Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0677

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2013 tas- 16 ta’ Lulju 2013 li jiffissa koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-kwantitajiet disponibbli ta' zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013

    ĠU L 194, 17.7.2013, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/677/oj

    17.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 194/5


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 677/2013

    tas-16 ta’ Lulju 2013

    li jiffissa koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-kwantitajiet disponibbli ta' zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 629/2013 tat-28 ta' Ġunju 2013 li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu.

    Billi:

    (1)

    Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għaz-zokkor barra mill-kwota mressqin bejn it-2 u l-10 ta' Lulju 2013 u nnotifikati lill-Kummissjoni bejn l-10 u t-12 ta' Lulju 2013 jaqbżu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 629/2013.

    (2)

    Għalhekk, f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 629/2013 huwa meħtieġ li jiġi stabbilit koeffiċjent tal-allokazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni nnotifikata għaċ-ċertifikat.

    (3)

    Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għaz-zokkor barra mill-kwota skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 629/2013 bejn it-2 u l-10 ta' Lulju 2013 u nnotifikati lill-Kummissjoni bejn l-10 u t-12 ta' Lulju 2013 għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta' 53,134774 %.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2013.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 179, 29.6.2013, p. 55.


    Top