Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0655

2014/655/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta' Settembru 2014 li taħtar membru supplenti Estonjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 268, 9.9.2014, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/655/oj

9.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Settembru 2014

li taħtar membru supplenti Estonjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2014/655/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta tal-GvernEstonjan,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Juri GOTMANS sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2015:

Is-Sur Juri GOTMANS, Mayor of Haanja Rural Municipality (bidla tal-mandat).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


Top