EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0536

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 536/2013 tal- 11 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 160, 12.6.2013, p. 4–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/536/oj

12.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 536/2013

tal-11 ta’ Ġunju 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 432/2012 tas-16 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (2). Il-lista kif stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 432/2012 fiha 222 indikazzjoni dwar is-saħħa permessi, li jikkorrispondu għal 497 annotazzjoni fil-lista konsolidata (3) mressqa lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) għall-valutazzjoni xjentifika.

(2)

Madankollu, fiż-żmien tal-adozzjoni tal-lista tal-indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa, kien hemm għadd ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa li l-evalwazzjoni tagħhom mill-Awtorità jew għall-kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni ma ġewx iffinalizzati (4).

(3)

Għall-indikazzjonijiet dwar is-saħħa dwar il-mikro-organiżmi li, fil-valutazzjoni inizjali tagħha, l-Awtorità qieset bħala kkaratterizzati b’mod insuffiċjenti u, l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li dwarhom hija kkonkludiet li, “l-evidenza provduta mhix biżżejjed biex tistabbilixxi relazzjoni ta’ kawża u effett”, il-Kummissjoni u l-Istati Membri qablu li dawn ma jkunux jistgħu jikkunsidraw l-inklużjoni jew in-nuqqas tal-inklużjoni tagħhom fil-lista tal-indikazzjonijiet permessi sakemm titwettaq valutazzjoni oħra mill-Awtorità. L-Awtorità ffinalizzat il-valutazzjonijiet tagħha dwar dawn l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa u ppubblikat l-opinjonijiet tagħha fil-5 ta’ Ġunju u s-7 ta’ Awwissu 2012 (5) u kkonkludiet li, fuq il-bażi tad-dejta sottomessa, ġiet stabbilita relazzjoni ta’ kawża u effett bejn kategorija tal-ikel, tip ta’ ikel jew wieħed mill-kostitwenti tiegħu u l-effett allegat għal żewġ indikazzjonijiet dwar is-saħħa (6).

(4)

Il-Kummissjoni ffinalizzat il-kunsiderazzjoni tagħha tal-indikazzjonijiet tas-saħħa kollha ppreżentati għall-valutazzjoni ħlief għal erba’ kategoriji ta’ talbiet magħmula fuq gruppi speċifiċi ta’ ikel jew wieħed mill-kostitwenti tagħhom. Dawk il-kategoriji jinkludu indikazzjonijiet fuq pjanti jew sustanzi erbali, magħrufa l-aktar bħala “sustanzi botaniċi”, indikazzjonijiet fuq oġġetti tal-ikel speċifiċi, jiġifieri ikel għall-użu f’dieti b’kontenut kaloriku baxx ħafna u ikel b’kontenut imnaqqas ta’ lattożju, indikazzjonijiet dwar il-kafeina u indikazzjoni dwar il-karboidrati..

(5)

Fir-rigward tas-sustanzi botaniċi, l-Istati Membri u l-partijiet interessati esprimew tħassib dwar id-differenza fil-konsiderazzjoni mogħtija lill-evidenza bbażata fuq “l-użu tradizzjonali”, fuq naħa waħda, skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 f’relazzjoni mal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa u, fuq in-naħa l-oħra, skont id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam mal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (7) fir-rigward tal-użu bħala prodotti mediċinali erbali tradizzjonali. Peress li l-Kummissjoni tqis li dan it-tħassib hu rilevanti u jeħtieġ iktar riflessjoni u konsultazzjoni, deċiżjoni dwar l-indikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sustanzi botaniċi (8) għandha tittieħed biss ladarba dawk l-istadji jkunu tlestew.

(6)

Fir-rigward tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jirreferu għall-effetti ta’ dieti b’ammont verament baxx ta’ kaloriji (9) u ta’ ikel b’kontenut imnaqqas ta’ lattożju (10), ir-reviżjoni kurrenti tal-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel għall-użu ta’ nutriment partikolari (11) jista’ jkollha impatt fuq dawk l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa. Sabiex jiġu evitati l-inkonsistenzi potenzjali ma’ dik il-leġiżlazzjoni, deċiżjoni dwar l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jirreferu għal dawk l-oġġetti tal-ikel għandha tittieħed biss ladarba dik ir-reviżjoni tkun ġiet iffinalizzata.

(7)

Fir-rigward ta’ indikazzjonijiet ta’ saħħa li jirreferu għall-effetti tal-kafeina (12), l-Istati Membri esprimew tħassib fir-rigward tas-sikurezza tal-konsum tal-kafeina fil-gruppi fil-mira differenti tal-popolazzjoni. Peress li l-Kummissjoni tikkunsidra li dawn il-problemi huma rilevanti u jeħtieġu aktar parir xjentifiku mill-Awtorità, deċiżjoni dwar l-indikazzjonijiet rigward il-kafeina għandha tittieħed biss ladarba ikun ittieħed dak il-pass.

(8)

Fir-rigward tal-indikazzjoni dwar is-saħħa li tirreferi għall-effetti favorevoli tal-karboidrati (13), xi Stati Membri urew tħassib dwar l-awtorizzazzjoni tagħha, għaliex iqisuha bħala potenzjalment tħawwad lill-konsumatur, partikolarment fid-dawl tal-parir nazzjonali dwar id-dieta biex jitnaqqas il-konsum taz-zokkor. Peress li l-Kummissjoni tqis li, għal din l-indikazzjoni speċifika, l-għanijiet konfliġġenti għandhom bżonn ikunu rikonċiljati, se jkun hemm bżonn ta’ aktar analiżi biex jiġu stabbiliti kondizzjonijiet ta’ użu għal din l-indikazzjoni. Għalhekk, deċiżjoni dwar l-indikazzjoni konnessa mal-karboidrati għandha tittieħed biss hekk kif titlesta din l-analiżi.

(9)

Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u s-sigurtà legali għall-partijiet interessati kollha, indikazzjonijiet li l-konsiderazzjoni tagħhom kienet għadha ma tlestietx, se jibqgħu jkunu ppubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni (14) u jistgħu jkomplu jintużaw skont il-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

(10)

L-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jikkorrispondu mal-konklużjonijiet tal-Awtorità li r-relazzjoni ta’ kawża u effett ġiet stabbilita bejn kategorija ta’ ikel, tip ta’ ikel jew wieħed mill-kostitwenti tiegħu u l-effett allegat u li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 għandhom ikunu awtorizzati skont l-Artikolu 13(3) ta’ dak ir-Regolament, u inklużi fil-lista tal-indikazzjonijiet permessi stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 432/2012 (15).

(11)

L-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula li l-indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa jridu jkunu akkumpanjati mill-kundizzjonijiet kollha meħtieġa (inklużi r-restrizzjonijiet) għall-użu tagħhom. Għaldaqstant, il-lista ta’ indikazzjonijiet permessi għandha tinkludi l-kliem tal-indikazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu tal-indikazzjonijiet, u fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet tal-użu u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali, skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u f’konformità mal-opinjonijiet tal-Awtorità.

(12)

Skont l-Artikoli 6(1) u 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa għandhom ikunu bbażati fuq evidenza xjentifika ġeneralment aċċettata. Għaldaqstant, indikazzjonijiet dwar is-saħħa li ma jirċevux valutazzjoni favorevoli fuq l-evidenza xjentifika tagħhom mill-Awtorità, jew waqt il-valutazzjoni inizjali jew matul il-proċess tal-“valutazzjoni ulterjuri”, ma għandhomx jiġu awtorizzati.

(13)

Awtorizzazzjoni tista’ tkun ukoll irrifjutata b’mod leġittimu jekk l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa ma jkunux konformi ma’ rekwiżiti oħra ġenerali u speċifiċi tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, anke fil-każ ta’ valutazzjoni xjentifika favorevoli mill-Awtorità. L-Awtorità kkonkludiet li għall-indikazzjoni dwar l-effett tal-L-arġinin (16) fuq iż-żamma tal-approvazzjoni normali tal-ammonja u għal indikazzjoni oħra dwar l-effett tal-L-tirosin (17) fuq is-sinteżi normali ta’ katekolamini, ġiet stabbilita relazzjoni ta’ kawża u effett. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri qiesu jekk l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jirriflettu dawk il-konklużjonijiet għandhomx jiġu awtorizzati. Abbażi tad-dejta mressqa u tal-għarfien xjentifiku attwali, l-Awtorità kkonkludiet li l-ebda kundizzjonijiet tal-użu ma jistgħu jiġu definiti li kienu se jakkompanjaw l-indikazzjoni dwar is-saħħa fuq L-arġinin (18), filwaqt li għall-indikazzjoni dwar is-saħħa fuq L-tirosin, l-Awtorità pproponiet bħala kundizzjonijiet xierqa ta’ użu li “oġġett tal-ikel għandu jkun tal-anqas sors ta’ proteina skont l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 (19). Fir-risposta tal-Awtorità tad-9 ta’ Novembru 2012 għat-talba tal-Kummissjoni għal kjarifika, l-Awtorità nnutat li l-konklużjonijiet tagħha għal dawk l-indikazzjonijiet kienu bbażati fuq ir-rwol bijokimikali magħruf taż-żewġ aċidu amminiku, li hemm fil-proteina. Hija żiedet li din ma tistax tipprovdi indikazzjoni kwantitattiva tad-doża meħtieġa kuljum tal-L-tirosin u tal-L-arġinin per se biex jipproduċu l-effetti fiżjoloġiċi favorevoli rispettivi. Għaldaqstant, mhuwiex possibbli li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta’ dawk l-indikazzjonijiet biex ikun żgurat li l-amminoaċidi jkunu fil-prodott finali fi kwantità li tipproduċi l-effetti fiżjoloġiċi favorevoli rispettivi skont il-punt (i) tal-Artikolu 5(1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006. Fin-nuqqas ta’ tali kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu, l-effett favorevoli tas-sustanza, li għaliha l-indikazzjoni tirreferi, ma jkunx jista’ jiġi żgurat. Għalhekk, dawk l-indikazzjonijiet jistgħu jiżgwidaw il-konsumatur u ma għandhomx ikunu inklużi fil-listi ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa.

(14)

Dan ir-Regolament għandu japplika sa sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ sabiex jippermetti lill-operaturi tan-negozji tal-ikel li jadattaw għar-rekwiżiti tiegħu, inkluża l-projbizzjoni skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 ta’ dawk l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li l-evalwazzjoni tagħhom tlestiet mill-Awtorità u li l-konsiderazzjoni tagħhom tlestiet mill-Kummissjoni.

(15)

B’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ir-Reġistru tal-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa li fihom l-indikazzjonijiet kollha dwar is-saħħa awtorizzati u dawk rifjutati u r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom, għandhom jiġu aġġornati fid-dawl tar-Regolament preżenti u għall-applikazzjoni differita tiegħu.

(16)

Meta stabbiliet il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni qieset il-kummenti u l-pożizzjonijiet li rċeviet mingħand il-membri tal-pubbliku u l-partijiet interessati.

(17)

Ir-Regolament (UE) Nru 432/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(18)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 432/2012 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mit-2 ta' Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  ĠU L 136, 25.5.2012, p. 1.

(3)  http://www.efsa.europa.eu/en/topics/topic/article13.htm

(4)  Jikkorrispondu għal 2232 annotazzjoni (IDs) fil-lista konsolidata.

(5)  http://www.efsa.europa.eu/en/publications.htm

(6)  Li jikkorrispondu għal annotazzjonijiet ID 2926 u ID 1164 fil-lista konsolidata.

(7)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(8)  Li jikkorrispondu għal 2078 annotazzjoni (IDs) fil-lista konsolidata.

(9)  Li jikkorrispondu għall-annotazzjoni ID 1410 fil-lista konsolidata.

(10)  Li jikkorrispondi għall-annotazzjonijiet ID 646, ID 1224, ID 1238, ID 1339 fil-lista konsolidata.

(11)  COM(2011) 353 finali.

(12)  Li jikkorrispondu għall-annotazzjonijiet ID 737, ID 1486, ID 1488, ID 1490, ID 736, ID 1101, ID 1187, ID 1485, ID 1491, ID 2063, ID 2103, ID 2375 fil-lista konsolidata

(13)  Li tikkorrispondi għall-entrati ID 603 u ID 653 fil-lista konsolidata.

(14)  http://ec.europa.eu/food/food/labellingnutrition/claims/index_en.htm

(15)  Li jikkorrispondu għal 16-il annotazzjoni (IDs) fil-lista konsolidata, kif jidhru fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(16)  Li tikkorrispondi għall-annotazzjoni ID 4683 fil-lista konsolidata.

(17)  Li tikkorrispondi għall-annotazzjoni ID 1928 fil-lista konsolidata.

(18)  http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/2051.pdf

(19)  http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/2270.pdf


ANNESS

Ir-Regolament (UE) Nru 432/2012 huwa emendat kif ġej:

Fl-Anness, l-annotazzjonijiet li ġejjin tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi jidaħħlu f’ordni alfabetiku:

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija ta’ ikel

Indikazzjoni

Kundizzjonijiet tal-użu tal-indikazzjoni

Kundizzjonijiet u/jew restrizzjonijiet fuq l-użu tal-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali

In-numru tal-Ġurnal tal-EFSA

Numru ta’ annotazzjoni fil-Lista Konsolidata mressqa lill-EFSA għall-evalwazzjoni tagħha

L-Alfa-ċiklodestrina

Il-konsum tal-alfa-ċiklodekstrina bħala parti minn ikla li fiha l-lamtu jikkontribwixxi għat-tnaqqis fiż-żieda tal-glukożju tad-demm wara dik l-ikla

L-indikazzjoni tista’ tintuża għal ikel li fih mill-inqas 5 g tal-alfa-ċiklodekstrina għal kull 50 g ta’ lamtu f’porzjon ikkwantifikat bħala parti mill-ikla. Sabiex tintwera l-indikazzjoni, għandu jingħata tagħrif lill-konsumaturi li l-effett favorevoli jinkiseb billi l-alfa-ċiklodekstrina tittieħed mal-ikla.

 

2012;10(6):2713

2926

L-aċidu dokosaeżanojku (DHA)

Id-DHA jikkontribwixxi biex iżomm livelli normali tat-triġliċeridi tad-demm

L-indikazzjoni tista’ tintuża biss għall-ikel li jipprovdi doża ta’ kuljum ta’ 2 g tad-DHA u li fih DHA flimkien mal-aċidu ejkosapentenojku (EPA). Sabiex tintwera l-indikazzjoni, għandu jingħata tagħrif lill-konsumaturi li l-effett favorevoli jinkiseb permezz ta’ doża ta’ kuljum ta’ 2 g tad-DHA. Meta l-indikazzjoni tkun użata għas-supplimenti tal-ikel u/jew ikel imsaħħaħ il-konsumaturi għandhom ikunu informati biex ma tinqabiżx id-doża supplimentari ta’ kuljum ta’ 5 g ta’ EPA u ta’ DHA flimkien.

L-indikazzjoni ma għandhiex tintuża għall-ikel immirat lejn it-tfal.

2010;8(10):1734

533, 691, 3150

L-aċidu dokosaeżanojku u l-aċidu ejkosapentaenojku (DHA/EPA)

Id-DHA u l-EPA jikkontribwixxu biex iżommu l-pressjoni normali tad-demm

L-indikazzjoni tista’ tintuża biss għal ikel li jipprovdi d-doża ta’ kuljum ta’ 3 g tal-EPA u tad-DHA. Sabiex tintwera l-indikazzjoni, għandu jingħata tagħrif lill-konsumaturi li l-effett favorevoli jinkiseb permezz ta’ doża ta’ kuljum ta’ 3 g tal-EPA u tad-DHA. Meta l-indikazzjoni tkun użata għas-supplimenti tal-ikel u/jew ikel imsaħħaħ il-konsumaturi għandhom ikunu informati biex ma tinqabiżx id-doża supplimentari ta’ kuljum ta’ 5 g ta’ EPA u ta’ DHA flimkien.

L-indikazzjoni ma għandhiex tintuża għall-ikel immirat lejn it-tfal.

2009; 7(9):1263

2010;8(10):1796

502, 506, 516, 703, 1317, 1324

L-aċidu dokosaeżanojku u l-aċidu ejkosapentaenojku (DHA/EPA)

Id-DHA u l-EPA jikkontribwixxu biex iżommu l-livelli normali tat-triġliċeridi tad-demm

L-indikazzjoni tista’ tintuża biss għal ikel li jipprovdi l-konsum ta’ kuljum ta’ 2 g tal-EPA u tad-DHA. Sabiex tintwera l-indikazzjoni, għandu jingħata tagħrif lill-konsumaturi li l-effett favorevoli jinkiseb permezz ta’ doża ta’ kuljum ta’ 2 g tal-EPA u tad-DHA. Meta l-indikazzjoni tkun użata għas-supplimenti tal-ikel u/jew ikel imsaħħaħ il-konsumaturi għandhom ikunu informati biex ma tinqabiżx id-doża supplimentari ta’ kuljum ta’ 5 g ta’ EPA u ta’ DHA flimkien.

L-indikazzjoni ma għandhiex tintuża għall-ikel immirat lejn it-tfal.

2009; 7(9):1263

2010;8(10):1796

506, 517, 527, 538, 1317, 1324, 1325

Għanbaqar imqadded ta’ “cultivars” tal-pruna (Prunus domestica L.)

Għanbaqar imqadded/pruna jikkontribwixxu għall- funzjoni tal-musrana normali

L-indikazzjoni tista’ tintuża biss għall-ikel li jipprovdi d-doża ta’ kuljum ta’ 100 g ta’ għanbaqar imqadded (pruna). Sabiex tintwera l-indikazzjoni, għandu jingħata tagħrif lill-konsumaturi li l-effett favorevoli jinkiseb permezz ta’ doża ta’ kuljum ta’ 100 g ta’ għanbaqar imqadded (pruna).

 

2012;10(6):2712

1164

Fruttożju

Il-konsum tal-ikel li fih fruttożju jwassal għal żieda iżgħar fil-glukożju tad-demm meta mqabbel mal-ikel li fih sukrożju jew glukożju

Sabiex tintwera l-indikazzjoni, il-glukożju u/jew s-sukrożju għandu jinbidel mill-fruttożju magħmul ħelu biż-żokkor fl-ikel jew ix-xorb sabiex it-tnaqqis fil-kontenut tal-glukożju u/jew sukrożju, f’dan l-ikel jew xorb, hija mill-inqas 30 %.

 

2011;9(6):2223

558


Top