Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0461

2014/461/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta' Lulju 2014 dwar deroga temporanja mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE, rigward ir-regoli ta' oriġini tal-gambli u gambli kbar, li huma ippreparati u ippreżervati, ġejjin mill-Groenlandja

ĠU L 207, 15.7.2014, p. 20–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/461/oj

15.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/20


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta' Lulju 2014

dwar deroga temporanja mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE, rigward ir-regoli ta' oriġini tal-gambli u gambli kbar, li huma ippreparati u ippreżervati, ġejjin mill-Groenlandja

(2014/461/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tal-Anness VI tagħha,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Ottubru 2009 il-Kummissjoni addottat id-Deċiżjoni 2009/776/KE (2) li tidderoga mid-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti li joriġinaw” biex tieħu f'konsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċjali tal-Groenlandja fir-rigward tal-gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus borealis. Din id-deroga skadiet fil-31 ta' Diċembru 2013.

(2)

Permezz ta' ittra bid-data tal-1 ta' April 2014, il-Groenlandja talbet għal deroga ġdida mir-regoli ta' oriġini stipulati fl-Artikolu 16 tal-Anness VI tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2013/755/UE rigward kwantità annwali ta' 2 500 tunnellata ta' gambli u gambli kbar, li huma preparati u priservati tal-ispeċi Pandalus borealis, u Pandalus Montagui li jiġu esportati mill-Groenlandja għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.

(3)

Il-Groenlandja bbażat it-talba tagħha fuq il-fatt li l-qabdiet totali permissibbli (TAC) tal-Groenlandja tnaqqsu matul l-aħħar snin u ser ikomplu jitnaqqsu fl-2015, u joħolqu nuqqas fil-provvisti tal-gambli u gambli kbar li joriġinaw minn hemm. Il-Groenlandja teħtieġ b'mod urġenti gambli u gambli kbar minn pajjiżi ġirien biex iżżomm livell minimu ta' produzzjoni u biex tiżgura l-impjiegi.

(4)

L-Artikolu 16(1)(c) tal-Anness VI tad-Deċiżjoni 2013/755/UE jipprevedi li d-derogi mir-regoli ta' oriġini jistgħu jiġu adottati fejn ikun ġustifikat bl-iżvilupp ta' industriji eżistenti jew il-ħolqien ta' industriji ġodda f'pajjiż jew territorju.

(5)

L-industrija tas-sajd hija dik ewlenija fil-Groenlandja li minnha s-settur tas-sajd tal-gambli u gambli kbar huwa l-iktar importanti. Huwa ta' importanza kbira għall-iżvilupp kontinwu tal-industrija tal-Groenlandja li l-possibbiltà li jintużaw gambli u gambli kbar minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari mill-Kanada, tibqa' possibbli fil-futur biex tiġi żviluppata l-industrija fuq l-art u biex tinżamm il-kompetittività tal-industrija tal-Groenlandja fis-suq dinji.

(6)

Il-Groenlandja hija pajjiż iżolat ġeografikament b'infrastruttura limitata u b'qgħad li qed jiżdied. Meta jkun hemm nuqqas ta' provvisti, il-fabbriki jkollhom jagħlqu u jinħoloq qgħad għal perjodi itwal. L-impatt soċjoekonomiku ta' għeluq bħal dan għalhekk huwa sinifikanti fuq komunità żgħira li tiddependi fuq l-attività ekonomika ta' fabbriki ta' dan it-tip. L-ipproċessar ta' 2 500 tunnellata ta' gambli u gambli kbar jipprovdi xogħol għal madwar għaxar ħaddiema. Il-Groenlandja fit-talba tagħha indikat li d-deroga hija essenzjali għall-għixien ta' waħda mill-fabbriki tagħha.

(7)

Id-deroga mitluba hija ġustifikata skont l-Artikolu 16(1)(c) tal-Anness VI għad-Deċiżjoni 2013/755/UE, fir-rigward tal-iżvilupp kontinwu ta' industrija eżistenti fil-Groenlandja. Barra minn hekk, id-deroga tiżgura l-impjiegi f'komunitajiet vulnerabbli u hija essenzjali għall-għixien ta' waħda mill-fabbriki tal-Groenlandja.

(8)

Minħabba li l-użu tad-deroga mogħtija fl-2001 kien baxx ħafna, din id-deroga għandha tingħata biss għal 500 tunnellata, ammont li jikkorrispondi għall-ogħla livell ta' utilizzazzjoni fl-2002 miżjud b'tolleranza ta' 25 %.

(9)

Suġġett għal konformità ma' ċerti kondizzjonijiet li għandhom x' jaqsmu ma' kwantità, sorveljanza u tul ta' żmien, id-deroga ma għandhiex tikkawża ħsara serja lil settur ekonomiku jew lil industrija stabbilita tal-Unjoni jew ta' wieħed jew iktar mill-Istati Membri.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3) jistipula r-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Dawk ir-regoli għandhom ikunu applikati għall-ġestjoni tal-kwantità li għaliha qed tingħata d-deroga permezz ta' din id-Deċiżjoni.

(11)

Id-deroga hija mitluba għal perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2014 u li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020. Billi huwa meħtieġ li tkun żgurata l-kontinwità tal-esportazzjonijiet mill-Groenlandja lejn l-Unjoni u l-prevedibbiltà għall-operaturi ekonomiċi, id-deroga għandha tingħata b'mod retroattiv.

(12)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'deroga mill-Anness VI tad-Deċiżjoni 2013/755/UE, gambli u gambli kbar, li huma preparati u priservati tal-ispeċi Pandalus borealis, u Pandalus Montagui bil-kodiċi tan-NM ex 1605 21 u ex 1605 29, proċessati fil-Groenlandja minn gambli u gambli kbar li ma joriġinawx mir-reġjun, bil-kodiċi tan-NM 0306 16 99 jitqiesu li fil-fatt joriġinaw fil-Groenlandja skont it-termini stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 5 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 tapplika għall-kwantitajiet stipulati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni li huma importati fl-Unjoni mill-Groenlandja matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

L-awtoritajiet tad-dwana tal-Groenlandja jieħdu l-passi neċessarji biex jagħmlu kontrolli kwantitattivi fuq esportazzjonijiet tal-prodotti msemmijja fl-Artikolu 1.

Iċ-ċertifikati kollha ta' moviment EUR.1 li joħorġu fir-rigward ta' dawk il-prodotti jinkludu referenza għal din id-Deċiżjoni.

Qabel it-tmiem tal-aħħar tax-xahar ta' kull perjodu ta' tliet xhur, l-awtoritajiet kompetenti tal-Groenlandja jibagħtu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni trimestrali tal-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu ċertifikati ta' moviment EUR.1 skont din id-Deċiżjoni u n-numri tas-serje ta' dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Kaxxa 7 taċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 maħruġa skont din id-Deċiżjoni tikkontjeni waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

“Derogation — Commission Implementing Decision 2014/461/EU”.

“Dérogation — Décision d'exécution 2014/461/UE de la Commission”

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha.

Japplika mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/776/KE tas-16 ta' Ottubru 2009 dwar deroga mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2001/822/KE, rigward ir-regoli ta' oriġini tal-gambli u gambli kbar, li huma preparati u priservati, ġejjin mill-Groenlandja (ĠU L 278, 23.10.2009, p. 51).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


ANNESS

Numru tal-Ordni

Il-Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodi

Kwantitajiet

09.xxxx

ex 1605 21

ex 1605 29

Gambli u gambli kbar preparati jew priservati tal-ispeċi Pandalus borealis u Pandalus Montagui

1.1.2014 sa 31.12.2014

1.1.2015 sa 31.12.2015

1.1.2016 sa 31.12.2016

1.1.2017 sa 31.12.2017

1.1.2018 sa 31.12.2018

1.1.2019 sa 31.12.2019

1.1.2020 sa 31.12.2020

500 tunnellata

500 tunnellata

500 tunnellata

500 tunnellata

500 tunnellata

500 tunnellata

500 tunnellata


Top