This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0329
Commission Implementing Regulation (EU) No 329/2013 of 10 April 2013 derogating from Regulation (EC) No 967/2006 as regards the deadlines for communicating sugar quantities carried forward from the marketing year 2012/13
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 329/2013 tal- 10 ta’ April 2013 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 967/2006 rigward l-iskadenzi għall-komunikazzjoni tal-kwantitajiet taz-zokkor riporti mis-sena tas-suq 2012/2013
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 329/2013 tal- 10 ta’ April 2013 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 967/2006 rigward l-iskadenzi għall-komunikazzjoni tal-kwantitajiet taz-zokkor riporti mis-sena tas-suq 2012/2013
ĠU L 102, 11.4.2013, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2013
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogation | 32006R0967 | Deroga | artikolu 17 punt B) | 18/04/2013 | |
Derogation | 32006R0967 | Deroga | artikolu 17 punt A) | 18/04/2013 |
11.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 329/2013
tal-10 ta’ April 2013
li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 967/2006 rigward l-iskadenzi għall-komunikazzjoni tal-kwantitajiet taz-zokkor riporti mis-sena tas-suq 2012/2013
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 85, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 fir-rigward tal-produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota (2), jistabbilixxi skadenzi li fihom l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet taz-zokkor riporti għas-sena tas-suq li jmiss. |
(2) |
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 63(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, Artikolu 1 tar-Regolament ta‘ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2013 (3) estiż, għas-sena tas-suq 2012/2013, il-limiti taż-żmien li fihom l-Istati Membri jiddeterminaw l-iskadenza li fiha l-operaturi għandhom jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-Istati Membri sabiex jirriportaw il-produzzjoni taz-zokkor żejjed. |
(3) |
Konsegwentament, l-iskadenzi li fihom l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet li għandhom jiġu riporti għas-sena ta’ wara, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006, għandhom jiġu trasferiti kif xieraq. |
(4) |
Huwa għalhekk meħtieġ li ssir deroga, għas-sena tas-suq 2012/2013, mill-iskadenzi ffissati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta‘ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Permezz ta’ deroga mill-punti (a) u (b) tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2013, il-kwantitajiet ta’ zokkor tal-pitravi u tal-kannamieli mis-sena tas-suq 2012/2013 li għandhom jiġu riporti għas-sena tas-suq li jmiss.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f”Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22.
(3) ĠU L 99, 9.4.2013, p. 13..