This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1111
Commission Implementing Regulation (EU) No 1111/2012 of 23 November 2012 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1111/2012 tat- 23 ta’ Novembru 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1111/2012 tat- 23 ta’ Novembru 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 329, 29.11.2012, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
29.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1111/2012
tat-23 ta’ Novembru 2012
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella. |
(4) |
Hu f’loku li jkun ipprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri prevvisti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1; (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 02 p. 382).
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Oġġett fil-forma ta’ disa’ stikkers stampati maqtugħin mill-kartonċina, li juru insetti varji u kreaturi żgħar oħra u ddekorati minn ħaġar artifiċjali u glitter, fuq folja tal-plastik ta’ daqs ta’ madwar 30 × 30 cm Kull stikker hija mgħammra minn strippa li twaħħal u tista’ titwaħħal fuq wiċċ magħżul. Huwa sussegwentament possibbli li l-istikkers ikunu mċaqalqa għal wiċċ ieħor. L-istikkers, huma użati bħala dekorazzjoni. (*) Ara l-istampa. |
4911 91 00 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 12 b) tal-Kapitolu 48 u bil-kliem tal-Kodiċi NM 4911 u 4911 91 00 . Skont in-Nota 12 tal-Kapitolu 48, il-kartonċina stampata b’disinji, karattru jew stampi fejn dawn mhumiex inċidentali għall-użu primarju tal-oġġetti, jaqgħu taħt il-Kapitolu 49. L-oġġett huwa esklussivaent xi ħaġa stampata li tirrappreżenta stampi, u li hu użat għall-skopijiet ta’ dekorazzjoni. Għaldaqstant klassifikazzjoni taħt l-intestatura 4823 bħala kartonċina oħra hija eskluża. Stikkers stampati li jeħlu minnhom stess imfassla biex ikunu użati bħala dekorazzjoni huma koperti mill-intestatura 4911 (ara wkoll in-Noti Spjegattivi tas-SA għall-intestatura 4911 , punt (10)). Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 4911 91 00 bħala stampi stampati oħrajn. |
(*) L-istampa hija biss għal raġunijiet ta’ informazzjoni.