l-flussi migratorji u permessi ta’ residenza, u l-iżvilupp ta’ għodda ta’ monitoraġġ, skemi ta’ evalwazzjoni, indikaturi u valutazzjoni komparattiva għall-kejl tal-kisba ta’ dawk l-istrateġiji; |
(d) |
it-taħriġ tal-benefiċjarji kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, u tal-persunal li jipprovdu servizzi pubbliċi u privati, inkluż istituzzjonijiet edukattivi, promozzjoni tal-iskambju tal-esperjenzi u tal-aħjar prattiki, kooperazzjoni, netwerking, u kapaċitajiet interkulturali, kif ukoll titjib tal-kwalità tas-servizzi pprovduti; |
(e) |
il-bini ta’ strutturi organizzattivi sostenibbli għall-ġestjoni tal-integrazzjoni u d-diversità, b’mod partikolari permezz ta’ kooperazzjoni bejn partijiet interessati differenti li tippermetti li uffiċjali f’diversi livelli ta’ amministrazzjonijiet nazzjonali jiksbu informazzjoni malajr dwar l-esperjenzi u l-aħjar prattiki fi bnadi oħra u, fejn ikun possibbli, jiġbru r-riżorsi bejn l-awtoritajiet rilevanti kif ukoll bejn korpi governattivi u mhux governattivi biex jipprovdu servizzi lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’mod aktar effettiv, fost oħrajn permezz ta’ punti uniċi ta’ servizz (ċentri kkoordinati ta’ appoġġ għall-integrazzjoni); |
(f) |
il-kontribuzzjoni għal proċess dinamiku fuq żewġ binarji ta’ interazzjoni reċiproka, li jservi ta’ bażi għal strateġiji ta’ integrazzjoni f’livell lokali u reġjonali bl-iżvilupp ta’ pjattaformi għall-konsultazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-partijiet interessati u l-pjattaformi ta’ djalogu interkulturali u reliġjuż bejn komunitajiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, bejn dawk il-komunitajiet u s-soċjetà riċeventi u/jew bejn dawk il-komunitajiet u l-awtoritajiet li joħolqu l-politika u li jieħdu d-deċiżjonijiet; |
(g) |
azzjonijiet biex jippromwovu u jsaħħu l-kooperazzjoni prattika bejn l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, li jiffokaw fuq, inter alia, skambji tal-aħjar prattiki u strateġiji, u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet konġunti, inkluż bil-ħsieb tas-salvagwardja tas-sistemi tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri. |
KAPITOLU IV
RITORN
Artikolu 11
Miżuri li jakkumpanjaw il-proċeduri ta’ ritorn
Fi ħdan l-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tad-djalogu ta’ politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514 2014, u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-miżuri li jakkumpanjaw il-proċeduri tar-ritorn, il-Fond għandu jappoġġa l-azzjonijiet li jiffokaw fuq waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi:
(a) |
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għadhom ma rċevewx deċiżjoni negattiva finali dwar it-talba tagħhom għal soġġorn, ir-residenza legali tagħhom u/jew protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru, u li jistgħu jagħżlu li jagħmlu użu mir-ritorn volontarju; |
(b) |
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li qed igawdu mid-dritt ta’ soġġorn, residenza legali u/jew protezzjoni internazzjonali fis-sens tad-Direttiva 2011/95/UE jew protezzjoni temporanja fis-sens tad-Direttiva 2001/55/KE fi Stat Membru, u li għażlu li jużaw ir-ritorn volontarju; |
(c) |
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jinsabu fi Stat Membru u ma jissodisfawx jew m’għadhomx jissodisfaw il-kondizzjonijiet għad-dħul u/jew is-soġġorn fi Stat Membru, inklużi dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li l-espulsjoni tagħhom ġiet posposta f’konformità mal-Artikolu 9 u l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/115/KE. |
F’dan il-kuntest, il-Fond għandu jappoġġa, b’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin li jiffokaw fuq il-kategoriji ta’ persuni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu:
(a) |
l-introduzzjoni, l-iżvilupp u t-titjib ta’ miżuri alternattivi għad-detenzjoni; |
(b) |
il-provvista ta’ assistenza soċjali, informazzjoni jew għajnuna fir-rigward ta’ formalitajiet amministrattivi u/jew ġudizzjarji u informazzjoni jew pariri; |
(c) |
il-provvista ta’ għajnuna legali u assistenza lingwistika; |
(d) |
assistenza speċifika għal persuni vulnerabbli; |
(e) |
l-introduzzjoni u t-titjib tas-sistemi indipendenti u effikaċi tal-kontroll tar-ritorn furzat, kif previst fl-Artikolu 8(6), tad-Direttiva 2008/115/KE; |
(f) |
l-istabbiliment, il-manutenzjoni u t-titjib ta’ infrastrutturi, servizzi u kondizzjonijiet ta’ akkomodazzjoni, akkoljenza jew detenzjoni, servizzi u kondizzjonijiet; |
(g) |
it-twaqqif ta’ strutturi u sistemi amministrattivi, inkluż għodod tal-informatika; |
(h) |
it-taħriġ ta’ persunal biex jiżgura proċeduri ta’ ritorn bla xkiel u effettivi, li jinkludi l-ġestjoni u l-implimentazzjoni tagħhom. |
Artikolu 12
Miżuri ta’ ritorn
Fi ħdan l-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tad-djalogu ta’ politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-miżuri tar-ritorn, il-Fond għandu jappoġġa l-azzjonijiet li jiffokaw fuq il-persuni msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament. F’dan il-kuntest, il-Fond għandu jappoġġa, b’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin:
(a) |
miżuri meħtieġa għat-tħejjija tal-operazzjonijiet tar-ritorn, bħal dawk li jwasslu għall-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, għall-ħruġ ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u għat-tiftix tal-familji; |
(b) |
il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet konsulari u s-servizzi tal-immigrazzjoni ta’ pajjiżi terzi bil-ħsieb li jinkisbu d-dokumenti l-ivvjaġġar, tkun iffaċilitata r-rimpatrijazzjoni u għall-iżgurar tar-riammissjoni; |
(c) |
miżuri għar-ritorn volontarju assistit, inkluż assistenza u eżamijiet mediċi, arranġamenti għall-ivvjaġġar, kontribuzzjonijiet finanzjarji u pariri u assistenza ta’ qabel u ta’ wara r-ritorn; |
(d) |
operazzjonijiet ta’ espulsjoni, inklużi miżuri relatati, f’konformità mal-istandards stipulati fid-dritt tal-UE, bl-eċċezzjoni tat-tagħmir koersiv; |
(e) |
miżuri biex jinbeda l-progress ta’ riintegrazzjoni għall-iżvilupp personali tar-ripatrijat, bħal inċentivi ta’ flus, taħriġ, assistenza għal allokazzjoni u impjieg u appoġġ tal-bidu għal attivitajiet ekonomiċi; |
(f) |
faċilitajiet u servizzi f’pajjiżi terzi li jiżguraw akkomodazzjoni temporanja u akkoljenza xierqa mal-wasla; |
(g) |
assistenza speċifika għal persuni vulnerabbli. |
Artikolu 13
Miżuri prattiċi ta’ kooperazzjoni u ta’ bini tal-kapaċità
Fi ħdan l-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tad-djalogu ta’ politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-miżuri ta’ kooperazzjoni prattika u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet, il-Fond għandu jappoġġa, b’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin:
(a) |
azzjonijiet biex jippromwovu, jiżviluppaw u jsaħħu l-kooperazzjoni operazzjonali u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn is-servizzi tar-ritorn u l-awtoritajiet l-oħra tal-Istati Membri involuti fir-ritorn, inkluż fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet konsulari u s-servizzi tal-immigrazzjoni ta’ pajjiżi terzi u operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn; |
(b) |
azzjonijiet għall-appoġġ tal-kooperazzjoni bejn pajjiżi terzi u s-servizzi ta’ ritorn tal-Istati Membri, inklużi miżuri li jimmiraw għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ pajjiżi terzi li jwettqu dawn l-attivitajiet ta’ riammissjoni u riintegrazzjoni, partikolarment fil-qafas ta’ ftehimiet ta’ riammissjoni; |
(c) |
azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità biex ikunu żviluppati politiki effettivi u sostenibbli ta’ ritorn, b’mod partikolari bl-iskambju ta’ informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiżi ta’ ritorn, l-aħjar prattiki, il-kondiviżjoni ta’ esperjenzi u l-ġbir flimkien ta’ riżorsi bejn l-Istati Membri; |
(d) |
azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità tal-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ data dettaljata u sistematika u statistika dwar proċeduri u miżuri ta’ ritorn, kapaċitajiet ta’ akkoljenza u detenzjoni, ritorni furzati u volontarji, il-monitoraġġ u r-riintegrazzjoni; |
(e) |
azzjonijiet li jikkontribwixxu direttament għall-evalwazzjoni ta’ politiki dwar ir-ritorn, bħal valutazzjonijiet nazzjonali tal-impatt, stħarriġ fost il-gruppi fil-mira, l-iżvilupp ta’ indikaturi u ta’ valutazzjonijiet komparattivi; |
(f) |
miżuri u kampanji ta’ informazzjoni f’pajjiżi terzi mmirati biex iqajmu kuxjenza dwar il-mezzi legali adatti għall-immigrazzjoni u r-riskji tal-immigrazzjoni illegali. |
KAPITOLI V
QAFAS FINANZJARJU U TA’ IMPLIMENTAZZJONI
Artikolu 14
Riżorsi globali u implimentazzjoni
1. Ir-riżorsi globali għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu ta’ EUR 3 137 miljun f’prezzijiet attwali.
2. L-approprjazzjonijiet annwali għall-Fond għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali.
3. Ir-riżorsi globali għandhom jiġu implimentati bil-mezzi li ġejjin:
(a) |
programmi nazzjonali, f’konformità mal-Artikolu 19; |
(b) |
azzjonijiet tal-Unjoni, skont l-Artikolu 20; |
(c) |
assistenza ta’ emerġenza, skont l-Artikolu 21; |
(d) |
in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni, skont l-Artikolu 22; |
(e) |
assistenza teknika, skont l-Artikolu 23. |
4. Il-baġit allokat skont dan ir-Regolament rigward l-azzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament, għall-assistenza ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament, lin-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni msemmi fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament u għall-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni diretta f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u, fejn adatt, taħt ġestjoni indiretta skont il-punt (c) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Il-baġit allokat lill-programmi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni kondiviża f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
5. Il-Kummissjoni għandha tibqa’ responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni skont l-Artikolu 317 TFUE u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet imwettqa mill-entitajiet differenti mill-Istati Membri.
6. Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-pakkett finanzjarju ta’ referenza primarja għandu jintuża b’mod indikattiv kif ġej:
(a) |
EUR 2 752 miljun għall-programmi nazzjonali tal-Istati Membri; |
(b) |
EUR 385 miljun għal azzjonijiet tal-Unjoni, assistenza ta’ emerġenza, in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni u assistenza teknika tal-Kummissjoni li minnhom tal-anqas 30 % għandhom jintużaw għal azzjonijiet tal-Unjoni u n-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni. |
Artikolu 15
Riżorsi għal azzjonijiet eliġibbli fl-Istati Membri
1. L-ammont ta’ EUR 2 752 miljun għandu jiġi allokat lill-Istati Membri b’mod indikattiv kif ġej:
(a) |
EUR 2 392 miljun għandhom jiġu allokati kif indikat fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom jallokaw tal-anqas 20 % minn dawk ir-riżorsi għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) u tal-anqas 20 % għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2). L-Istati Membri jistgħu jiddevjaw minn dawk il-perċentwali minimi biss fejn tiġi inkluża spjegazzjoni dettaljata fil-programm nazzjonali għalfejn l-allokazzjoni tar-riżorsi taħt dan il-livell ma tipperikolax il-kisba ta’ dan l-objettiv. Fir-rigward tal-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2), dawk l-Istati Membri li jiltaqgħu ma’ nuqqasijiet strutturali fil-qasam tal-akkomodazzjoni, l-infrastruttura u s-servizzi ma għandhomx jaqgħu taħt il-perċentwal minimu stabbilit f’dan ir-Regolament; |
(b) |
EUR 360 miljun għandhom jiġu allokati abbażi tal-mekkaniżmu ta’ distribuzzjoni għal azzjonijiet speċifiċi imsemmija fl-Artikolu 16, għall-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni imsemmija fl-Artikolu 17 u għat-trasferiment tal-benefiċjarji minn Stat Membru għal ieħor kif imsemmija fl-Artikolu 18. |
2. L-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jappoġġa:
(a) |
l-azzjonijiet speċifiċi elenkati fl-Anness II, |
(b) |
il-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 17 u/jew it-trasferiment ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru wieħed għal ieħor f’konformità mal-Artikolu 18. |
3. Fl-eventwalità li xi ammont ikun għadu disponibbli taħt punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew li ammont ieħor ikun disponibbli, għandu jiġi allokat fil-qafas tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 fuq bażi pro-rata għall-ammonti bażiċi għall-programmi nazzjonali stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Riżorsi għal azzjonijiet speċifiċi
1. Jista’ jiġi allokat lill-Istati Membri ammont addizzjonali kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 15(2), dment li jkun allokat bħala tali fil-programm u li jintuża biex jimplimenta l-azzjonijiet speċifiċi elenkati fl-Anness II.
2. Sabiex jitqiesu żviluppi ġodda ta’ politika, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament biex tirrevedi l-Anness II fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014. Fuq il-bażi tal-lista riveduta tal-azzjonijiet speċifiċi, l-Istati Membri jistgħu jirċievu ammont addizzjonali kif stipulat fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, soġġett għad-disponibbiltà tar-riżorsi.
3. L-ammonti addizzjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri fid-deċiżjonijiet individwali ta’ finanzjament li japprovaw jew jirrevedu l-programm nazzjonali tagħhom fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014. Dawk l-ammonti għandhom jintużaw biss għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet speċifiċi elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
Artikolu 17
Riżorsi għall-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni
1. L-Istati Membri għandhom, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 15(1), jirċievu kull sentejn ammont addizzjonali kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) li jkun ibbażat fuq is-somma sħiħa ta’ EUR 6 000 għal kull persuna risistemata.
2. Is-somma sħiħa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżdied għal EUR 10 000 għal kull persuna risistemata f’konformità mal-prijoritajiet komuni tal-Unjoni dwar ir-risistemazzjoni stabbiliti skont il-paragrafu 3 u elenkati fl-Anness III u għal kull persuna vulnerabbli kif stabbilit fil-paragrafu 5.
3. Il-prijoritajiet tar-risistemazzjoni komuni tal-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq il-kategoriji ġenerali ta’ persuni li ġejjin:
(a) |
persuni minn pajjiż jew reġjun magħżula għall-implimentazzjoni ta’ Programm ta’ Protezzjoni Reġjonali; |
(b) |
persuni minn pajjiż jew reġjun li jkun ġie identifikat mit-tbassir ta’ risistemazzjoni tal-UNHCR u fejn l-azzjoni komuni tal-Unjoni jkollha impatt sinifikanti fl-indirizzar tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni; |
(c) |
persuni li jappartjenu għal kategorija speċifika li taqa’ fil-kriterji ta’ risistemazzjoni tal-UNHCR. |
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 26 sabiex jemenda l-Anness III, fuq il-bażi tal-kategoriji ġenerali li jinsabu fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fejn hemm ġustifikazzjoni ċara sabiex isir hekk jew fid-dawl ta’ kwalunkwe rakkomandazzjoni mill-UNHCR.
5. Il-gruppi vulnerabbli ta’ persuni li ġejjin għandhom jikkwalifikaw ukoll għas-somma sħiħa prevista fil-paragrafu 2:
(a) |
nisa u tfal f’riskju, |
(b) |
minorenni mhux akkumpanjati, |
(c) |
persuni bi ħtiġijiet mediċi li jistgħu jiġu indirizzati biss permezz ta’ risistemazzjoni, |
(d) |
persuni li għandhom bżonn ta’ risistemazzjoni ta’ emerġenza jew risistemazzjoni urġenti għal ħtiġijiet ta’ protezzjoni legali jew fiżika, inklużi vittmi ta’ vjolenza jew tortura. |
6. Fejn Stat Membru jwettaq risistemazzjoni ta’ persuna li jaqa’ taħt aktar minn waħda mill-kategoriji msemmija fil-paragrafi 1 u 2, huwa għandu jirċievi s-somma sħiħa għal dik il-persuna darba biss.
7. Fejn ikun adatt, l-Istati Membri jistgħu wkoll ikunu eliġibbli għal somom sħaħ għal membri tal-familja tal-persuni msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 5, dment li dawk il-membri tal-familja jkunu ġew risistemati f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
8. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-iskeda taż-żmien u kondizzjonijiet oħra ta’ implimentazzjoni relatati mal-mekkaniżmu tal-allokazzjoni tar-riżorsi għall-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni. Dawk atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(2).
9. L-ammonti addizzjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri kull sentejn, għall-ewwel darba fid-deċiżjonijiet individwali ta’ finanzjament li japprovaw il-programm nazzjonali tagħhom f’konformità mall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, u aktar tard fid-deċiżjoni ta’ finanzjament li għandha tiġi annessa mad-deċiżjonijiet li japprovaw il-programm nazzjonali tagħhom. Dawk l-ammonti m’għandhomx jiġu ttrasferiti għal azzjonijiet oħra taħt il-programm nazzjonali.
10. Biex jinkisbu b’mod effettiv l-objettivi tal-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 26 biex taġġusta, jekk jitqies xieraq, is-somom sħaħ imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari b’kont meħud tar-rati kurrenti tal-inflazzjoni, l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tar-risistemazzjoni kif ukoll il-fatturi li jistgħu jwasslu għall-aħjar użu tal-inċentiv finanzjarju pprovdut mis-somom sħaħ.
Artikolu 18
Riżorsi għat-trasferiment tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali
1. Bil-ħsieb li jiġi implimentat il-prinċipju tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta ta’ responsabbiltajiet u fid-dawl tal-iżviluppi tal-politika tal-Unjoni fil-perijodu tal-implimentazzjoni tal-Fond, l-Istati Membri għandhom jirċievu, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 15(1), ammont addizzjonali kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) li jkun ibbażat fuq is-somma sħiħa ta’ EUR 6 000 għal kull benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali trasferit minn Stat Membru ieħor.
2. L-Istati membri jistgħu wkoll ikunu eliġibbli għal somom sħaħ għal membri tal-familja tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 fejn ikun adatt, dment li dawk il-membri tal-familja jkunu ġew trasferiti f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
3. L-ammonti addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri għall-ewwel darba fid-deċiżjonijiet individwali ta’ finanzjament li japprovaw il-programm nazzjonali tagħhom f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u aktar tard f’deċiżjoni ta’ finanzjament li għandha tiġi annessa mad-deċiżjoni li tapprova l-programm nazzjonali tagħhom. Dawk l-ammonti m’għandhomx jiġu ttrasferiti għal azzjonijiet oħra taħt il-programm nazzjonali.
4. Biex jinkisbu b’mod effettiv l-objettivi tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 80 TFUE, u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament biex taġġusta s-somma sħiħa msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari b’kont meħud tar-rati kurrenti tal-inflazzjoni, l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tat-trasferiment ta’ benefiċjarji minn protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru għal ieħor kif ukoll il-fatturi li jistgħu jottimizzaw l-użu tal-inċentiv finanzjarju pprovdut mis-somom sħaħ.
Artikolu 19
Programmi nazzjonali
1. Taħt il-programmi nazzjonali li għandhom jiġu eżaminati u approvati f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, l-Istati Membri għandhom, fil-limiti tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, u b’kont meħud tal-eżitu tad-djalogu politiku msemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, ifittxu b’mod partikolari l-kisba tal-objettivi li ġejjin:
(a) |
it-tisħiħ tal-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Asil bl-iżgurar tal-applikazzjoni effiċjenti u uniformi tal-acquis tal-Unjoni dwar l-asil u l-funzjonament tajjeb tar-Regolament (UE) Nru 604/2013. Tali azzjonijiet jistgħu jinkludu wkoll l-istabbiliment u l-iżvilupp tal-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni; |
(b) |
it-twaqqif u l-iżvilupp ta’ strateġiji tal-integrazzjoni, li jinkludu aspetti differenti tal-proċess dinamiku fuq żewġ binarji, li jiġu implimentati fil-livell nazzjonali/lokali/reġjonali fejn ikun adatt, waqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-livell lokali/reġjonali, jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-kategoriji differenti ta’ migranti u jiġu żviluppati sħubiji effettivi bejn partijiet interessati rilevanti; |
(c) |
l-iżvilupp ta’ programm ta’ ritorn, li jinkludi komponent dwar ir-ritorn volontarju assistit u, fejn ikun adatt, dwar ir-riintegrazzjoni. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet kollha appoġġati taħt il-Fond għandhom jiġu implimentati f’konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali u r-rispett għad-dinjità tal-bniedem. B’mod partikolari, azzjonijiet bħal dawn għandhom jirrispettaw b’mod sħiħ id-drittijiet u l-prinċipji minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
3. Soġġett għar-rekwiżit li jiġu insegwiti l-objettivi msemmija hawn fuq u b’kont meħud taċ-ċirkostanzi individwali tagħhom. l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jiksbu distribuzzjoni ġusta u trasparenti ta’ riżorsi fost l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3(2).
Artikolu 20
Azzjonijiet tal-Unjoni
1. Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Fond jista’ jintuża biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet transnazzjonali jew azzjonijiet ta’ interess partikolari għall-Unjoni (“azzjonijiet tal-Unjoni”), dwar l-objettivi ġenerali u speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3.
2. Biex ikunu eliġibbli għall-finanzjament, l-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom, b’mod partikolari, jappoġġaw:
(a) |
it-tkomplija tal-kooperazzjoni tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-asil, partikolarment dwar ir-risistemazzjoni u t-trasferiment ta’ applikanti għal u/jew benefiċjarji minn protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru għal ieħor, inkluż permezz ta’ netwerking u skambju ta’ informazzjoni, dwar il-migrazzjoni legali, dwar l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkluż sostenn mal-wasla u attivitajiet ta’ koordinazzjoni li jippromwovu r-risistemazzjoni mal-komunitajiet lokali li għandhom jilqgħu lir-rifuġjati risistemati, u dwar ir-ritorn; |
(b) |
it-twaqqif ta’ netwerks ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u proġetti pilota, inkluż proġetti innovattivi, ibbażati fuq sħubiji transnazzjonali bejn korpi li jinsabu f’żewġ Stati Membri jew aktar imfassla biex jistimolaw l-innovazzjoni, u biex jiffaċilitaw l-iskambji ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki; |
(c) |
studji u riċerka dwar forom ġodda possibbli ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-asil, l-immigrazzjoni, l-integrazzjoni u r-ritorn u l-liġi rilevanti tal-Unjoni, it-tixrid u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aħjar prattiki u dwar l-aspetti l-oħra kollha tal-asil, l-immigrazzjoni, l-integrazzjoni u l-politiki dwar ir-ritorn, inkluż il-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni; |
(d) |
l-iżvilupp u l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta’ għodod, metodi u indikaturi statistiċi komuni għall-kejl ta’ żviluppi tal-politika fil-qasam tal-asil, il-migrazzjoni legali u l-integrazzjoni u r-ritorn; |
(e) |
l-appoġġ ta’ tħejjija, monitoraġġ, amministrattiv u tekniku, u l-iżvilupp ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni, meħtieġ biex jiġu implimentati l-politiki dwar l-asil u l-immigrazzjoni; |
(f) |
kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi abbażi tal-Approċċ Globali tal-Unjoni dwar il-Migrazzjoni u l-Mobbiltà, b’mod partikolari fil-qafas tal-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ riammissjoni, Sħubiji għall-Mobilità u Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali; |
(g) |
miżuri u kampanji ta’ informazzjoni f’pajjiżi terzi mmirati biex iqajmu kuxjenza dwar il-mezzi legali adatti għall-immigrazzjoni u r-riskji tal-immigrazzjoni illegali. |
3. L-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura distribuzzjoni ġusta u trasparenti tar-riżorsi fost l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3(2).
Artikolu 21
Assistenza ta’ emerġenza
1. Il-Fond għandu jipprovdi assistenza finanzjarja biex jindirizza ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, kif definit fil-punt (k) tal-Artikolu 2. Il-miżuri implimentati fil-pajjiżi terzi f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom ikunu konsistenti ma’ u, fejn rilevanti, komplementari mal-politika umanitarja tal-Unjoni u jirrispettaw il-prinċipji umanitarji hekk kif jinsabu fil-Kunsens dwar l-Għajnuna Umanitarja.
2. L-assistenza ta’ emerġenza għandha tiġi implimentata f’konformità mal-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
Artikolu 22
Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni
1. Il-Fond għandu jappoġġa n-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni u jipprovdi l-assistenza finanzjarja meħtieġa għall-attivitajiet u l-iżvilupp futur tiegħu.
2. L-ammont disponibbli għan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-Fond u l-programm ta’ ħidma li jistabbilixxi l-prijoritajiet għall-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni, wara l-approvazzjoni mill-Bord ta’ Tmexxija b’konformità mal-proċedura msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni 2008/381/KE. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tikkostitwixxi deċiżjoni dwar finanzjament skont l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
3. Assistenza finanzjarja pprovduta għall-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni għandha tieħu l-forma ta’ għotjiet lill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/381/KE u kuntratti pubbliċi kif ikun adatt, f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. L-assistenza għandha tiżgura appoġġ finanzjarju adatt u f’waqtu għal dawk il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali. L-ispejjeż li jirriżultaw għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ dawk il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali permezz ta’ għotjiet mogħtija fl-2014 jistgħu ikunu eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2014.
4. Id-Deċiżjoni 2008/381/KE hija emendata kif ġej:
(a) |
il-punt (a) tal-Artikolu 4(5) jinbidel b’dan li ġej:
|
(b) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(c) |
l-Artikolu 11 huwa mħassar; |
(d) |
l-Artikolu 12 huwa mħassar. |
Artikolu 23
Assistenza teknika
1. Fuq inizjattiva u/jew f’isem il-Kummissjoni, sa EUR 2,5 miljun mill-Fond għandu jintuża annwalment għall-assistenza teknika f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
2. Fuq inizjattiva ta’ Stat Membru, il-Fond jista’ jiffinanzja attivitajiet ta’ assistenza teknika, f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014. L-ammont imwarrab għall-assistenza teknika m’għandux ikun iżjed, għall-perijodu 2014-2020, minn 5,5 % tal-ammont totali allokat lil Stat Membru miżjud bi EUR 1 000 000.
Artikolu 24
Koordinazzjoni
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fejn adatt, għandhom jiżguraw li azzjonijiet fir-rigward ta’ pajjiżi terzi jittieħdu b’sinerġija u b’koerenza ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni permezz tal-istrumenti tal-Unjoni. B’mod partikolari huma għandhom jiżguraw li dawk l-azzjonijiet:
(a) |
ikunu koerenti mal-politika esterna tal-UE, jirrispettaw il-prinċipju tal-Koerenza fil-Politika għall-iżvilupp u jkunu konsistenti mad-dokumenti ta’ programmazzjoni strateġika għar-reġjun jew il-pajjiż inkwistjoni; |
(b) |
jiffukaw fuq miżuri mhux orjentati lejn l-iżvilupp; |
(c) |
jaqdu l-interessi tal-politiki interni tal-Unjoni u huma konsistenti mal-attivitajiet meħuda fl-Unjoni. |
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 25
Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar somom sħaħ għar-risistemazzjoni u t-trasferiment ta’ benefiċjarji minn protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru għal ieħor
B’deroga mir-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, b’mod partikolari rigward is-somom sħaħ u r-rati fissi, is-somom sħaħ allokati lill-Istati Membri għar-risistemazzjoni u/jew it-trasferiment ta’ benefiċjarji minn protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru għal ieħor skont dan ir-Regolament għandhom:
(a) |
ikunu eżentati mill-obbligu li jkunu bbażati fuq data statistika jew storika; u |
(b) |
jingħataw dment li l-persuna li fir-rigward tagħha tiġi allokata s-somma sħiħa kienet risistemata u/jew trasferita f’konformità ma’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 26
L-Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu..
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati imsemmija fl-Artikolu 16(2), l-Artikolu 17(4) u (10) u l-Artikolu 18(4) hijamogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ seba’ snin mill-21 ta’ Mejju 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiemta-perijodu ta’ seba’ snin. Id-delega ta’ setgħat għandha tiġi estiża awtomatikamentgħal perijodu ta’ tliet snin, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ seba’ snin.
3. Id-delega ta’ setgħa imsemmija fl-Artikolu 16(2), l-Artikolu 17(4) u (10) u l-Artikolu 18(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att iddelegat diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 17(4) u (10) u l-Artikolu 18(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 27
Il-proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-(il-“Kumitat dwar il-Fondi għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Interna”) stabbilit bl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 28
Reviżjoni
Fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrevedu dan ir-Regolament sat-30 ta’ Ġunju 2020.
Artikolu 29
Applikabbiltà tar-Regolament (UE) Nru 514/2014
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 għandhom japplikaw għall-Fond, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 30
Tħassir
Id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE, Nru 575/2007/KE u 2007/435/KE huma mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 31
Dispożizzjonijiet transitorji
1. Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika, inkluż il-kanċellazzjoni totali jew parzjali, tal-proġetti u l-programmi annwali kkonċernati, sal-għeluq tagħhom, jew tal-assistenza finanzjarja approvata mill-Kummissjoni abbażi tad-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE, Nru 575/2007/KE u 2007/435/KE jew kwalunkwe leġislazzjoni oħra li tapplika għal dik l-assistenza fil-31 ta’ Diċembru 2013. Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika, inkluż il-kanċellazzjoni totali jew parzjali, tal-appoġġ finanzjarju approvat mill-Kummissjoni fuq il-bażi tad-Deċiżjoni 2008/381/KE jew kwalunkwe leġislazzjoni oħra li tapplika għal dik l-assistenza fil-31 ta’ Diċembru 2013.
2. Meta tadotta deċiżjonijiet dwar il-kofinanzjament taħt dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis il-miżuri adottati fuq il-bażi tad-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE, Nru 575/2007/KE, 2007/435/KE u 2008/381/KE qabel l-20 ta’ Mejju 2014 li jkollhom riperkussjonijiet finanzjarji matul il-perijodu kopert minn dak il-kofinanzjament.
3. Is-somom impenjati għall-kofinanzjament approvati mill-Kummissjoni bejn l-1 ta' Jannar 2011 u l-31 ta’ Diċembru 2014 li d-dokumenti meħtieġa għalihom għall-għeluq tal-azzjonijiet ma jkunux intbagħtu lill-Kummissjoni sad-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tar-rapport finali għandhom jiġu diżimpenjati awtomatikament mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2017, li jwassal għall-ħlas lura tal-ammonti mħallsin indebitament.
4. L-ammonti relatati mal-azzjonijiet li jkunu ġew sospiżi minħabba proċedimenti legali jew appelli amministrattivi b’effett ta’ sospensjoni m’għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-ammont tad-diżimpenn awtomatiku.
5. Sat-30 ta’ Ġunju 2015, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapporti ta’ evalwazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatt tal-azzjonijiet kofinanzjati skont id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE, Nru 575/2007/KE u 2007/435/KE dwar il-perijodu 2011-2013.
6. Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport ta’ evalwazzjoni ex-post skont id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE, Nru 575/2007/KE u 2007/435/KE dwar il-perijodu 2011-2013.
Artikolu 32
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ April 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) ĠU C 299, 4.10.2012, p. 108.
(2) ĠU C 277, 13.9.2012, p. 23.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2014 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2014.
(4) Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).
(5) Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11).
(6) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(7) Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(8) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1).
(9) Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23).
(10) Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-programm ġenerali solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE (ĠU L 144, 6.6.2007, p. 1).
(11) Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE tat-25 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-perjodu mill-2007 sal-2013 bħala parti mill-Programm Ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni (ĠU L 168, 28.6.2007, p. 18).
(12) Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Ritorn għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-programm ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni (ĠU L 144, 6.6.2007, p. 45).
(13) Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).
(14) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE tal-14 ta’ Mejju 2008 li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni (ĠU L 131, 21.5.2008, p. 7).
(15) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(16) Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-koperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha, u l-ġestjoni ta’ kriżijiet (Ara paġna 112 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(17) Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u l-Fond għas-Sigurtà Interna u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/ĠAI (Ara paġna 93 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(18) Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(19) Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).
(20) Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12).
ANNESS I
Analiżi tal-ammonti pluriennali għal kull Stat Membru għall-perijodu 2014-2020 (f’EUR)
Stat Membru |
Ammont minimu |
% tal-allokazzjonijiet medji 2011-2013 ERF+IF+RF |
Ammont medju 2011-2013 |
TOTAL |
AT |
5 000 000 |
2,65 % |
59 533 977 |
64 533 977 |
BE |
5 000 000 |
3,75 % |
84 250 977 |
89 250 977 |
BG |
5 000 000 |
0,22 % |
5 006 777 |
10 006 777 |
CY |
10 000 000 |
0,99 % |
22 308 677 |
32 308 677 |
CZ |
5 000 000 |
0,94 % |
21 185 177 |
26 185 177 |
DE |
5 000 000 |
9,05 % |
203 416 877 |
208 416 877 |
EE |
5 000 000 |
0,23 % |
5 156 577 |
10 156 577 |
ES |
5 000 000 |
11,22 % |
252 101 877 |
257 101 877 |
FI |
5 000 000 |
0,82 % |
18 488 777 |
23 488 777 |
FR |
5 000 000 |
11,60 % |
260 565 577 |
265 565 577 |
GR |
5 000 000 |
11,32 % |
254 348 877 |
259 348 877 |
HR |
5 000 000 |
0,54 % |
12 133 800 |
17 133 800 |
HU |
5 000 000 |
0,83 % |
18 713 477 |
23 713 477 |
IE |
5 000 000 |
0,65 % |
14 519 077 |
19 519 077 |
IT |
5 000 000 |
13,59 % |
305 355 777 |
310 355 777 |
LT |
5 000 000 |
0,21 % |
4 632 277 |
9 632 277 |
LU |
5 000 000 |
0,10 % |
2 160 577 |
7 160 577 |
LV |
5 000 000 |
0,39 % |
8 751 777 |
13 751 777 |
MT |
10 000 000 |
0,32 % |
7 178 877 |
17 178 877 |
NL |
5 000 000 |
3,98 % |
89 419 077 |
94 419 077 |
PL |
5 000 000 |
2,60 % |
58 410 477 |
63 410 477 |
PT |
5 000 000 |
1,24 % |
27 776 377 |
32 776 377 |
RO |
5 000 000 |
0,75 % |
16 915 877 |
21 915 877 |
SE |
5 000 000 |
5,05 % |
113 536 877 |
118 536 877 |
SI |
5 000 000 |
0,43 % |
9 725 477 |
14 725 477 |
SK |
5 000 000 |
0,27 % |
5 980 477 |
10 980 477 |
UK |
5 000 000 |
16,26 % |
365 425 577 |
370 425 577 |
Total tal-Istati Membri |
145 000 000 |
100,00 % |
2 247 000 000 |
2 392 000 000 |
ANNESS II
Lista tal-azzjonijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 16
1. |
L-istabbiliment u l-iżvilupp fl-Unjoni ta’ ċentri tat-tranżitu u l-ipproċessar għar-refuġjati, b’mod partikolari għall-appoġġ ta’ operazzjonijiet ta’ risistemazzjoni f’kooperazzjoni mal-UNHCR. |
2. |
Approċċi ġodda, f’kooperazzjoni mal-UNHCR, dwar aċċess għal proċeduri tal-asil li jkollhom fil-mira pajjiżi ewlenin ta’ tranżitu bħal programmi ta’ protezzjoni għal gruppi partikolari jew ċerti proċeduri għall-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-asil. |
3. |
Inizjattivi konġunti fost l-Istati Membri fil-qasam tal-integrazzjoni, bħal eżerċizzji ta’ valutazzjoni komparattiva, reviżjonijiet bejn pari jew l-ittestjar ta’ moduli Ewropej, pereżempju dwar il-ksib ta’ kapaċitajiet lingwistiċi jew l-organizzazzjoni ta’ programmi introduttorji u bil-għan li titjieb il-koordinazzjoni tal-politiki bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali. |
4. |
Inizjattivi konġunti mmirati lejn l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ approċċi ġodda li jikkonċernaw il-proċeduri tal-ewwel laqgħa u l-istandards ta’ protezzjoni u l-assistenza għall-minorenni mhux akkumpanjati. |
5. |
Operazzjonijiet ta’ ritorn konġunti, inkluż azzjonijiet konġunti dwar l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ riammissjoni tal-Unjoni. |
6. |
Proġetti ta’ riintegrazzjoni konġunti fil-pajjiżi ta’ oriġini bil-ħsieb għal ritorn sostenibbli, kif ukoll azzjonijiet konġunti sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ pajjiżi terzi biex jimplimentaw ftehimiet ta’ riammissjoni tal-Unjoni. |
7. |
Inizjattivi konġunti mmirati biex jerġgħu jingħaqdu l-familji u għar-riintegrazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom. |
8. |
Inizjattivi konġunti fost l-Istati Membri fil-qasam tal-migrazzjoni legali, inkluż it-twaqqif ta’ ċentri konġunti dwar il-migrazzjoni f’pajjiżi terzi, kif ukoll proġetti konġunti biex jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri bil-ħsieb li jinkoraġġixxu l-użu esklużiv tal-kanali ta’ migrazzjoni legali u jinfurmaw dwar ir-riskji tal-immigrazzjoni illegali. |
ANNESS III
Lista ta’ prijoritajiet komuni tal-Unjoni għar-risistemazzjoni
1. |
Il-Programm ta’ Protezzjoni Reġjonali fl-Ewropa tal-Lvant (il-Bjelorussja, il-Moldova, l-Ukraina). |
2. |
Il-Programm ta’ Protezzjoni Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (Ġibuti, il-Kenja, il-Jemen). |
3. |
Il-Programm ta’ Protezzjoni Reġjonali fl-Afrika ta’ Fuq (l-Eġittu, il-Libja, it-Tuneżija). |
4. |
Ir-refuġjati fir-reġjun tal-Lvant tal-Afrika/il-Lagi l-Kbar. |
5. |
Ir-refuġjati Iraqqini fis-Sirja, il-Libanu u l-Ġordan. |
6. |
Ir-refuġjati Iraqqini fit-Turkija. |
7. |
Ir-rifuġjati Sirjani fir-reġjun. |
ANNESS IV
Lista ta’ indikaturi komuni għall-kejl tal-objettivi speċifiċi
(a) |
It-tisħiħ u l-iżvilupp tal-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, inkluż id-dimensjoni esterna tagħha.
|
(b) |
L-appoġġ għall-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri f’konformità mal-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom, bħalma huma l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, waqt li jitnaqqas l-abbuż mill-migrazzjoni legali, u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effettiva ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.
|
(c) |
It-titjib ta’ strateġiji ta’ ritorn ġusti u effettivi fl-Istati Membri li jappoġġaw il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali b’enfasi fuq is-sostenibbiltà tar-ritorn u r-riammissjoni effettiva fil-pajjiżi tal-oriġini u tat-transitu.
|
(d) |
It-titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà mal-Istati Membri, b’mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi migratorji u tal-asil.
|