Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0260

    2014/260/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta' April 2014 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2013 (notifikata bid-dokument C(2014) 2792)

    ĠU L 136, 9.5.2014, p. 27–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/260/oj

    9.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 136/27


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-29 ta' April 2014

    dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2013

    (notifikata bid-dokument C(2014) 2792)

    (2014/260/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), b'mod partikolari l-Artikolu 119(1) tiegħu

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (2), b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 li jistipula l-modalitajiet ta' implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta' ħlas lura tal-ispejjeż fil-qafas tal-EAGF u tal-EAFRD (3), b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta' korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (4), b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

    Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

    Billi:

    (1)

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 119(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 kif emendat bl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1310/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet transitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014 (5), jipprovdi li l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 japplika għall-approvazzjoni finanzjarja tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li saru fis-sena finanzjarja agrikola 2013.

    (2)

    Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Istati Membri, akkumpanjati mill-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet u ċertifikat rigward l-integrità, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet u r-rapporti stabbiliti mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni.

    (3)

    Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006, qed titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta' Ottubru 2012 u l-15 ta' Ottubru 2013 għas-sena finanzjarja 2013.

    (4)

    L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru jew jitħallsu lilu, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament imsemmi, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-pagamenti ta' kull xahar imħallsin għas-sena finanzjarja kkonċernata, jiġifieri l-2013, min-nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-pagament ta' kull xahar relatat man-nefqa li tkun saret fit-tieni xahar li jiġi wara dak li fih ittieħdet id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet, jew iżżidu magħha.

    (5)

    Il-Kummissjoni vverifikat it-tagħrif li ressqu l-Istati Membri u kkomunikat ir-riżultati tal-verifiki tagħha lill-Istati Membri qabel il-31 ta' Marzu 2014, flimkien mal-emendi meħtieġa.

    (6)

    Il-kontijiet annwali u d-dokumenti ta' akkumpanjament jippermettu lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqa għal ċerti aġenziji tal-pagamenti. L-Anness I jelenka l-ammonti approvati u l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mill-Istati Membri jew imħallsa lilhom li għalihom il-kontijiet nstab li huma kompluti, preċiżi u veri.

    (7)

    It-tagħrif imressaq minn ċerti aġenziji tal-pagamenti oħra jesiġi li jsir aktar stħarriġ u l-kontjiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f'din id-Deċiżjoni. L-Anness II jelenka l-aġenziji tal-pagamenti kkonċernati.

    (8)

    Skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006, kwalunkwe skadenza maqbuża matul Awwissu, Settembru u Ottubru għandha titqies fid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. Parti min-nefqa ddikjarata minn ċerti Stati Membri matul dawn ix-xhur fis-sena 2013 saret wara l-iskadenzi applikabbli. Din id-deċiżjoni b'dan għandha tiffissa t-tnaqqis xieraq għall-ammonti li għandhom jiġu approvati.

    (9)

    Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, il-Kummissjoni diġà naqqset jew issospendiet għadd ta' pagamenti ta' kull xahar mad-dħul fil-kontijiet tan-nefqa għas-sena finanzjarja 2013 minħabba qbiż tal-limiti jew minħabba li ma ġewx rispettati l-iskadenzi tal-pagamenti. Waqt li tieħu d-deċiżjoni preżenti, il-Kummissjoni għandha tqis l-ammonti mnaqqsa jew sospiżi sabiex tevita l-pagamenti kollha mhux xierqa u mhux f'waqthom, waqt li tħallas lura l-ammonti li aktar tard jisgħu jkunu l-għan ta' aġġustament finanzjarju. L-ammonti inkwistjoni jistgħu jiġu eżaminati aktar, fejn xieraq, fil-qafas tal-proċedimenti tal-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Għal dan il-għan, id-deċiżjoni preżenti hija bla ħsara għad-deċiżjonijiet ta' approvazzjoni tal-konformità ulterjuri li l-Kummissjoni tista' tieħu skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

    (10)

    It-tieni u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 jipprovdu li d-deċiżjoni tal-approvazzjoni finanzjarja tiddetermina l-ammonti li għandhom jiġu ċċarġjati lill-UE u lill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 119(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-proċedura taħt l-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 għandha tkompli tapplika għan-nefqa mġarrba u l-pagamenti magħmula għas-sena finanzjarja 2013. Matul is-sena finanzjarja agrikola 2013 l-Artikoli 32 u 33 kienu fis-seħħ, u għalhekk l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tagħhom għandhom jitqiesu fid-deċiżjoni għall-approvazzjoni finanzjarja fir-rigward is-sena finanzjarja 2013.

    (11)

    Skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel tajjeb għal 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta' nuqqas ta' rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ta' dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba' snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex, flimkien mal-kontijiet annwali, jissottomettu lill-Kummissjoni, rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru meħuda b'reazzjoni għall-irregolaritajiet. Ir-Regolament (KE) Nru 885/2006 jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati. L-Anness III ta' dan ir-Regolament jipprovdi t-tabella li kellhom jipprovdu l-Istati Membri fl-2014. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji min-nuqqas ta' rkupru ta' irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba' jew tmien snin rispettivament. Għal dan il-għan, id-deċiżjoni preżenti hija bla ħsara għad-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità ulterjuri possibbli li l-Kummissjoni tista' tieħu skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

    (12)

    Skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 u skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Din id-deċiżjoni tista' tittieħed biss jekk it-total tal-ispejjeż li jkunu saru diġà u dawk li x'aktarx isiru jaqbeż l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru mhux possibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba' snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, il-baġit tal-UE għandu jagħmel tajjeb għal 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru. L-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u r-raġunijiet għal dan huma pprovduti mir-rapporti ta' sinteżi mressqa mill-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Il-Kummissjoni ma għandhiex tibdel tali ammonti għad-deċiżjoni preżenti għall-Istati Membri kkonċernati u l-konsegwenzi finanzjarji rispettivi għandhom konsegwentement jiġu mġarrba mill-baġit tal-UE. Għal dan il-għan, id-deċiżjoni preżenti hija bla ħsara għal deċiżjonijiet ta' approvazzjoni tal-konformità ulterjuri possibbli li l-Kummissjoni tista' tieħu skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

    (13)

    Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, id-deċiżjoni preżenti hija bla ħsara għad-deċiżjonijiet ta' approvazzjoni tal-konformità ulterjuri possibbli li l-Kummissjoni tista' tieħu biex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nefqa li ma ġietx affettwata skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Bl-eċċezzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 2, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2013, huma approvati permezz ta' din id-deċiżjoni.

    L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn kull Stat Membru; jew li jistgħu jitħallsu lilu; skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness I.

    Artikolu 2

    Għas-sena finanzjarja 2013, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri fir-rigward ta' nfiq iffinanzjat mill-FAEG, stabbiliti fl-Anness II, huma mifruda minn din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu soġġetti għal Deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet fil-futur.

    Artikolu 3

    Id-deċiżjoni preżenti hija bla ħsara għad-deċiżjonijiet ta' approvazzjoni tal-konformità ulterjuri possibbli li l-Kummissjoni tista' tieħu skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 biex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nefqa li ma ġietx affettwata skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Dacian CIOLOȘ

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

    (2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

    (3)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.

    (4)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.

    (5)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 865.


    ANNESS I

    Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti

    Is-Sena Finanzjarja 2013

    Ammont li jrid jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru jew imħallas lilu

    SM

     

    2013 — Nefqa/Dħul Assenjat għall-Aġenziji tal-Pagamenti li l-kontijiet tagħhom huma

    Total a + b

    Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja kollha (1)

    Tnaqqis skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 bis-saħħa tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 885/2006

    Total inklużi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet

    Pagamenti li saru lill-Istati Membri għas-sena finanzjarja

    Ammont li għad irid jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru (–) jew imħallas (+) lilu (2)

    Nefqa (3)

    Dħul assenjat (3)

    L-Artikolu 32 (= e)

    Total (= h)

    approvati

    mifrudin

    = nefqa /dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali

    = total tan-nefqa/dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar

    05 07 01 06

    6701

    6702

     

     

    a = A (col.i)

    b = A (col.h)

    c = a + b

    d = – C1 (col. e)

    e = – ART 32

    f = c + d + e

    g

    h = f - g

    i

    j

    k

    l = i + j + k

    BE

    EUR

    624 341 919,71

    11 319 476,12

    635 661 395,83

    – 346 540,21

    – 35 296,55

    635 279 559,07

    635 401 707,01

    – 122 147,94

    0,00

    – 86 851,39

    – 35 296,55

    – 122 147,94

    BG

    EUR

    520 706 425,07

    0,00

    520 706 425,07

    0,00

    0,00

    520 706 425,07

    520 718 516,78

    – 12 091,71

    0,00

    – 12 091,71

    0,00

    – 12 091,71

    CZ

    EUR

    832 289 934,09

    0,00

    832 289 934,09

    – 52 994,62

    0,00

    832 236 939,47

    832 283 338,41

    – 46 398,94

    0,00

    – 46 398,94

    0,00

    – 46 398,94

    DK

    DKK

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    – 602 013,75

    – 602 013,75

    0,00

    – 602 013,75

    0,00

    0,00

    – 602 013,75

    – 602 013,75

    DK

    EUR

    932 522 034,47

    0,00

    932 522 034,47

    – 57 570,12

    0,00

    932 464 464,35

    931 438 063,06

    1 026 401,29

    1 026 401,29

    0,00

    0,00

    1 026 401,29

    DE

    EUR

    5 325 975 685,14

    0,00

    5 325 975 685,14

    0,00

    – 221 111,26

    5 325 754 .573,88

    5 325 926 033,61

    –171 459,73

    49 651,53

    0,00

    – 221 111,26

    – 171 459,73

    EE

    EUR

    95 207 738,39

    0,00

    95 207 738,39

    0,00

    – 938,45

    95 206 799,94

    95 207 334,70

    – 534,76

    403,69

    0,00

    – 938,45

    – 534,76

    IE

    EUR

    1 228 632 812,85

    0,00

    1 228 632 812,85

    – 29 356,01

    – 55 560,00

    1 228 547 896,84

    1 228 618 692,08

    – 70 795,24

    77 921,30

    – 93 156,54

    – 55 560,00

    – 70 795,24

    EL

    EUR

    0,00

    2 341 140 772,14

    2 341 140 772,14

    0,00

    0,00

    2 341 140 772,14

    2 341 140 772,14

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    ES

    EUR

    5 811 567 412,30

    0,00

    5 811 567 412,30

    – 958 284,14

    – 3 544 385,72

    5 807 064 742,44

    5 810 943 310,90

    – 3 878 568,46

    0,00

    – 334 182,74

    – 3 544 385,72

    – 3 878 568,46

    FR

    EUR

    8 578 532 362,85

    0,00

    8 578 532 362,85

    396 882,37

    – 1 371 083,99

    8 577 558 161,23

    8 577 517 764,73

    40 396,50

    1 411 480,49

    0,00

    – 1 371 083,99

    40 396,50

    HR

    EUR

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    IT

    EUR

    4 541 302 573,75

    0,00

    4 541 302 573,75

    – 1 726 750,06

    – 8 219 427,12

    4 531 356 396,57

    4 530 939 670,86

    416 725,71

    8 636 152,83

    0,00

    – 8 219 427,12

    416 725,71

    CY

    EUR

    48 819 358,52

    0,00

    48 819 358,52

    0,00

    0,00

    48 819 358,52

    48 819 358,52

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    LV

    EUR

    147 614 049,52

    0,00

    147 614 049,52

    0,00

    0,00

    147 614 049,52

    147 614 049,52

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    LT

    LTL

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    – 21,34

    – 21,34

    0,00

    – 21,34

    0,00

    0,00

    – 21,34

    – 21,34

    LT

    EUR

    352 722 805,82

    0,00

    352 722 805,82

    0,00

    0,00

    352 722 805,82

    346 930 504,98

    5 792 300,84

    5 792 300,84

    0,00

    0,00

    5 792 300,84

    LU

    EUR

    33 784 052,94

    0,00

    33 784 052,94

    0,00

    – 2 287,96

    33 781 764,98

    33 682 953,52

    98 811,46

    101 099,42

    0,00

    – 2 287,96

    98 811,46

    HU

    HUF

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    – 14 562 539,00

    – 14 562 539,00

    0,00

    – 14 562 539,00

    0,00

    0,00

    – 14 562 539,00

    – 14 562 539,00

    HU

    EUR

    1 249 214 884,54

    0,00

    1 249 214 884,54

    0,00

    0,00

    1 249 214 884,54

    1 249 217 888,57

    – 3 004,03

    0,00

    – 3 004,03

    0,00

    – 3 004,03

    MT

    EUR

    5 558 718,60

    0,00

    5 558 718,60

    0,00

    0,00

    5 558 718,60

    5 558 505,37

    213,23

    213,23

    0,00

    0,00

    213,23

    NL

    EUR

    884 672 765,83

    0,00

    884 672 765,83

    0,00

    0,00

    884 672 765,83

    883 449 825,44

    1 222 940,39

    1 222 940,39

    0,00

    0,00

    1 222 940,39

    AT

    EUR

    691 591 241,19

    0,00

    691 591 241,19

    0,00

    0,00

    691 591 241,19

    691 591 241,19

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    PL

    PLN

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    – 639 717,42

    – 639 717,42

    0,00

    – 639 717,42

    0,00

    0,00

    – 639 717,42

    – 639 717,42

    PL

    EUR

    3 147 739 014,75

    0,00

    3 147 739 014,75

    0,00

    0,00

    3 147 739 014,75

    3 147 935 629,19

    – 196 614,44

    0,00

    – 196 614,44

    0,00

    – 196 614,44

    PT

    EUR

    762 827 603,78

    0,00

    762 827 603,78

    – 226 040,22

    – 1 067 365,09

    761 534 198,47

    762 462 063,84

    – 927 865,37

    139 499,72

    0,00

    – 1 067 365,09

    – 927 865,37

    RO

    RON

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    RO

    EUR

    0,00

    1 174 835 753,20

    1 174 835 753,20

    0,00

    0,00

    1 174 835 753,20

    1 174 835 753,20

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    SI

    EUR

    133 999 797,83

    0,00

    133 999 797,83

    0,00

    – 468,80

    133 999 329,03

    134 000 855,36

    – 1 526,33

    0,00

    – 1 057,53

    – 468,80

    – 1 526,33

    SK

    EUR

    361 277 778,15

    0,00

    361 277 778,15

    0,00

    0,00

    361 277 778,15

    361 265 716,53

    12 061,62

    12 061,62

    0,00

    0,00

    12 061,62

    FI

    EUR

    535 729 245,61

    0,00

    535 729 245,61

    – 2 563,40

    – 3 262,59

    535 723 419,62

    535 738 480,77

    – 15 061,15

    0,00

    – 11 798,56

    – 3 262,59

    – 15 061,15

    SE

    SEK

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    – 643 347,92

    – 643 347,92

    0,00

    – 643 347,92

    0,00

    0,00

    – 643 347,92

    – 643 347,92

    SE

    EUR

    676 877 998,55

    0,00

    676 877 998,55

    0,00

    0,00

    676 877 998,55

    676 905 013,98

    – 27 015,43

    0,00

    – 27 015,43

    0,00

    – 27 015,43

    Ir-Renju Unit

    GBP

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    – 67 175,63

    – 67 175,63

    0,00

    – 67 175,63

    0,00

    0,00

    – 67 175,63

    – 67 175,63

    Ir-Renju Unit

    EUR

    3 104 971 517,71

    0,00

    3 104 971 517,71

    – 1 285 694,03

    0,00

    3 103 685 823,68

    3 102 951 204,38

    734 619,30

    734 619,30

    0,00

    0,00

    734 619,30


    (1)  It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk li tqiesu fis-sistema tal-pagamenti, li magħhom jiżdiedu partikolarment il-korrezzjonijiet meta ma jiġux rispettati l-iskadenzi tal-pagamenti stabbiliti f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2013 u l-korrezzjonijiet għal taxxa fuq il-ħalib.

    (2)  Għall-kalkolu tal-ammont li se jkun irkuprat mill-Istat Membru jew imħallas lilu, l-ammont li jitqies huwa t-total tad-dikjarazzjoni annwali għan-nefqa approvata (col.a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għan-nefqa mhux approvata (col.b).

    Ir-rata tal-kambju applikabbli: l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.

    (3)  BL 05 07 01 06 għandu jinqasam bejn il-korrezzjonijiet negattivi li jsiru dħul assenjat f'BL 67 01 u dawk pożittivi favur l-Istat Membru li issa se jiġu inklużi fin-naħa tan-nefqa 05 07 01 06 skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

    NB: Nomenklatura 2014: 05 07 01 06, 6701, 6702


    ANNESS II

    Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti

    Is-sena finanzjarja 2013 — FAEG

    Lista tal-Aġenziji tal-Pagamenti li l-kontijiet tagħhom huma mifrudin u li huma s-suġġett ta' deċiżjoni ta' approvazzjoni aktar tard

    Stat Membru

    Aġenzija tal-Pagamenti

    Il-Belġju

    Bureau d'intervention et de restitution belge (BIRB)

    Il-Greċja

    L-Aġenzija tal-Pagamenti u tal-Kontroll għall-Għajnuniet Komunitarji ta' Gwida u Garanzija (O.P.E.K.E.P.E)

    Ir-Rumanija

    L-Aġenzija tal-Ħlas u l-Intervent għall-Agrikoltura (PIAA)


    Top