This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0959
Commission Implementing Regulation (EU) No 959/2013 of 7 October 2013 amending Regulation (EU) No 1291/2009 concerning the selection of returning holdings for the purpose of determining incomes of agricultural holdings
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 959/2013 tas- 7 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1291/2009 li jikkonċerna l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet bl-iskop li jiddeterminaw l-introjtu tal-azjendi agrikoli
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 959/2013 tas- 7 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1291/2009 li jikkonċerna l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet bl-iskop li jiddeterminaw l-introjtu tal-azjendi agrikoli
ĠU L 265, 8.10.2013, p. 3–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2014; Imħassar b' 32014R1198
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32009R1291 | Emenda | artikolu 2 | 09/10/2013 | |
Modifies | 32009R1291 | Tlestija | artikolu 5 L2 | 09/10/2013 | |
Modifies | 32009R1291 | Emenda | anness | 09/10/2013 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32014R1198 |
8.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 265/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 959/2013
tas-7 ta’ Ottubru 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1291/2009 li jikkonċerna l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet bl-iskop li jiddeterminaw l-introjtu tal-azjendi agrikoli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(4) u 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1291/2009 (2) jistabbilixxi l-limiti minimi għad-daqs ekonomiku tal-azjendi agrikoli u l-Anness ta’ dak ir-Regolament jistipula l-għadd ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal kull diviżjoni. Minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja, għandu jiġi stabbilit il-limitu, kif ukoll l-għadd ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal dak l-Istat Membru l-ġdid. |
(2) |
Barra minn hekk, jinħtieġ li tiġi stabbilita d-data sa meta l-Kroazja għandha tissottometti l-ewwel pjan tal-għażla tagħha tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet lill-Kummissjoni. |
(3) |
Il-bidla strutturali fl-Italja wasslet għal tnaqqis fl-għadd tal-iżgħar azjendi u fil-kontribut tagħhom għall-produzzjoni agrikola totali, bl-implikazzjoni li ma hemmx il-ħtieġa li jitqiesu dawk l-azjendi fil-qasam tal-istħarriġ bl-għan li jkopri l-aktar parti rilevanti mill-attività agrikola. Sabiex tkun garantita rappreżentattività aktar effiċjenti tal-kampjun Taljan, il-limitu għall-Italja għandu jiġi adattat u l-għadd tal-irziezet għandu jiġi aġġustat. |
(4) |
Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 1291/2009 għandu jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Netwerk tad-Dejta dwar il-Kontabbiltà tal-Irziezet, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tiżdied is-sentenza li ġejja: “Għas-sena fiskali tal-2013 il-Kroazja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-pjan tal-għażla tagħha sal-31 ta’ Ottubru 2013.” |
(3) |
L-Anness huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għall-Kroazja dan għandu japplika mis-sena fiskali 2013.
Għall-Italja dan għandu japplika mis-sena fiskali 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1291/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jikkonċerna l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet bl-iskop li jiddeterminaw l-introjtu tal-azjendi agrikoli (ĠU L 347, 24.12.2009, p. 14).
ANNESS
(1) |
Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1291/2009, ir-ringiela li jmiss tidħol bejn ir-ringieli għal Franza u l-Italja.
|
(2) |
Ir-ringieli li jikkonċernaw l-Italja huma ssostitwiti b’dawn li ġejjin:
|