This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0538
Council Decision 2014/538/CFSP of 8 July 2014 on the signing and conclusion of the Agreement between the European Union and the Republic of Colombia establishing a framework for the participation of the Republic of Colombia in European Union crisis management operations
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/538/PESK tat- 8 ta' Lulju 2014 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kolombja f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/538/PESK tat- 8 ta' Lulju 2014 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kolombja f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet
ĠU L 251, 23.8.2014, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/538/oj
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32014D0538R(01) | (NL) |
23.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/538/PESK
tat-8 ta' Lulju 2014
dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kolombja f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Il-kondizzjonijiet rigward il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi f'operazzjonijiet tal-Unjoni għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandhom ikunu stipulati fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni possibbli fil-futur, aktar milli jiġu ddefiniti każ b'każ għal kull operazzjoni kkonċernata. |
(2) |
Wara l-adozzjoni ta' Deċiżjoni mill-Kunsill fis-17 ta' Frar 2014 li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà nnegozja Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kolombja f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet ('il-Ftehim'). |
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kolombja f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 17(1) tal-Ftehim (1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. C. PADOAN
(1) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.