EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0166

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 166/2014 tas- 17 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ laħam ta’ għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet għall-konsum mill-bniedem, u l-entrati tal-Iżrael u tal-Afrika t’Isfel fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 54, 22.2.2014, p. 2–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/166/oj

22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 166/2014

tas-17 ta’ Frar 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ laħam ta’ għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet għall-konsum mill-bniedem, u l-entrati tal-Iżrael u tal-Afrika t’Isfel fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punti 3 u 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(2)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (2) jistabbilixxi li certu prodotti għandhom jiġu importati biss fl-Unjoni u jgħaddu fi tranżitu minnha, minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti elenkati fit-tabella li tinsab fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. Jistipula wkoll ir-rekwiżiti ta’ ċertfikazzjoni veterinarja għal dawn il-prodotti. Dawk ir-rekwiżiti jqisu jekk japplikawx jew le kundizzjonijiet speċifiċi, u jekk humiex meħtieġa garanziji addizzjonali minħabba l-istat tal-marda ta’ dawk il-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kompartimenti. Il-kundizzjonijiet speċifiċi u l-garanziji addizzjonali li magħhom għandhom ikunu konformi dawk il-prodotti huma stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(2)

Il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet skont liema pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment għandu jitqies bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI), u r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja f’dak ir-rigward għall-prodotti maħsuba biex jiġu importati fl-Unjoni.

(3)

L-Afrika t’Isfel esperjenzat tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H5N2 fi stabbilimenti tal-għasafar li ma jtirux f’żona b’densità għolja ta’ għasafar li ma jtirux fl-2004, fl-2006, kif ukoll minn April 2011. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti magħmula minn għasafar li ma jtirux, inkluż il-laħam ta’ għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet, bħalissa huma ristretti mir-Regolament (KE) Nru 798/2008 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummisjoni (UE) Nru 536/2011 (3). Bħalissal-Afrika t’Isfel mhijiex f’pożizzjoni li tiddikjara li tinsab ħielsa mill-HPAI.

(4)

Iż-żamma fil-beraħ ta’ għasafar li ma jtirux toħloq sfida speċifika għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni possibbli ta’ vajruses tal-influwenza avjarja f’qatgħat ta’ għasafar li ma jtirux, b’mod partikolari mir-riżerva ta’ għasafar selvaġġi. L-awtorità kompetenti tal-Afrika t’Isfel, f’kollaborazzjoni mal-industrija tat-trobbija tal-għasafar li ma jtirux, żviluppat sistema mfassla apposta għall-produzzjoni tal-laħam ta’ għasafar li ma jtirux minn għasafar li jinżammu fi stabbilimenti magħluqa rreġistrati u li huma approvati mill-awtorità kompetenti.

(5)

Dawk l-istabbilimenti jinsabu taħt kontroll uffiċjali u taħt regoli stretti ta’ bijosigurtà, u fihom jiġu applikati kontrolli fuq il-moviment u testijiet fil-laboratorju. Barra minn hekk, fi stabbilimenti ta’ għasafar li ma jtirux li jinsabu f’raġġ ta’ distanza definit mill-istabbiliment magħluq irreġistrat u fit-territorju kollu tal-Afrika t’Isfel issir sorveljanza għall-influwenza avjarja. Waqt li kienu qed jiġu mfassla dawk ir-rekwiżiti ġew ikkunsidrati b’mod xieraq ir-rakkomandazzjonijiet tat-Tim ta’ Emerġenza Veterinarja tal-Komunità (CVET), li kien wettaq missjoni fl-Afrika t’Isfel fl-2011.

(6)

Filwaqt li kienet qed tistenna li toħroġ id-dikjarazzjoni li t-territorju kollu tagħha jinsab ħieles mill-HPAI, u sabiex tkun tista’ tagħti garanziji aħjar rigward is-sikurezza tal-laħam tal-għasafar li ma jtirux maħsub biex jiġi importat fl-Unjoni fil-futur, fil-5 ta’ Mejju 2013 l-Afrika t’Isfel ressqet proposta riveduta tas-sistema tal-istabbilimenti magħluqa rreġistrati li jitolbu awtorizzazzjoni għal importazzjonijiet ta’ laħam tal-għasafar li ma jtirux prodott minn għasafar li ma jtirux miżmuma fi stabbilimenti ta’ dan it-tip.

(7)

L-esperti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri evalwaw il-proposta u kkonkludew li s-sistema li ġiet stabbilita mill-Afrika t’Isfel għandha tipprevedi garanziji sodisfaċenti rigward l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ laħam ta’ għasafar li ma jtirux minn għasafar li ma jtirux miżmuma fi stabbilimenti ta’ dan it-tip fir-rigward tar-riskji possibbli kkawżati mill-vajrus HPAI.

(8)

Għandha tiġi stabbilita kundizzjoni speċifika ġdida “H” fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, li tipprevedi garanziji speċifiċi rigward is-sikurezza tal-laħam ta’ għasafar li ma jtirux imrobbija fi stabbilimenti għall-konsum mill-bniedem, u li hu prodott minn għasafar li ma jtirux miżmuma fi stabbilimenti magħluqa rreġistrati, inkluż garanziji fir-rigward ta’ tifqigħat possibbli ta’ HPAI fil-futur u li għandhom japplikaw fit-territorju tal-Afrika t’Isfel. Din il-kundizzjoni speċifika għandha tiġi inkluża wkoll fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal-laħam ta’ għasafar li ma jtirux imrobbija għall-konsum mill-bniedem.

(9)

Bħalissa, fl-entrata għall-Iżrael, il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 tindika ħames kodiċijiet differenti, IL-0 sa IL-4, li jikkorrispondu għal partijiet tat-territorju li ġew reġjonalizzati wara tifqigħat preċedenti ta’ HPAI f’dak il-pajjiż. Wara talba mill-Iżrael, u meta jitqies li l-laħam ta’ tjur, għasafar li ma jtirux jew tjur tal-kaċċa selvaġġi (POU, RAT, u WGM) prodott matul il-perjodi ta’ restrizzjonijiet m’għadux qed jiċċirkola fis-suq, iż-żoni differenti għandhom jiġu konsolidati, u l-entrata għall-Iżrael għandha tiġi modifikata kif xieraq. Għal raġunijiet ta’ trasparenza tas-suq u skont il-liġi pubblika internazzjonali, għandu jiġi ċċarat li l-kopertura territorjali taċ-ċertifikati hija limitata għat-territorju tal-Istat tal-Iżrael minbarra t-territorji taħt l-amministrazzjoni tal-Iżrael sa minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta’ Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 536/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tad-dħul tal-Afrika t’Isfel fil-listi tal-pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom (ĠU L 147, 2.6.2011, p. 1).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat b’dan li ġej:

(1)

Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għal “L-Iżrael - IL” tinbidel b’dan li ġej:

“IL – L-Iżrael (6)

IL – 0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR,BBP, DOR, DOC, HER, HEP, SRP

 

N

 

 

A

 

S5, ST1

POU, RAT

 

 

 

 

 

 

WGM

VIII

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4”

(b)

l-entrata “ZA - L-Afrika t’Isfel” tinbidel b’dan li ġej:

“ZA – L-Afrika t’Isfel

ZA – 0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4”

BPR

I

P2

9.4.2011

 

A

 

 

DOR

II

 

 

 

HER

III

 

 

 

RAT

VII

P2

H

9.4.2011

 

A

 

 

(c)

Tiżdied in-nota f’qiegħ il-paġna kif ġej:

“(6)

Minn hawn’ il quddiem mifhum bħala l-Istat tal-Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li jinsabu taħt l-Amministrazzjoni tal-Iżrael sa minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta’ Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.”

(2)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a)

dan li ġej għandu jiżdied fit-taqsima ‘Kundizzjonijiet speċifiċi’, wara l-kundizzjoni speċifika “L”:

‘ “H”: Ingħataw garanziji li l-laħam ta’ għasafar li ma jtirux imrobbija fi stabbilimenti għall-konsum mill-bniedem (RAT) hu prodott minn għasafar li ma jtirux miżmuma fi stabbiliment magħluq irreġistrat, u li hu approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz. F’każ ta’ tifqigħa ta’ HPAI, l-importazzjonijiet ta’ laħam ta’ dan it-tip xorta waħda jistgħu jiġu awtorizzati jekk il-laħam ikun inkiseb minn għasafar li ma jtirux li jkunu ġejjin minn stabbiliment magħluq irreġistrat li jkun ħieles mill-HPAI, jekk f’raġġ ta’ distanza ta’ 100 km madwar dak l-istabbiliment, inkluż, fejn applikabbli, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkun seħħet ebda tifqigħa ta’ HPAI għal mill-inqas matul l-aħħar 30 jum, u jekk ma jkun hemm l-ebda rabta epidemjoloġika ma’ stabbilimenti tat-tjur jew ta’ għasafar li ma jtirux li fihom tkun instabet l-HPAI fl-aħħar 30 ġurnata.”

(b)

il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal-laħam ta’ għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet għall-konsum mill-bniedem (RAT) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal-laħam ta’ għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet għall-konsum mill-bniedem (RAT)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Top