Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0202

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 202/2013 tat- 8 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 555/2008 fir-rigward tas-sottomissjoni ta’ programmi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid u l-kummerċ ma’ pajjiżi terzi

    ĠU L 67, 9.3.2013, p. 10–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/202/oj

    9.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 67/10


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 202/2013

    tat-8 ta’ Marzu 2013

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 555/2008 fir-rigward tas-sottomissjoni ta’ programmi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid u l-kummerċ ma’ pajjiżi terzi

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 103za, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 103n(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprevedi li, sal-1 ta’ Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu, mill-2015, l-ammont disponibbli għall-programmi ta’ appoġġ li ssir referenza għalihom fl-Anness Xb biex jiżdiedu l-livelli massimi tagħhom għall-pagamenti diretti li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 40 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (2). L-ammont li jirriżulta mit-tnaqqis għandu jibqa’ definittivament fil-livelli massimi nazzjonali għall-pagamenti diretti u ma jibqax disponibbli għall-miżuri elenkati fl-Artikoli 103p sa 103y tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    (2)

    L-Artikolu 103o tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprevedi li l-Istati Membri kellhom jiddeċiedu sal-1 ta’ Diċembru 2012 jekk kinux se jipprovdu appoġġ lil dawk li jkabbru d-dwieli għall-2014 billi jallokaw intitolamenti ta’ pagamenti skont it-tifsira tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jagħmlu dispożizzjoni għal tali appoġġ fil-programmi ta’ appoġġ tagħhom u dan l-appoġġ għall-2014 għandu jibqa’ fl-Iskema ta’ Pagament Uniku u ma jibqax disponibbli għall-miżuri fl-Artikoli 103p sa 103y tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (3) għandu jipprovdi dettalji dwar il-komunikazzjonijiet li għandhom isiru mill-Istati Membri kkonċernati fir-rigward tal-Artikoli 103n(1a) u 103o tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    (3)

    Fid-dawl tal-esperjenza miksuba waqt l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ appoġġ u bħala preparament għas-sottomissjoni tal-abbozzi ta’ programmi ta’ appoġġ għas-snin finanzjarji 2014 sa 2018, il-qafas u r-rekwiżiti speċifiċi għall-perjodu l-ġdid ta’ programmazzjoni għandhom ikomplu jiġu kompluti.

    (4)

    Il-punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 jipprovdi li l-inbejjed li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 103p(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu eliġibbli għall-promozzjoni fis-swieq ta’ pajjizi terzi sakemm l-appoġġ għall-promozzjoni u l-informazzjoni ma jdumx iktar minn tliet snin għal benefiċjarju partikolari f’pajjiż terz partikolari, jekk meħtieġ imġedded darba għal perjodu ta’ mhux iktar minn sentejn. Din id-dispożizzjoni ġiet applikata għall-ewwel sottomissjoni tal-programm ta’ appoġġ u hu f’loku li regola simili tiġi pprovduta għas-sottomissjoni għall-programm il-ġdid ta’ appoġġ; madanakollu, huwa importanti li jiġi stimulat il-ftuħ ta’ swieq ġodda f’pajjiżi terzi, inkluż billi tingħata preferenza lill-benefiċjarji li ma rċevewx appoġġ fil-passat, jew lil dawk li jkunu qegħdin jimmiraw lejn pajjiż terz ġdid li għalih ma rċevewx appoġġ fil-passat bħala parti minn din l-iskema.

    (5)

    It-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 jipprovdi li, meta jiġu magħżula l-benefiċjarji, għandha tingħata preferenza lill-intrapriżi makro, żgħar u dawk ta’ daqs medju fit-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (4) u lill-ismijiet kollettivi tal-marki kummerċjali. Il-preferenza għal ismijiet kollettivi tal-marki kummerċjali għandha tiġi eliminata biex tiġi simplifikata l-implimentazzjoni ta’ din il-miżura, waqt li tibqa’ l-possibbiltà għall-għoti ta’ appoġġ għall-promozzjoni tal-ismijiet tal-marki kummerċjali li mhumiex affettwati.

    (6)

    L-Artikoli 6 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 jistabbilixxu regoli li jikkonċernaw id-definizzjoni, il-proċedura, l-applikazzjonijiet u l-livelli ta’ appoġġ għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji. Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 103q tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, fid-dawl tal-esperjenza miksuba waqt l-implimentazzjoni ta’ din il-miżura, huwa neċessarju li jiġu speċifikati ċerti operazzjonijiet li mhumiex meqjusin eliġibbli. Barra minn dan, ir-regoli dwar il-kalkulazzjoni tal-ammonti tar-rata fissa għandhom, minn naħa, jiġu simplifikati u, min-naħa l-oħra, jiġu magħmula iktar preċiżi. B’mod partikolari, biex jiġi evitat il-kumpens żejjed, hu f’loku li jiġi speċifikat li l-ammonti tar-rati fissi għandhom jiġu bbażati fuq kalkulazzjoni preċiża tal-ispejjeż attwali ta’ kull tip ta’ operazzjoni.

    (7)

    L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 jistabbilixxi regoli tranżizzjonali li jikkonċernaw l-operazzjonijiet tar-ristrutturar diġà pjanati b’applikazzjoni tal-Artikolu 11 tar-Regolamet tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (5). Dawk ir-regoli issa saru skaduti u dak l-Artikolu għandu għaldaqstant jitħassar.

    (8)

    L-Artikoli 26 sa 34 jistabbilixxu regoli għal tliet miżuri li jispiċċaw fil-31 ta’ Lulju 2012, id-distillazzjoni tal-alkoħol tajjeb għax-xorb, id-distillazzjoni ta’ kriżi u l-użu tal-most ikkonċentrat tal-għeneb. Dawk l-Artikoli għandhom għaldaqstant jitħassru.

    (9)

    L-Artikoli 67 sa 73 jistabbilixxu regoli għall-iskema tal-qlugħ tad-dwieli li ntemmet fl-2011. Dawk l-Artikoli għandhom għaldaqstant jitħassru.

    (10)

    L-Artikolu 77(5) tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 jipprevedi li, għal miżuri ta’ investiment, l-Artikoli 26, 27 u 28 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006 (6) għandhom japplikaw mutatis mutandis. Madanakollu, fid-dawl tal-Artikoli 19(1) u 76 sa 80 tar-Regolament (KE) Nru 555/2008, ir-referenza għal uħud minn dawk ir-regoli, li issa huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 (7), għandhom jitħassru biex titjieb iċ-ċarezza.

    (11)

    L-Artikolu 81(3) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 jipprevedi regoli dwar kontrolli relatati mal-potenzjal tal-produzzjoni u l-operazzjonijiet tar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji, għal żoni li jirċievu primjum tal-qlugħ tad-dwieli skont l-Artikoli 85o sa 85x tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. L-iskema tal-qlugħ tad-dwieli ntemmet fl-2011. Għaldaqstant, dawk ir-regoli għandhom jitħassru. Madanakollu, l-Artikolu 81(4) jipprevedi kontroll fuq il-post jew kontroll permezz tat-telerilevament fil-każ tal-qlugħ tad-dwieli, jekk ir-reżoluzzjoni tiegħu tkun daqs jew iktar minn 1 m2 jew il-qlugħ tad-dwieli jkopri r-roqgħa tal-vinja kollha. Il-qlugħ tad-dwieli qabel it-tħawwil mill-ġdid jista’ jkun ukoll operazzjoni eżerċitata fil-qafas ta’ miżura ta’ ristutturar u konverżjoni u għaldaqstant hu f’loku li tiġi prevista l-istess regola għal din il-miżura.

    (12)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 (8) ipprovda d-dokument simplifikat VI-1 għall-prodotti tal-inbid, inkluż il-meraq tal-għeneb li joriġina f’elenku ta’ pajjiżi, inklużi l-Istati Uniti tal-Amerika, u jiġu importat lejn l-Unjoni. Sa mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ fl-inbid (9), l-inbid mill-Istati Uniti tal-Amerika jista’ jiġi importat lejn l-Unjoni akkumpanjat minn dokument ta’ ċertifikazzjoni kif provdut fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim. Bħala konsegwenza, fir-Regolament (KE) Nru 555/2008, li ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 883/2001, l-Istati Uniti tal-Amerika ma kinux inklużi fl-elenku ta’ pajjiżi li kellhom il-permess jużaw id-dokument simplifikat VI-1. Madanakollu, peress li l-meraq tal-għeneb mhux kopert permezz ta’ dak il-Ftehim, l-Istati Uniti tal-Amerika għandha tiġi miżjuda ma’ dak l-elenku għall-benefiċċju tal-produtturi tal-inbid mhux koperti permezz tal-kamp tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

    (13)

    Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fil-limiti taż-żmien stabbiliti mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

    “3.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jnaqqsu, mis-sena finanzjarja 2015 ‘il quddiem, l-ammont disponibbli għall-programmi ta’ appoġġ biex iżidu l-livelli massimi nazzjonali tagħhom għall-pagamenti diretti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 40 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (*), għandhom jinnotifikaw dawn l-ammonti qabel l-1 ta’ Awwissu 2013. Id-dejta sottomessa fil-formuli provduti fl-Annessi I, II, III, VII u VIII għandha tiġi addattata skont dan jekk dak it-tnaqqis ma jkunx diġà ġie previst fl-abbozz tal-programm ta’ appoġġ ippreżentat sal-1 ta’ Marzu 2013.

    (*)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.”."

    (2)

    L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fl-ewwel paragrafu, il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:

    “(d)

    għal kull perjodu ta’ programmar, l-appoġġ għall-promozzjoni u l-informazzjoni ma jdumx iktar minn tliet snin għal benefiċjarju partikolari f’pajjiż terz partikolari; madanakollu, jekk ikun meħtieġ, jista’ jiġi mġedded darba, għal perjodu mhux itwal minn sentejn;”;

    (b)

    It-tielet paragrafu jitħassar.

    (3)

    Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

    “3.   Wara li jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jagħżlu lil dawk li joffru l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz. Preferenza għandha tingħata lil:

    (a)

    intrapriżi mikro, żgħar u dawk ta’ daqs medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (**);

    (b)

    benefiċjarji ġodda li ma rċevewx appoġġ fil-passat; u

    (c)

    benefiċjarji li jkunu qegħdin jimmiraw lejn pajjiż terz ġdid li għalih ma rċevew l-ebda appoġġ fil-passat bħala parti minn din l-iskema.

    L-Istati Membri għandhom jippreparaw elenku fil-limiti tal-fondi disponibbli u għandhom jikkomunikaw dak l-elenku lill-Kummissjoni billi jużaw il-formula stabbilita fl-Anness VIII biex jippermettu lill-Istati Membri l-oħra li jkunu informati u biex iżidu l-koerenza tal-miżura.

    (**)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.”"

    (4)

    L-Artikolu 6 jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 6

    Operazzjonijiet mhux eliġibbli

    1.   Għall-fini tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 103q(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, “it-tiġdid normali ta’ vinji li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja naturali tagħhom” għandu jfisser it-tħawwil mill-ġdid tal-istess roqgħa art bl-istess varjetà skont l-istess sistema ta’ tkabbir tad-dwieli. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu iktar speċifikazzjonijiet, speċjalment fir-rigward tal-età tal-vinji mibdulin.

    2.   L-operazzjonijiet li ġejjin mhumiex eliġibbli:

    (a)

    l-iġġestjonar ta’ kuljum tal-vinja,

    (b)

    il-protezzjoni kontra ħsara minn annimali li huma kkaċċjati, għasafar jew silġ,

    (c)

    it-twaqqif ta’ lqugħ kontra r-riħ u ħitan ta’ protezzjoni kontra r-riħ,

    (d)

    toroq privati u liftijiet.”.

    (5)

    L-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 8

    Livelli ta’ appoġġ

    1.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 103q tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u ta’ dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jistipulaw l-azzjonijiet eliġibbli ta’ ristrutturar u konverżjoni u l-ispejjeż eliġibbli rispettivi tagħhom. Ir-regoli għandhom jiġu mfassla biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-għan tal-iskema.

    Ir-regoli jistgħu jipprevedu, b’mod partikolari, jew għall-pagament ta’ ammonti b’rati fissi, jew għal-livelli massimi ta’ appoġġ għal kull ettaru. Barra minn hekk, ir-regoli jistgħu jipprevedu għall-aġġustament tal-appoġġ abbażi tal-kriterji tal-għan.

    2.   Biex jiġi evitat il-kumpens żejjed, fejn l-Istati Membri jagħmlu użu minn ammonti b’rata fissa, dawn għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta’ kalkulazzjoni preċiża tal-ispejjeż attwali ta’ kull tip ta’ operazzjoni. L-ammonti b’rata fissa jistgħu jiġu addattati kull sena jekk ġustifikat.

    3.   L-appoġġ jitħallas għall-medda mħawwla, definita skont l-Artikolu 75(1).”

    (6)

    L-Artikolu 10 jitħassar.

    (7)

    L-Artikoli 26 sa 34 jitħassru.

    (8)

    Fl-Artikolu 35, il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej:

    “6.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jittrasferixxu, għall-2014 u mill-2015 ‘il quddiem, l-ammont kollu tal-kwadru finanzjarju nazzjonali tagħhom għall-programmi ta’ appoġġ biex jiżdiedu l-livelli massimi għall-pagamenti diretti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, m’għandhomx jintalbu jissottomettu l-formuli stipulati fl-Annessi V sa VIIIc ta’ dan ir-Regolament.”.

    (9)

    Fl-Artikolu 43(2), il-frażi introduttorja tat-tieni subparagrafu tinbidel b’dan li ġej:

    “Fil-każ ta’ inbid li jitpoġġa f’kontenituri ttikkettjati li ma jesgħux iktar minn 60 litru, mgħammra b’tagħmir li jagħlaq u li ma jistax jerġa’ jintuża, u sakemm l-inbid joriġina minn pajjiż li jidher fl-Anness XII, parti A, li offra garanziji speċjali aċċettati mill-Komunità, is-sezzjoni tar-rapport ta’ analiżi tal-formula V I 1 għandha timtela biss għal dak li jirrigwardja:”.

    (10)

    L-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Id-dokumenti V I 1 magħmulin minn produtturi tal-inbid fil-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness XII, Parti B, li offrew garanziji speċjali u aċċettati mill-Komunità għandhom jitqiesu bħala ċertifikati jew rapporti ta’ analiżi magħmulin minn aġenziji u laboratorji inklużi fil-lista pprovduta fl-Artikolu 48 sakemm il-produtturi jkunu rċevew approvazzjoni individwali mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk il-pajjiżi terzi u jkunu soġġetti għal spezzjoni minn dawn tal-aħħar.”

    (b)

    Fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

    “(a)

    fil-kaxxa 1, isimhom u l-indirizzi tagħhom u n-numri tar-reġistrazzjoni tagħhom fil-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness XII, Parti B;”

    (11)

    L-Artikoli 67 sa 73 jitħassru.

    (12)

    Fl-Artikolu 77, il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:

    “5.   Dwar il-miżuri previsti fl-Artikolu 103u tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Artikolu 24(1) sa (3) u (6), u l-Artikolu 26(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 (***) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

    (***)  ĠU L 25, 28.1.2011, p. 8.”"

    (13)

    L-Artikolu 81 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafi 3 u 5 jitħassru.

    (b)

    il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

    “4.   Il-kontroll li l-qlugħ tad-dwieli, inkluż bħala operazzjoni tar-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinja, ikun seħħ tassew, għandu jitwettaq permezz ta’ verifika fuq il-post. Fil-każ tal-qlugħ tad-dwieli tar-roqgħa sħiħa ta’ vinja jew jekk ir-riżoluzzjoni tat-telerilevament hija ugwali għal jew iktar minn 1 m2, il-kontroll jista’ jsir bit-telerilevament.”

    (14)

    L-Annessi II, III, IV, XII u XIII huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (15)

    L-Annessi XIV u XV jitħassru.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

    (3)  ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1.

    (4)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

    (5)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.

    (6)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 74.

    (7)  ĠU L 25, 28.1.2011, p. 8.

    (8)  ĠU L 128, 10.5.2001, p. 1.

    (9)  ĠU L 87, 24.3.2006, p. 2.


    ANNESS

    L-Annessi II, III, IV, XII u XIII huma emendati kif ġej:

    1.

    Fl-Anness II, il-punt B jinbidel b’dan li ġej:

    “B.   Snin finanzjarji 2014–2018  (1)

    (f’EUR 1000)

    Stat Membru (2):

    Data tal-komunikazzjoni (3):

     

    Sena finanzjarja

     

    Miżuri

    Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007

    2014

    2015

    2016

    2017

    2018

    Total

    (1)

    (2)

    (3)

    (4)

    (5)

    (6)

    (7)

    (8)

    1.

    Skema ta’ Pagament Uniku

    Artikolu 103o

     

     

    2.

    Promozzjoni fis-swieq ta’ pajjiżi terzi

    Artikolu 103p

     

     

     

     

     

     

    3.

    Ristrutturar u konverżjoni tal-vinji

    Artikolu 103q

     

     

     

     

     

     

    4.

    Ħsad bikri

    Artikolu 103r

     

     

     

     

     

     

    5.

    Fondi reċiproċi

    Artikolu 103s

     

     

     

     

     

     

    6.

    Assigurazzjoni tal-ħsad

    Artikolu 103t

     

     

     

     

     

     

    7.

    Investimenti f’intrapriża

    Artikolu 103u

     

     

     

     

     

     

    8.

    Distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji

    Artikolu 103v

     

     

     

     

     

     

    Total

     

     

     

     

     

     

    2.

    Fl-Anness III, il-punt B jinbidel b’dan li ġej:

    “B.   Snin finanzjarji 2014–2018  (4)

    (f’EUR 1000)

    Stat Membru (5):

    Reġjun:

    Data tal-komunikazzjoni, dovuta mhux aktar tard mil-1 ta’ Marzu 2013:

     

    Sena finanzjarja

     

    Miżuri

    Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007

    2014

    2015

    2016

    2017

    2018

    Total

    (1)

    (2)

    (3)

    (4)

    (5)

    (6)

    (7)

    (8)

    1.

    Skema ta’ Pagament Uniku

    Artikolu 103o

     

     

    2.

    Promozzjoni fis-swieq ta’ pajjiżi terzi

    Artikolu 103p

     

     

     

     

     

     

    3.

    Ristrutturar u konverżjoni tal-vinji

    Artikolu 103q

     

     

     

     

     

     

    4.

    Ħsad bikri

    Artikolu 103r

     

     

     

     

     

     

    5.

    Fondi reċiproċi

    Artikolu 103s

     

     

     

     

     

     

    6.

    Assigurazzjoni tal-ħsad

    Artikolu 103t

     

     

     

     

     

     

    7.

    Investimenti f’intrapriża

    Artikolu 103u

     

     

     

     

     

     

    8.

    Distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji

    Artikolu 103v

     

     

     

     

     

     

    Total

     

     

     

     

     

     

    3.

    Fl-Anness IV, il-punt B jinbidel b’dan li ġej:

    “B.   Snin finanzjarji 2014–2018

    (f’EUR 1000)

    Stat Membru (6):

    Data tal-komunikazzjoni (7):

    Data tal-komunikazzjoni preċedenti:

    Numru ta’ din it-tabella emendata:

    Raġuni: modifika mitluba mill-Kummissjoni/modifika mitluba mill-Istat Membru (8)

     

     

    Sena finanzjarja

     

    Miżuri

    Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007

     

    2014

    2015

    2016

    2017

    2018

    Total

    (1)

    (2)

    (3)

    (4)

    (5)

    (6)

    (7)

    (8)

    (9)

    1.

    Skema ta’ Pagament Uniku

    Artikolu 103o

     

     

     

    2.

    Promozzjoni fis-swieq ta’ pajjiżi terzi

    Artikolu 103p

    Sottomissjoni preċedenti

     

     

     

     

     

     

    Ammont emendat

     

     

     

     

     

     

    3.

    Ristrutturar u konverżjoni tal-vinji

    Artikolu 103q

    Sottomissjoni preċedenti

     

     

     

     

     

     

    Ammont emendat

     

     

     

     

     

     

    4.

    Ħsad bikri

    Artikolu 103r

    Sottomissjoni preċedenti

     

     

     

     

     

     

    Ammont emendat

     

     

     

     

     

     

    5.

    Fondi reċiproċi

    Artikolu 103s

    Sottomissjoni preċedenti

     

     

     

     

     

     

    Ammont emendat

     

     

     

     

     

     

    6.

    Assigurazzjoni tal-ħsad

    Artikolu 103t

    Sottomissjoni preċedenti

     

     

     

     

     

     

    Ammont emendat

     

     

     

     

     

     

    7.

    Investimenti f’intrapriża

    Artikolu 103u

    Sottomissjoni preċedenti

     

     

     

     

     

     

    Ammont emendat

     

     

     

     

     

     

    8.

    Distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji

    Artikolu 103v

    Sottomissjoni preċedenti

     

     

     

     

     

     

    Ammont emendat

     

     

     

     

     

     

    Total

    Sottomissjoni preċedenti

     

     

     

     

     

     

    Ammont emendat

     

     

     

     

     

     

    4.

    L-Anness XII jinbidel b’dan li ġej:

    “ANNESS XII

    Lista ta’pajjiżi terzi kif imsemmija fl-Artikolu 43(2) u fl-Artikolu 45

    PARTI A

    :

    Lista ta’ pajjiżi terzi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 43(2):

    L-Awstralja

    PARTI B

    :

    Lista ta’ pajjiżi terzi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 45:

    L-Awstralja

    L-Istati Uniti tal-Amerika”

    5.

    It-Tabelli 2, 4, 5, 6, u 10 sa 13 tal-Anness XIII jitħassru.


    (1)  L-ammonti jinkludu wkoll l-ispejjeż ta’ azzjonijiet imnedija fil-qafas tal-ewwel programm ta’ ħames snin 2009–2013 u li l-pagamenti għalih se jsiru fit-tieni programm ta’ ħames snin 2014–2018.

    (2)  Għandu jintuża l-akronimu OP.

    (3)  Skadenza tal-komunikazzjoni: Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2013 għall-miżuri 2 sa 8.”

    (4)  L-ammonti jinkludu wkoll l-ispejjeż ta’ azzjonijiet imnedija fil-qafas tal-ewwel programm ta’ ħames snin 2009–2013 u li l-pagamenti għalih se jsiru fit-tieni programm ta’ ħames snin 2014–2018.

    (5)  Għandu jintuża l-akronimu OP.”

    (6)  Għandu jintuża l-akronimu OP.

    (7)  Skadenza tal-komunikazzjoni: l-1 ta’ Marzu u t-30 ta’ Ġunju.

    (8)  Aqta’ barra l-element il-ħażin.”


    Top