Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1014

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2013 tat- 22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2380/2001, (KE) Nru 1289/2004, (KE) Nru 1455/2004, (KE) Nru 1800/2004, (KE) Nru 600/2005, (UE) Nru 874/2010, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 388/2011, (UE) Nru 532/2011 u (UE) Nru 900/2011 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 281, 23.10.2013, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1014/oj

    23.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 281/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1014/2013

    tat-22 ta’ Ottubru 2013

    li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2380/2001, (KE) Nru 1289/2004, (KE) Nru 1455/2004, (KE) Nru 1800/2004, (KE) Nru 600/2005, (UE) Nru 874/2010, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 388/2011, (UE) Nru 532/2011 u (UE) Nru 900/2011 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-annimali

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Pfizer Ltd. ssottomettiet applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 bil-proposta biex jinbidel l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjonijiet fir-rigward tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2380/2001 (2), (KE) Nru 1289/2004 (3), (KE) Nru 1455/2004 (4), (KE) Nru 1800/2004 (5), (KE) Nru 600/2005 (6), (UE) Nru 874/2010 (7), ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2011 (8), (UE) Nru 532/2011 (9) and (UE) Nru 900/2011 (10).

    (2)

    Ir-rikorrent isostni li, b’riżultat tad-deċiżjoni ta’ Pfizer Ltd. biex tagħmel id-Diviżjoni tas-Saħħa tal-Annimali tagħha kumpanija indipendenti bl-isem ta’ Zoetis Belgium SA u tittrasferixxi l-awtorizzazzjonijiet kollha għat-tqegħid fis-suq tal-koċċidjostati minn Pfizer Ltd. għal Zoetis Belgium SA, dan tal-aħħar jippossjedi d-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għall-addittivi dekokinat, lasaloaċidu A tas-sodju, maduramiċina ammonju alfa, idroklorur tar-robenidina u salinomiċina.

    (3)

    Il-bidla proposta tat-termini tal-awtorizzazzjonijiet hija purament amministrattiva fin-natura tagħha u ma tirrikjedix valutazzjoni ġdida tal-addittivi kkonċernati. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa b’din l-applikazzjoni.

    (4)

    Biex l-applikant jisfrutta d-drittijiet tiegħu għat-tqegħid fis-suq bl-isem Zoetis Belgium SA, hemm bżonn li jinbiddlu t-termini tal-awtorizzazzjonijiet.

    (5)

    Ir-Regolamenti (KE) Nru 2380/2001, (KE) Nru 1289/2004, (KE) Nru 1455/2004, (KE) Nru 1800/2004, (KE) Nru 600/2005, (UE) Nru 874/2010, u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 388/2011, (UE) Nru 532/2011 u (UE) Nru 900/2011 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

    (6)

    Billi l-modifiki għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet mhumiex relatati ma’ raġunijiet ta’ sikurezza, huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni li waqtu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2380/2001

    Fit-tieni kolonna tal-Anness, il-kliem “Pfizer Ltd” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”.

    Artikolu 2

    Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1289/2004

    Fit-tieni kolonna tal-Anness, il-kliem “Pfizer Ltd” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”.

    Artikolu 3

    Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1455/2004

    Fit-tieni kolonna tal-Anness, il-kliem “Pfizer Ltd” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”.

    Artikolu 4

    Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1800/2004

    Fit-tieni kolonna tal-Anness, il-kliem “Pfizer Ltd” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”.

    Artikolu 5

    Emenda għar-Regolament (KE) Nru 600/2005

    Fit-tieni kolonna tal-Anness I, il-kliem “Pfizer Ltd” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”.

    Artikolu 6

    Emenda għar-Regolament (UE) Nru 874/2010

    Ir-Regolament (UE) Nru 874/2010 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fit-titolu, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”;

    (b)

    fit-tieni kolonna tal-Anness, il-kliem “Pfizer Ltd” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”.

    Artikolu 7

    Emenda għar-Regolament (UE) Nru 388/2011

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 388/2011 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fit-titolu, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”;

    (b)

    Fit-tieni kolonna tal-Anness, il-kliem “Pfizer Ltd” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”;

    Artikolu 8

    Emenda għar-Regolament (UE) Nru 532/2011

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fit-titolu, il-kliem “Alpharma Belgium BVBA” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”;

    (b)

    Fit-tieni kolonna tal-Anness I, il-kliem “Pfizer Ltd” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”;

    Artikolu 9

    Emenda għar-Regolament (UE) Nru 900/2011

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 900/2011 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fit-titolu, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”;

    (b)

    Fit-tieni kolonna tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 900/2011, il-kliem “Pfizer Ltd” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”.

    Artikolu 10

    Miżuri tranżizzjonali

    Il-ħażniet eżistenti li ġew manifatturati u ttikkettjati qabel it-12 ta' Novembru 2013 skont ir-regoli applikabbli qabel it-12 ta' Novembru 2013 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw.

    Artikolu 11

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2380/2001 tal-5 ta’ Diċembru 2001 dwar l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin ta’ addittiv fl-għalf għall-annimali (ĠU L 321, 6.12.2001, p. 18).”

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1289/2004 tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin tal-addittiv Deccox® fl-oġġetti tal-ikel, li huwa parti mill-grupp ta’ coccidiostats u minn sustanzi mediċinali oħra (ĠU L 243, 15.7.2004, p. 15).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1455/2004 tas-16 ta’ Awwissu 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin tal-addittiv Avatec 15 % fl-għalf tal-bhejjem, li jifforma parti mill-grupp ta’ koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra (ĠU L 269, 17.8.2004, p. 14).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 tal-15 ta’ Ottubru 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin tal-addittiv Cycostat 66G fl-għalf tal-bhejjem, li jifforma parti mill-grupp ta’ koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

    (6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005 tat-18 ta’ April 2005 li jikkonċerna awtorizzazzjoni ġdida għal għaxar snin ta’ coccidiostat bħala addittiv fl-oġġetti tal-għalf, l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ addittiv u l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-oġġetti tal-għalf (ĠU L 99, 19.4.2005, p. 5).

    (7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2010 tal- 5 ta’ Ottubru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ lasaloaċidu A tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani li għandhom sa 16-il ġimgħa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (il-Belġju) BVBA) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (ĠU L 263, 6.10.2010, p. 1).

    (8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2011 tad-19 ta’ April 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-maduramiċina ammonju alfa bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (il-Belġju) BVBA u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (ĠU L 104, 20.4.2011, p. 3).

    (9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2011 tal-31 ta’ Mejju 2011 lli jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-idroklorur tar-robenidina bħala addittiv fl-għalf tal-fniek għat-tgħammir u l-fniek għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma il-Belġju BVBA) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 u (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 146, 1.6.2011, p. 7).

    (10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 900/2011 tas-7 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-lasaloċid A sodju bħala addittiv tal-għalf għall-faġani, il-fargħuni, is-summien u l-perniċi għajr l-għasafar għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (Belgium) BVBA) (ĠU L 231, 8.9.2011, p. 15).


    Top