EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0709

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 709/2013 tal- 24 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 717/2010 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 200, 25.7.2013, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/709/oj

25.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 709/2013

tal-24 ta’ Lulju 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 717/2010 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2010 (2) ikklassifika hekk imsejjaħ “sensur tat-temperatura tal-gass tal-egżost” taħt il-kodiċi NM 8533 40 10 bħal resistors varjabbli oħrajn.

(2)

Il-prodott ikklassifikat fir-Regolament (UE) Nru 717/2010 għandu jitqies bħala resistor fiss għaliex ir-reżistenza tiegħu mhix varjabbli minn sistema ta' kontroll, iżda tiddependi biss fuq it-temperatura. Huwa għalhekk meħtieġ li tinbidel il-klassifikazzjoni tal-prodott għall-kodiċi NM 8533 21 00.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 717/2010 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (UE) Nru 717/2010 hu ssostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax mar-Regolament (UE) Nru 717/2010, tista' tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (3).

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 210, 11.8.2010, p. 24.

(3)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

“ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi - NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott (hekk imsejjaħ “sensur tat-temperatura tal-gass tal-egżost”) magħmul minn:

termistur b’kapaċità li tlaħħaq ma’ vultaġġ tal-elettriku li ma jaqbiżx l-20W, magħluq ġo kontenitur propju tiegħu.

bolt biex ikun jista' jitwaħħal,

mekkaniżnu biex jiffaċilita t-twaħħil tax-xaft fis-sistema tal-egżost tal-vettura,

kejbil tal-elettriku, imdawwar b’materjal reżistenti għas-sħana, li bih il-prodott jista’ jitqabbad ma’ plakka li tippermetti konnessjoni bejnu u bejn is-sistema tal-vettura li timmaniġġja l-magna.

It-termistru huwa kapaċi jbiddel ir-reżistenza li għandu skont it-temperatura. Meta mqabbad, dan il-bdil fir-reżistenza jipproduċi bdil fil-kurrent tal-elettriku, li huwa trażmess lis-sistema li timmaniġġja l-magna.

Il-prodott ma jistax jikkonverti l-eżitu tal-kurrent tal-elettriku f'kejl tat-temperatura jew juri t-temperatura.

8533 21 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u d-diċitura tal-kodiċijiet NM 8533  u 8533 21 00 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9025 bħala termometru jew bħala parti minnu hija eskluża peress li l-prodott la jista' jkejjel t-temperatura u lanqas ma jista' juriha.

Il-prodott huwa resistor mhux lineari li r-reżistenza tiegħu tinbidel skont it-temperatura u mhix varjabbli minn sistema ta' kontroll (ara wkoll in-noti ta’ Spjegazzjoni dwar is-Sistema Armonizzata għall-intestatura 8533 (A) (5) u (B)).

Għaldaqstant irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8533 21 00 bħala resistors fissi oħrajn għal kapaċità ta’ mmaniġġar ta’ enerġija mhux aktar minn 20 W.”


Top