EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0143

2014/143/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli, fir-rigward tal-emenda tad-Deċiżjoni Nru 2/2003 għall-imsemmi Kumitat

ĠU L 78, 17.3.2014, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/143(1)/oj

17.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli, fir-rigward tal-emenda tad-Deċiżjoni Nru 2/2003 għall-imsemmi Kumitat

(2014/143/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli (1) (minn hawn ’il quddiem il-"Ftehim") daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2)

L-Artikolu 6 tal-Ftehim iwaqqaf Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura (minn hawn 'il quddiem il-"Kumitat") li hu responsabbli għall-ġestjoni tal-Ftehim u jiżgura l-funzjonament tajjeb tiegħu.

(3)

Skont l-Artikolu 6(4) tal-Ftehim, bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 1/2003, il-Kumitat adotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu stess (2).

(4)

Skont l-Artikolu 6(7) tal-Ftehim, twaqqfu diversi gruppi ta' ħidma meħtieġa biex jiġu amministrati l-Annessi għall-Ftehim, inkluż grupp ta' ħidma dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini (DPO) u dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠP), u l-mandati tagħhom ġew adottati bid-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat (3). Skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni, il-kompitu ewlieni tal-Grupp ta' Ħidma DPO u IĠP huwa li tiġi kkunsidrata l-protezzjoni reċiproka tad-DPO u tal-IĠP.

(5)

Fl-2011, l-Unjoni u l-Konfederazzjoni Svizzera kkonkludew Ftehim rigward il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi (4) fejn emendaw il-Ftehim billi żiedu l-Anness 12 rigward il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel.

(6)

Il-Grupp ta' Ħidma DPO u IĠP ltaqa' biex jikkunsidra, b'mod partikolari, l-emendar tad-Deċiżjoni Nru 2/2003 dwar il-mandat tal-Grupp ta' Ħidma sabiex iqis dik l-emenda għall-Ftehim.

(7)

Huwa opportun li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat dwar l-emendar tad-Deċiżjoni Nru 2/2003.

(8)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat jistgħu jilħqu ftehim dwar emendi tekniċi fl-abbozz tad-Deċiżjoni mingħajr il-ħtieġa ta' Deċiżjoni oħra tal-Kunsill.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(2)  Deċiżjoni Nru 1/2003 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli tal-21 ta' Ottubru 2003 dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 303, 21.11.2003, p. 24).

(3)  Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli tal-21 ta' Ottubru dwar it-twaqqif ta' gruppi ta' ħidma u l-adozzjoni tal-mandati ta' dawk il-gruppi (ĠU L 303, 21.11.2003, p. 27).

(4)  Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 297, 16.11.2011, p.3).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2014 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA

ta'…

dwar l-emendar tad-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli tal-21 ta' Ottubru 2003 dwar it-twaqqif ta' gruppi ta' ħidma u l-adozzjoni tal-mandati ta' dawk il-gruppi

IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli (minn hawn ’il quddiem il-"Ftehim") daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2)

L-Anness 12 tal-Ftehim dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel.

(3)

Skont l-Artikolu 15(6) tal-Anness 12 tal-Ftehim, il-Grupp ta' Ħidma DPO u IĠP jassisti l-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura (minn hawn 'il quddiem il-"Kumitat" fuq it-talba ta' dan tal-aħħar.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Nru 2/2003 waqqfet il-gruppi ta' ħidma u adottat il-mandati ta' dawn il-gruppi.

(5)

Wara l-adozzjoni tal-Ftehim rigward il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel tal-1 ta' Diċembru 2011, flimkien mal-Anness 12 tal-Ftehim, huwa xieraq li d-deċiżjoni tal-Kumitat Nru 2/2003 tiġi mmodifikata, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-bażi tal-Ftehim u l-mandat tal-Grupp ta' Ħidma DPO u IĠP.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura tal-21 ta' Ottubru 2003 rigward il-ħolqien tal-gruppi ta' ħidma u l-adozzjoni tal-mandati ta' dawn il-gruppi li għandhom x'jaqsmu mal-Grupp ta' Ħidma DPO u IĠP huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-parti "Grupp ta' ħidma "DPO/IĠP" jinbidel bi:

"Grupp ta' Ħidma "DPO u IĠP"

Bażi fil-Ftehim (Anness 12)

L-Artikolu 15(6) tal-Anness 12 dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

Il-mandat tal-grupp ta' ħidma skont l-Artikolu 15

1.

Għandha tiġi eżaminata kull kwistjoni dwar l-Anness 12 u l-implimentazzjoni tiegħu.

2.

L-evoluzzjoni tal-liġijiet u regolamenti interni tal-Partijiet fl-oqsma koperti mill-Anness 12 għandhom jiġu eżaminati perjodikament.

3.

B'mod partikolari, għandhom jiġu formulati l-proposti għall-preżentazzjoni lill-Kumitat Konġunt bil-għan li l-appendiċijiet għall-Anness 12 jiġu adattati u aġġornati.'

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi ….2014.

Magħmul fi …,.

Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Il-Kap tad-Delegazzjoni Svizzera

Is-Segretarju tal-Kumitat


Top