This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0900
2014/900/EU: Council Decision of 9 December 2014 amending the Council's Rules of Procedure
2014/900/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta' Diċembru 2014 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill
2014/900/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta' Diċembru 2014 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill
ĠU L 358, 13.12.2014, p. 25–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32009D0937 | Sostituzzjoni | anness III | 01/01/2015 |
13.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 358/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta' Diċembru 2014
li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill
(2014/900/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (1),
Billi:
(1) |
Mill-1 ta' Novembru 2014, meta att jiġi adottat mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jiġi verifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni. |
(2) |
Sal-31 ta' Marzu 2017, meta att jiġi adottat mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob li dan jiġi adottat f'konformità mal-maġġoranza kwalifikata kif definita fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. F'dak il-każ, membru tal-Kunsill jista' jitlob li ssir verifika biex jiġi żgurat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tat-total tal-popolazzjoni tal-Unjoni. |
(3) |
Dawk il-perċentwali jiġu kkalkolati konformement maċ-ċifri tal-popolazzjonijiet stipulati fl-Anness III għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (minn hawn 'il quddiem “ir-Regoli ta' Proċedura”). |
(4) |
L-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta' Proċedura jipprovdi li, b'effett mill-1 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kunsill għandu jemenda ċ-ċifri stipulati fl-Anness, konformement mad-data li tkun disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Settembru tas-sena ta' qabel. |
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jiġu emendati għa-sena 2015, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III għar-Regoli ta' Proċedura għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
“ANNESS III
Iċ-ċifri rigward il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill
Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu16(4) TUE, l-Artikolu 238(2) u (3) tat-TFUE u l-Artikolu 3(2) tal-Protokoll Nru 36, il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru, kif ukoll il-perċentwal tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru meta mqabbel mal-popolazzjoni tal-Unjoni, għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015, għandhom ikunu kif ġej:
Stat Membru |
Popolazzjoni (× 1 000 ) |
Perċentwal tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni |
Ġermanja |
80 704,691 |
15,91 |
Franza |
66 076,909 |
13,02 |
Renju Unit |
64 105,654 |
12,63 |
Italja |
61 152,798 |
12,05 |
Spanja |
46 507,760 |
9,17 |
Polonja |
38 018,000 |
7,49 |
Rumanija |
19 942,642 |
3,93 |
Pajjiżi l-Baxxi |
17 082,000 |
3,37 |
Belġju |
11 203,992 |
2,21 |
Greċja |
10 992,783 |
2,17 |
Portugall |
10 427,301 |
2,06 |
Repubblika Ċeka |
10 398,697 |
2,05 |
Ungerija |
9 877,365 |
1,95 |
Svezja |
9 644,864 |
1,90 |
Awstrija |
8 511,000 |
1,68 |
Bulgarija |
7 245,677 |
1,43 |
Danimarka |
5 621,607 |
1,11 |
Finlandja |
5 451,270 |
1,07 |
Slovakkja |
5 400,598 |
1,06 |
Irlanda |
4 604,029 |
0,91 |
Kroazja |
4 246,809 |
0,84 |
Litwanja |
2 943,472 |
0,58 |
Slovenja |
2 061,085 |
0,41 |
Latvja |
2 001,468 |
0,39 |
Estonja |
1 315,819 |
0,26 |
Ċipru |
858,000 |
0,17 |
Lussemburgu |
549,680 |
0,11 |
Malta |
425,384 |
0,08 |
Total |
507 371,354 |
|
Livell limitu (62 %) |
314 570,239 |
|
Livell limitu (65 %) |
329 791,380 ” |
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. DE VINCENTI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).