Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0222

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/222/PESK tas- 16 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

ĠU L 119, 23.4.2014, p. 65–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/222/oj

23.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/65


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/222/PESK

tas-16 ta' April 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(2)

Permezz tas-sentenza tagħha tat-12 ta' Novembru 2013 fil-Kawża T-552/12 (2), il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK (3) fir-rigward tal-inkużjoni ta' North Drilling Company (NDC) fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, kif jinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(3)

In-North Drilling Company (NDC) għandha terġa' tiġi inkluża fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet.

(4)

Entità waħda għandha titneħħa mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(5)

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  Kawża T-552/12 North Drilling Co. v Kunsill, sentenza tat-12 ta' Novembru 2013, għadha ma tniżżlitx fil-Ġabra.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, 16.10.2012, p. 58).


ANNESS

I.

L-entità elenkata hawn taħt għandha titniżżel fil-lista li tinsab fil-Parti I, Taqsima B (entitajiet) tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

118.

North Drilling Company (NDC)

No. 8 35th St. Alvand St.

Argentine Sq. Tehran

Iran

Tel. (+ 98) 2188785083-8

North Drilling tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran billi kienet indirettament proprjetà tal-Mostazafan Foundation, entità parastatali kbira Iranjana kkontrollata mill-Gvern tal-Iran. North Drilling hija entità importanti fis-settur tal-enerġija li tipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Iran. Barra minn hekk, North Drilling għandha tagħmir ewlieni importat għall-industrija taż-żejt u l-gass, inklużi oġġetti pprojbiti. Għalhekk, North Drilling tagħti appoġġ lill-attivitajiet nukleari sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni.

23.4.2014

II.

L-entità elenkata hawn taħt, u l-entrata relatata, għandhom jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK:

Safa Nicu magħruf ukoll bħala “Safa Nicu Sepahan”, “Safanco Company”, “Safa Nicu Afghanistan Company”, “Safa Al Noor Company” u “Safa Nicu Ltd Company”.


Top