Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0257

    2014/257/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta' Marzu 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    ĠU L 140, 14.5.2014, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/257/oj

    Related international agreement

    14.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 140/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-14 ta' Marzu 2014

    dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    (2014/257/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 91, 100(2), 167(3) u 207, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fl-24 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u l-Kroazja, mar-Repubblika tal-Korea sabiex jiġi konkluż Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll Addizzjonali”).

    (2)

    Dawk in-negozjati tlestew b'suċċess billi l-Protokoll Addizzjonali ġie inizjalat fit-8 ta' Novembru 2013.

    (3)

    Il-Protokoll Addizzjonali għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

    (4)

    Minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni fl-1 ta' Lulju 2013, il-Protokoll Addizzjonali għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja b'effett minn dik id-data,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa għalhekk awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali.

    It-test tal-Protokoll Addizzjonali huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Protokoll Addizzjonali f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u li tipproċedi, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, li tagħti n-notifika msemmija fl-Artikolu 9 tal-Protokoll Addizzjonali rigward it-tlestija tal-proċeduri interni għall-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja.

    Artikolu 3

    Il-Protokoll Addizzjonali għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja b'effett mill-1 ta' Lulju 2013, skont l-Artikolu 9(2) u (3) tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri tal-konklużjoni tiegħu.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. CHRISOCHOIDIS


    Top