Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1302R(01)

    Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1302/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward tal-kjarifika, is-simplifikazzjoni u t-titjib għat-twaqqif u l- funzjonament ta' tali raggruppamenti (ĠU L 347, 20.12.2013)

    ĠU L 330, 3.12.2016, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330, 3.12.2016, p. 5–6 (GA, HU)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1302/corrigendum/2016-12-03/oj

    3.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 330/5


    Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1302/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward tal-kjarifika, is-simplifikazzjoni u t-titjib għat-twaqqif u l- funzjonament ta' tali raggruppamenti

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )

    (1)

    Fil-paġna 308, l-Artikolu 1, il-punt (3) li jemenda l-Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1082/2006:

    minflok:

    “(f)

    l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali jew korpi jew impriżi pubbliċi, ekwivalenti għal dawk imsemmijin taħt il-punt (d), minn pajjiżi terzi, suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a.”,

    aqra:

    “(f)

    l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, jew korpi jew impriżi, ekwivalenti għal dawk imsemmijin taħt il-punti (d) u (e), minn pajjiżi terzi, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a.”;

    (2)

    Fil-paġna 313, l-Artikolu 1, jiżdied il-punt li ġej:

    “(18)

    it-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament huwa miżjud bħala anness.”.


    Top