This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0411
Commission Implementing Regulation (EU) No 411/2013 of 3 May 2013 fixing the allocation coefficient to be applied to applications for import licences for olive oil lodged from 29 to 30 April 2013 under the Tunisian tariff quota and suspending the issue of import licences for the month of May 2013
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 411/2013 tat- 3 ta’ Mejju 2013 li jiffissa l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mid- 29 sat- 30 ta' April 2013 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta’ Mejju 2013
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 411/2013 tat- 3 ta’ Mejju 2013 li jiffissa l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mid- 29 sat- 30 ta' April 2013 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta’ Mejju 2013
ĠU L 123, 4.5.2013, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 123/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 411/2013
tat-3 ta’ Mejju 2013
li jiffissa l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mid-29 sat-30 ta' April 2013 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta’ Mejju 2013
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3(1) u (2) tal-Protokoll Nru 1 (3) tal-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Tuneżina min-naħa l-oħra (4), jistabbilixxi kwota tariffarja b’dazju doganali ta’ żero għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM 1509 10 10 u 1509 10 90, prodott kollu kemm hu fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn l-Unjoni Ewropea, fil-limiti stipulati għal kull sena. |
(2) |
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji f’dak li jirrigwarda ż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija (5) jipprovdi għal limiti kwantitattivi ta’ kull xahar għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, tressqu applikazzjonijiet għand l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal kwantità totali li taqbeż il-limitu pprovdut għax-xahar ta’ Mejju fl-Artikolu 2(2) tar-Regolamernt imsemmi. |
(4) |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta’ allokazzjoni li jippermetti l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni pro rata għall-kwantità disponibbli. |
(5) |
Ġaladarba ntlaħaq il-limitu għax-xahar ta’ Mejju, għax-xahar imsemmi ma tista’ tinħareġ l-ebda liċenzja tal-importazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa fid-29 u d-30 ta' April 2013 skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għandhom jinħarġu skond koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 61,061322 %.
Il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba mis-6 ta’ Mejju 2013 huwa sospiż għal Mejju 2013.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Mejju 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 97, 30.3.1998, p. 57.
(5) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.