Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0460

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/460/PESK tal- 14 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

    ĠU L 207, 15.7.2014, p. 17–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D0917

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/460/oj

    15.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 207/17


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/460/PESK

    tal-14 ta' Lulju 2014

    li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fid-29 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK (1).

    (2)

    Fid-29 ta' April 2014, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2153 (2014), li ġġedded u timmodifika l-embargo fuq l-armi kontra l-Côte d'Ivoire, b'mod partikolari billi ma tibqax tinkludi materjal mhux letali relatat fil-projbizzjoni dwar il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment lill-Côte d'Ivoire ta' armi u kwalunkwe materjal relatat. Barra minn hekk, tneħħiet il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' djamanti mhux maħduma mill-Côte d'Ivoire.

    (3)

    Id-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2010/656/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

    (1)

    L-Artikoli 1u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “Artikolu 1

    Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u materjal letali relatat, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, lill-Côte d'Ivoire miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru tal-bandiera tal-Istati Membri għandhom ikunu ipprojbiti, irrispettivament minn jekk tali armi, materjal relatat u tagħmir joriġinawx fit-territorji tal-Istati Membri jew le.

    Artikolu 2

    1.   L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal:

    (a)

    provvisti intenzjonati unikament għas-sostenn tal-Operazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Côte d'Ivoire (UNOCI) u l-forzi Franċiżi li jsostnuhom jew għall-użu minnhom, u provvisti li jgħaddu mill-Côte d'Ivoire intenzjonati għas-sostenn tal-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti, jew għall-użu minnhom;

    (b)

    dan li ġej, kif notifikat bil-quddiem lill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 14 tal-UNSCR 1572 (2004) ( il-‘Kumitat tas-Sanzjonijiet’):

    (i)

    provvisti esportati temporanjament lejn il-Côte d'Ivoire lill-forzi ta' Stat li jkun qed jieħu azzjoni, f'konformità mad-dritt internazzjonali, unikament u direttament biex jiffaċilita l-evakwazzjoni taċ-ċittadini tiegħu u ta' dawk li lejhom għandu responsabbiltà konsulari fil-Côte d'Ivoire;

    (ii)

    provvisti ta' armi u materjal letali relatat mal-forzi tas-sigurtà Ivorjani, intenzjonati unikament għas-sostenn tal-proċess Ivorjan ta' riforma tas-settur tas-sigurtà jew għall-użu f'tali proċess, bl-eċċezzjoni ta' dawk l-armi u materjal letali relatat kif stabbilit fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni, li għandhom jiġu approvati minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

    (c)

    provvisti ta' tagħmir mhux letali li jista' jintuża għar-repressjoni interna u li huwa intiż unikament biex il-forzi ta' sigurtà Ivorjani jkunu jistgħu jużaw biss forza adatta u proporzjonata fiż-żamma tal-ordni pubbliku;

    (d)

    provvisti ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna lill-forzi ta' sigurtà Ivorjani, intenzjonat unikament għas-sostenn ta', jew l-użu fil-proċess Ivorjan ta' riforma tas-settur tas-sigurtà.

    2.   Ir-responsabbiltà primarja għal notifika jew talbiet għall-approvazzjoni lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, qabel il-kunsinna ta' kwalunkwe provvista ta' armi u materjal letali relatat lill-forzi tas-sigurtà Ivorjani kif imsemmi fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, hija tal-Gvern tal-Côte d'Ivoire. Fl- alternattiva, Stat Membru li jipprovdi assistenza jista' jagħmel din in-notifika jew talba għal approvazzjoni wara li jkun informa lill-Gvern tal-Côte d'Ivoire bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel dan.”;

    (2)

    L-Artikolu 3 huwa mħassar.

    Artikolu 2

    L-Anness għal din id-Deċiżjoni għandu jiżdied bħala l-Anness III għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. MARTINA


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad- 29 ta' Ottubru 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28).


    ANNESS

    “ANNESS III

    Lista ta' armi u materjal letali relatat msemmija fl-Artikolu 2(1)(b)(ii):

    1.

    Armi, armi tan-nar ta' artillerija diretti u indiretti, u armi b'kalibru akbar minn 12,7 mm, il-munizzjoni u l-komponenti tagħhom.

    2.

    Granati mmexxija b'rokit, rokits, armi ħfief anti-tank, granati sparati bl-azzarini u tagħmir li jwaddab il-granati.

    3.

    Missili mill-art għall-ajru, inklużi sistemi ta' difiża tal-ajru portabbli mill-bniedem (Manpads); missili mil-art għall-art; u missili mill-ajru għall-art.

    4.

    Bwies b'kalibru akbar minn 82 mm.

    5.

    Armi anti-tank iggwidati, speċjalment missili ggwidati anti-tank, il-munizzjoni u l-komponenti tagħhom.

    6.

    Inġenji tal-ajru armati, inklużi bi ġwienaħ rotanti jew bi ġwienaħ fissi.

    7.

    Vetturi armati militari jew vetturi militari mgħammra b'muntaturi tal-armi.

    8.

    Kariki splussivi, u apparat li fih materjali splussivi, imfassla għal skop militari, mini u materjal relatat.

    9.

    Apparat ta' osservazzjoni ta' billejl u li jispara billejl.”


    Top