This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1108
Commission Implementing Regulation (EU) No 1108/2012 of 23 November 2012 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1108/2012 tat- 23 ta’ Novembru 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1108/2012 tat- 23 ta’ Novembru 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 329, 29.11.2012, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
29.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1108/2012
tat-23 ta’ Novembru 2012
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalitá tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Artikolu galvanizzat li jikkonsisti f’bolt forma ta’ U bil-kamin miż-żewġ trufijiet, żewġ skorfini eżagonali u morsa tal-azzar fondut b’żewġ toqob li minnhom jgħaddi l-bolt. L-artikolu hu użat għaż-żamma, per eżempju, ta’ żewġ wajers jew aktar flimkien billi l-wajers jitqiegħdu fil-U-bolt u l-morsa titpoġġa fuq il-wajers u jiġu ssikkati l-iskorfini. (*) Ara l-istampa |
7326 90 98 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċi tan-NM 7326 , 7326 90 u 7326 90 98 . Minħabba li l-funzjoni tal-artikolu li jikkonsisti f’bolt, żewġ skorfini u morsa hi differenti minn dik ta’ bolt, jiġifieri, ma jissikkax u jħoll flimkien elementi differenti direttament, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 7318 bħala bolt jew artikolu simili hija eskluża (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni għall-intestatura 7326 , il-punt (1)). Għalhekk il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 7326 90 98 , bħal prodotti oħra tal-azzar. |
(*) L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta’ informazzjoni.