This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1018
Commission Implementing Regulation (EU) No 1018/2012 of 5 November 2012 amending Regulations (EC) No 232/2009, (EC) No 188/2007, (EC) No 186/2007, (EC) No 209/2008, (EC) No 1447/2006, (EC) No 316/2003, (EC) No 1811/2005, (EC) No 1288/2004, (EC) No 2148/2004, (EC) No 1137/2007, (EC) No 1293/2008, (EC) No 226/2007, (EC) No 1444/2006, (EC) No 1876/2006, (EC) No 1847/2003, (EC) No 2036/2005, (EC) No 492/2006, (EC) No 1200/2005, and (EC) No 1520/2007 as regards the maximum content of certain micro-organisms in complete feedingstuffs Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1018/2012 tal- 5 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 232/2009, (KE) Nru 188/2007, (KE) Nru 186/2007, (KE) Nru 209/2008, (KE) Nru 1447/2006, (KE) Nru 316/2003, (KE) Nru 1811/2005, (KE) Nru 1288/2004, (KE) Nru 2148/2004, (KE) Nru 1137/2007, (KE) Nru 1293/2008, (KE) Nru 226/2007, (KE) Nru 1444/2006, (KE) Nru 1876/2006, (KE) Nru 1847/2003, (KE) Nru 2036/2005, (KE) Nru 492/2006, (KE) Nru 1200/2005, u (KE) Nru 1520/2007 rigward il-kontenut massimu ta’ ċerti mikro-organiżmi fl-għalf komplut Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1018/2012 tal- 5 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 232/2009, (KE) Nru 188/2007, (KE) Nru 186/2007, (KE) Nru 209/2008, (KE) Nru 1447/2006, (KE) Nru 316/2003, (KE) Nru 1811/2005, (KE) Nru 1288/2004, (KE) Nru 2148/2004, (KE) Nru 1137/2007, (KE) Nru 1293/2008, (KE) Nru 226/2007, (KE) Nru 1444/2006, (KE) Nru 1876/2006, (KE) Nru 1847/2003, (KE) Nru 2036/2005, (KE) Nru 492/2006, (KE) Nru 1200/2005, u (KE) Nru 1520/2007 rigward il-kontenut massimu ta’ ċerti mikro-organiżmi fl-għalf komplut Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 307, 7.11.2012, p. 56–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32003R0316 | Emenda | anness I | 27/11/2012 | |
Modifies | 32003R1847 | Emenda | anness II | 27/11/2012 | |
Modifies | 32004R1288 | Emenda | anness I | 27/11/2012 | |
Modifies | 32004R2148 | Emenda | anness II | 27/11/2012 | |
Modifies | 32005R1200 | Emenda | anness II | 27/11/2012 | |
Modifies | 32005R1811 | Emenda | anness III | 27/11/2012 | |
Modifies | 32005R2036 | Emenda | anness I | 27/11/2012 | |
Modifies | 32006R0492 | Emenda | anness II | 27/11/2012 | |
Modifies | 32006R1444 | Emenda | anness | 27/11/2012 | |
Modifies | 32006R1447 | Emenda | anness | 27/11/2012 | |
Modifies | 32006R1876 | Emenda | anness I | 27/11/2012 | |
Modifies | 32007R0186 | Emenda | anness | 27/11/2012 | |
Modifies | 32007R0188 | Emenda | anness | 27/11/2012 | |
Modifies | 32007R0226 | Emenda | anness | 27/11/2012 | |
Modifies | 32007R1137 | Emenda | anness | 27/11/2012 | |
Modifies | 32007R1520 | Emenda | anness IV | 27/11/2012 | |
Modifies | 32008R0209 | Emenda | anness | 27/11/2012 | |
Modifies | 32008R1293 | Emenda | anness | 27/11/2012 | |
Modifies | 32009R0232 | Emenda | anness | 27/11/2012 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32017R1145 | Revoka parzjali | artikolu 17 | 19/07/2017 | |
Implicitly repealed by | 32019R0857 | Revoka parzjali | artikolu 12 | 17/06/2019 | |
Implicitly repealed by | 32019R0893 | Revoka parzjali | artikolu 13 | 18/06/2019 | |
Implicitly repealed by | 32019R0899 | Revoka parzjali | artikolu 5 | 23/06/2019 | |
Implicitly repealed by | 32019R0899 | Revoka parzjali | artikolu 3 | 23/06/2019 | |
Implicitly repealed by | 32019R0899 | Revoka parzjali | artikolu 1 | 23/06/2019 | |
Implicitly repealed by | 32019R0899 | Revoka parzjali | artikolu 2 | 23/06/2019 | |
Implicitly repealed by | 32019R0899 | Revoka parzjali | artikolu 4 | 23/06/2019 | |
Implicitly repealed by | 32020R0149 | Revoka parzjali | artikolu 11 | 25/02/2020 | |
Implicitly repealed by | 32020R0161 | Revoka parzjali | artikolu 10 | ||
Implicitly repealed by | 32023R1170 | Revoka parzjali | artikolu 18 | 06/07/2023 | |
Implicitly repealed by | 32023R1173 | Revoka parzjali | artikolu 9 | 06/07/2023 |
7.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/56 |
REGOLAMENT ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1018/2012
tal-5 ta’ Novembru 2012
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 232/2009, (KE) Nru 188/2007, (KE) Nru 186/2007, (KE) Nru 209/2008, (KE) Nru 1447/2006, (KE) Nru 316/2003, (KE) Nru 1811/2005, (KE) Nru 1288/2004, (KE) Nru 2148/2004, (KE) Nru 1137/2007, (KE) Nru 1293/2008, (KE) Nru 226/2007, (KE) Nru 1444/2006, (KE) Nru 1876/2006, (KE) Nru 1847/2003, (KE) Nru 2036/2005, (KE) Nru 492/2006, (KE) Nru 1200/2005, u (KE) Nru 1520/2007 rigward il-kontenut massimu ta’ ċerti mikro-organiżmi fl-għalf komplut
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1), (2) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-użu ta’ Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzaturi għall-flora fil-musrana” kien awtorizzat għal għaxar snin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 232/2009 (2) għall-bufli tal-ħalib, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1447/2006 għall-ħrief għat-tismin (3), bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 188/2007 għall-mogħoż u n-nagħaġ tal-ħalib (4), bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2007 għaż-żwiemel (5), u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2008 (6) għall-ħnieżer għat-tismin. Huwa ġie awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 316/2003 (7) għal baqar għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005 (8) għall-baqar imrobbija għall-ħalib, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 (9) għal ħnieżer nisa, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 (10) għall-ħnienes miftuma. |
(2) |
Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur tal-awtorizzazzjonijiet pproponiet li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjonijiet ta’ Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 kif stabbilit fir-Regolamenti msemmija fil-premessa 1. |
(3) |
L-użu ta’ Bacillus subtilis DSM 17299 li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali stabbilizzanti għall-flora li jkun hemm fil-musrana kien awtorizzat għal 10 snin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1137/2007 (11) għat-tiġieġ għat-tismin. |
(4) |
Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur tal-awtorizzazzjonijiet ippropona li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjonijiet ta’ Bacillus subtilis DSM 17299 kif stabbilit fir-Regolamenti msemmija fil-premessa 3. |
(5) |
L-opinjonijiet adottati mill-Awtorità Ewropea dwar is-Siġurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) dwar l-użu ta’ ċerti mikro-organiżmi fl-għalf kienu bbażati fuq l-istatus ta’ Preżunzjoni ta’ Sikurezza Kwalifikata (QPS) tal-mikro-organiżmi kkonċernati (“Opinjoni xjentifika dwar iż-żamma tal-lista ta’ aġenti bijoloġiċi tal-QPS miżjuda intenzjonalment mal-ikel u l-għalf (aġġornament tal-2011)” (12)) Id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet pproponew li titħassar il-limitazzjoni dwar il-kontenut massimu tal-mikro-organiżmi Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 u Bacillus subtilis DSM 17299 fl-għalf komplut, fuq il-bażi li d-dożi massimi ma kinux konsistenti mal-approċċ tal-QPS. |
(6) |
Sabiex jiġi evitat tagħwiġ fis-suq huwa xieraq li titħassar il-limitazzjoni fir-rigward tal-kontenut massimu wkoll fir-rigward ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ mikro-organiżmi oħra li jkollhom l-istess status tal-QPS. |
(7) |
Skont l-Artikolu 13(1) l-Awtorità ntalbet tipprovdi opinjoni dwar il-possibbiltà li jiħassar il-kontenut massimu għal mikroorganiżmi oħra li jkollhom l-istess status tal-QPS: Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 awtorizzat għal għaxar snin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1293/2008 (13) għal ħrief, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 226/2007 (14) għall-mogħoż u n-nagħaġ tal-ħalib u mingħajr limitu ta’ żmien mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (15) għal baqar tal-ħalib u baqar għat-tismin; Is-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1847/2003 (16) għal ħnienes u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 (17) għall-ħnieżer nisa; Is-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 għall-għoġġiela u baqar għat-tismin u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005 (18) għall-baqar tal-ħalib; Is-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 492/2006 (19) għal baqar għat-tismin; Il-Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 awtorizzat għal 10 snin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1292/2008 (20) għat-tiġieġ għat-tismin; Il-Lactobacillus farciminis CNCM MA 67/4R awtorizzata għal erba’ snin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1876/2006 (21) għat-tiġieġ u d-dundjani għat-tismin u tiġieġ li jbidu u mingħajr limitu ta’ żmien bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 492/2006 għal ħnienes miftuma; Il-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 għat-tiġieġ għat-tismin u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 għall-ħnieżer għat-tismin; Il-Lactobacillus acidophilus D2/CSL CECT 4529 awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2007 (22) għat-tiġieġ li jbidu; Il-Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) awtorizzat għal 10 snin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2006 (23) għat-tiġieġ għat-tismin. |
(8) |
L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-24 ta’ April 2012 (24) li l-istabbiliment ta’ kontenut massimu ta’ Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47, Bacillus subtilis DSM 17299, Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077, Saccharomyces cerevisiae CNCM -1079, Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94, Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885, Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940, Lactobacillus farciminis CNCM MA 67/4R, Pediococcus acidilactici CNCM ma18/5M, Lactobacillus acidophilus D2/CSL cect4529, u Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) fl-għalf komplet ma toffri l-ebda grad addizzjonali ta’ sikurezza għall-annimali u l-konsumaturi mmirati. Għalhekk, ma hemm l-ebda raġunijiet biex jinżamm il-kontenut massimu għalihom. |
(9) |
Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kienu sodisfatti. |
(10) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 232/2009, (KE) Nru 188/2007, (KE) Nru 186/2007, (KE) Nru 209/2008, (KE) Nru 1447/2006, (KE) Nru 316/2003, (KE) Nru 1811/2005, (KE) Nru 1288/2004, (KE) Nru 2148/2004, (KE) Nru 1137/2007, (KE) Nru 1293/2008, (KE) Nru 226/2007, (KE) Nru 1444/2006, (KE) Nru 1876/2006, (KE) Nru 1847/2003, (KE) Nru 2036/2005, (KE) Nru 492/2006, (KE) Nru 1200/2005, u (KE) Nru 1520/2007 għandhom għalhekk jiġu emendat skont dan. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 232/2009
Fil-kolonna 8, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal 4b1702, Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc47 fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 232/2009, jitħassar il-kliem “1,4 ×109”.
Artikolu 2
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 188/2007
Fil-kolonna 8, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal 4b1702, Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 188/2007, jitħassar il-kliem “7,5 ×109”.
Artikolu 3
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 186/2007
Fil-kolonna 8, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal 4b1702, Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc47 fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 186/2007, jitħassar il-kliem “7 ×109”.
Artikolu 4
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 209/2008
Fil-kolonna 8, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal 4b1702, Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 209/2008, jitħassar il-kliem “1,00 ×1010”.
Artikolu 5
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1447/2006
Fil-kolonna 8, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1702, Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1447/2006, jitħassar il-kliem “1,4 ×1010”.
Artikolu 6
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 316/2003
Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1702, Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 316/2003, jitħassar il-kliem “8 ×109”.
Artikolu 7
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1811/2005
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1811/2005 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1702, Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47, jitħassar il-kliem “2 ×109”. |
(2) |
Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1704, Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94, jitħassar il-kliem “3,5 ×108”. |
Artikolu 8
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1288/2004
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1288/2004 qed jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1702, Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47, jitħassar il-kliem “1 ×1010”. |
(2) |
Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1704, Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94, jitħassar il-kliem “2 ×109” u “1,7 ×108”. |
Artikolu 9
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 2148/2004
Fil-kolonna 7, kontenut massimu tal-annotazzjoni għal E 1702, Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2148/2004, jitħassar il-kliem “1 ×1010”.
Artikolu 10
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1137/2007
Fil-kolonna 8, kontenut massimu tal-annotazzjoni għal 4b1821 Bacillus subtilis DSM 17299 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1137/2007, jitħassar il-kliem “1,6 ×109”.
Artikolu 11
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1293/2008
Fil-kolonna 8, il-kontenut massimu tal-annotazzjoni għal 4b1711 Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1293/2008, jitħassar il-kliem “7,3 ×109”.
Artikolu 12
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 226/2007
Fil-kolonna 8, il-kontenut massimu tal-annotazzjoni għal 4b1711 Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 226/2007, jitħassar il-kliem “3 ×109” u “1,2 ×109”
Artikolu 13
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1444/2006
Fil-kolonna 8, il-kontenut massimu tal-annotazzjoni għal 4b1820 Bacillus subtilis DSM 17299 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1444/2006, jitħassar il-kliem “1 ×109”.
Artikolu 14
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1876/2006
Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu tal-annotazzjoni għal 12 Lactobacillus farciminis CNCM MA 67/4R tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1876/2006, jitħassar il-kliem “1 ×109”.
Artikolu 15
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1847/2003
Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu tal-annotazzjoni għal E 1703, Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1847/2003, jitħassar il-kliem “6 ×109”.
Artikolu 16
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 2036/2005
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2036/2005 qed jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1703, Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079, jitħassar il-kliem “6 ×109”. |
(2) |
Fil-kolonna 7, kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1712, Pediococcus acidilactici CNCM MA18/5M, jitħassar il-kliem “ 1 ×109”. |
Artikolu 17
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 492/2006
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 492/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1710, Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885, jitħassar il-kliem “9 ×109”. |
(2) |
Fil-kolonna 7, kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1714, Lactobacillus farciminis CNCM MA 67/4R jitħassar il-kliem “1 ×1010”. |
Artikolu 18
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1200/2005
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1200/2005 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1711, Saccharomyces cerevisiae CNCM-1077, jitħassar il-kliem “2 ×109” u “1,6 ×109”. |
(2) |
Fil-kolonna 7, kontenut massimu, tal-annotazzjoni għal E 1712, Pediococcus acidilactici CNCM MA18/5M, jitħassar il-kliem “ 1 ×1010”. |
Artikolu 19
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1520/2007
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1520/2007 huwa emendat kif ġej:
Fil-kolonna 7, il-kontenut massimu tal-annotazzjoni għal E 1715 Lactobacillus acidophilus D2/CSL CECT4529 jitħassar il-kliem “1 ×109”.
Artikolu 20
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 74, 20.3.2009, p. 14.
(3) ĠU L 271, 30.9.2006, p. 28.
(7) ĠU L 46, 20.2.2003, p. 15.
(8) ĠU L 291, 5.11.2005, p. 12.
(9) ĠU L 243, 15.7.2004, p. 10.
(10) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 24.
(11) ĠU L 256, 2.10.2007, p. 5.
(12) EFSA Journal 2011; 9(12): 2497.
(13) ĠU L 340, 19.12.2008, p. 38.
(14) ĠU L 64, 2.3.2007, p. 26.
(15) ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.
(16) ĠU L 269, 21.10.2003, p. 3.
(17) ĠU L 328, 15.12.2005, p. 13.
(18) ĠU L 291, 5.11.2005, p. 12.
(19) ĠU L 89, 28.3.2006, p. 6.
(20) ĠU L 340, 19.12.2008, p. 36.
(21) ĠU L 360, 19.12.2006, p. 126.
(22) ĠU L 335, 20.12.2007, p. 17.
(23) ĠU L 271, 30.9.2006, p. 19.
(24) EFSA Journal 2012; 10(5):2680.