EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0439

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/439/PESK tat- 8 ta' Lulju 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

ĠU L 200, 9.7.2014, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/439/oj

9.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/13


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/439/PESK

tat-8 ta' Lulju 2014

li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK li timponi miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja.

(2)

Il-Kunsill iqis li għandha tiżdied persuna waħda mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tidher fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(3)

Il-Kunsill iqis ukoll li tmien persuni għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tidher fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(4)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa b'dan emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.


ANNESS

I.

Il-persuni li ġejjin jitħassru mil-lista li tinsab fil-parti A tal-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK:

Nru. 8

Arkhipau, Aliaksandr Mikhailavich;

Nru. 21

Berastau, Valery Vasilievich;

Nru. 27

Bushnaia, Natallia Uladzimirauna;

Nru. 131

Mihun, Andrei Arkadzevich;

Nru. 164

Samaliuk, Hanna Valerieuna;

Nru. 195

Svorab, Mikalai Kanstantsinavich;

Nru. 200

Tratsiak, Piotr Uladzimiravich;

Nru. 212

Varapaev, Ihar Ryhoravich.

II.

Il-persuna li ġejja tiżdied mal-lista li tinsab fil-parti A tal-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK:

 

Isem

Isem

(Ortografija Bjelorussa)

Isem

(Ortografija Russa)

Raġunijiet

Data ta' elenkar

 

Volkov, Vitaliy Nikolayevich

 

 

Imħallef fil-qorti reġjonali fi Shklov. F'Jannar 2012 iddeċieda li jittrasferixxi lill-kandidat Presidenzjali preċedenti u attivist tal-oppożizzjoni N. Statkevich lejn ħabs tat-tip magħluq f'Mogilov sempliċement abbażi ta' allegat vjolazzjonijiet tar-regoli ta' priġunerija fil-kolonja penali IK-17 fi Shklov biss. Għalhekk din id-deċiżjoni wasslet għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' N. Statkevich inkluż in-nuqqas ta' rqad u t-theddid għal saħħtu.

9.7.2014


Top