EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0656

2013/656/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUCAP Sahel Niger/2/2013 tat- 12 ta' Novembru 2013 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)

ĠU L 305, 15.11.2013, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/07/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/656/oj

15.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUCAP SAHEL NIGER/2/2013

tat-12 ta' Novembru 2013

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)

(2013/656/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/392/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà huwa awtorizzat, skont l-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger), inkluża b'mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Filip DE CEUNINCK bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Niger, ad interim, għall-perijodu mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Filip DE CEUNINCK huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger), ad interim, għall-perijodu mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2013.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48.


Top