Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0712

    2013/712/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/3/2013 tat- 2 ta’ Diċembru 2013 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

    ĠU L 324, 5.12.2013, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/04/2014; Imħassar b' 32014D0152

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/712/oj

    5.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 324/7


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/3/2013

    tat-2 ta’ Diċembru 2013

    dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

    (2013/712/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (“KPS”) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet biex jinħatar il-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin ta’ atti ta’ piraterija u serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (“Kmandant tal-Forza tal-UE”).

    (2)

    Fit-2 ta’ Lulju 2013, il-KPS adotta d-Deċiżjoni Atalanta/2/2013 (2) li taħtar il-Komodor Peter LENSELINK bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

    (3)

    Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE irrakkomanda l-ħatra tal-Viċi Ammirall Hervé BLEJEAN bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE bħala s-suċċessur tal-Komodor Peter LENSELINK.

    (4)

    Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

    (5)

    Id-Deċiżjon Atalanta/2/2013 għandha għalhekk titħassar.

    (6)

    F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhijiex qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u la hija marbuta biha u lanqas mhija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Viċi Ammirall Hervé BLÉJEAN huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-Unjoni Ewropea għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) mis-6 ta’ Diċembru 2013.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni Atalanta/2/2013 hija b’dan imħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2013.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2013.

    Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

    Il-President

    W. STEVENS


    (1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/2/2013 tat-2 ta’ Lulju 2013 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (ĠU L 187, 6.7.2013, p. 8).


    Top