EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0947

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 947/2012 tat- 12 ta’ Ottubru 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-Proċess ta' Kimberley għan-negozju internazzjonali fid-djamanti mhux maħduma

ĠU L 282, 16.10.2012, p. 27–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/947/oj

16.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 947/2012

tat-12 ta’ Ottubru 2012

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-Proċess ta' Kimberley għan-negozju internazzjonali fid-djamanti mhux maħduma

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Proċess ta' Kimberley fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma (1), u partikolarment l-Artikoli 19(6) u 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara aċċettazzjoni proviżorja fil-laqgħa intersessjonali ta’ Washington f’Ġunju 2012, il-parteċipanti tal-Proċess ta’ Kimberley approvaw, permezz tal-proċedura bil-miktub, iż-żieda tal-Kamerun mal-lista tal-parteċipanti fil-PK. Din l-approvazzjoni kienet ikkonfermata permezz ta’ avviż mill-Presidenza tal-PK fl-14 ta' Awwissu 2012.

(2)

Bis-saħħa tat-Trattat ta’ Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet il-Komunità Ewropea u ssuċċedietha; Biex titjieb il-funzjonalità taċ-ċertifikat kif definit fl-Artikolu 2(g) tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002, ċerti karatteristiċi stipulati fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament għandhom jiġu emendati biex jirriflettu din il-bidla. Madankollu, huwa neċessarju li jkun ipprovdut perjodu ta' żmien realistiku għall-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni sabiex jadattaw ruħhom għal din il-bidla, fejn jitqies iż-żmien meħtieġ biex tiġi żgurata d-disponibilità taċ-ċertifikat il-ġdid.

(3)

Barra minn hekk, l-indirizzi tal-Unjoni Ewropea u l-punti ta' kuntatt Svizzeri fl-Anness II, il-lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fl-Anness III, u l-lista tal-organizzazzjonijiet tad-djamanti fl-Anness V għandhom jiġu aġġornati.

(4)

L-Annessi II, III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 għandhom jiġu emendati skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament u 2368/2002,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness III huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(3)

L-Anness IV huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

(4)

L-Anness V huwa sostitwit bit-test fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madanakollu, l-Artikolu 3(1) għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni

Catherine ASHTON

Viċi President


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 28.


ANNESS I

“ANNESS II

Il-lista tal-parteċipanti fl-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-Proċess ta' Kimberley u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, maħtura kif xieraq, kif hemm imniżżel fl-Artikoli 2, 3, 8, 9, 12, 17, 18, 19 u 20.

L-ANGOLA

Ministry of Geology and Mines

Rua Hochi Min

C.P # 1260

Luanda

Angola

L-ARMENJA

Department of Gemstones and Jewellery

Ministry of Trade and Economic Development

M. Mkrtchyan 5

Yerevan

Armenia

L-AWSTRALJA

Department of Foreign Affairs and Trade

Trade Development Division

R.G. Casey Building

John McEwen Crescent

Barton ACT 0221

Australia

IL-BANGLADEXX

Export Promotion Bureau

TCB Bhaban

1, Karwan Bazaar

Dhaka

Bangladesh

IL-BJELORUSSJA

Ministry of Finance

Department for Precious Metals and Precious Stones

Sovetskaja Str., 7

220010 Minsk

Republic of Belarus

IL-BOTSWANA

Ministry of Minerals, Energy & Water Resources

PI Bag 0018

Gaborone

Botswana

IL-BRAŻIL

Ministry of Mines and Energy

Esplanada dos Ministérios - Bloco “U” – 4o andar

70065 - 900 Brasilia - DF

Brazil

IL-KANADA

 

International:

Department of Foreign Affairs and International Trade

Peace Building and Human Security Division

Lester B Pearson Tower B - Room: B4-120

125 Sussex Drive Ottawa, Ontario K1A 0G2

Canada

 

General Enquiries:

Kimberley Process Office

Minerals and Metals Sector (MMS)

Natural Resources Canada (NRCan)

580 Booth Street, 9th floor

Ottawa, Ontario

Canada K1A 0E4

IL-KAMERUN

National Permanent Secretariat for the Kimberley Process

Ministry of Mines, Industry and Technological Development

Intek Building

Navik Street

P.O. Box 8390

Yaoundé

Cameroon

IR-REPUBBLIKA ĊENTRU-AFRIKANA

Secrétariat Permanent du Processus de Kimberley

BP 26

Bangui

Central African Republic

IĊ-ĊINA, ir-Repubblika Popolari ta’

Department of Inspection and Quarantine Clearance

General Administration of Quality Supervision, Inspection and Quarantine (AQSIQ)

9 Madiandonglu

Haidian District, Beijing 100088

People’s Republic of China

ĦONG KONG, Reġjun Amministrattiv Speċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Department of Trade and Industry

Hong Kong Special Administrative Region

Peoples Republic of China

Room 703, Trade and Industry Tower

700 Nathan Road

Kowloon

Hong Kong

China

IL-KONGO, Ir-Repubblika Demokratika ta'

Centre d’Evaluation, d’Expertise et de Certification (CEEC)

17th floor, BCDC Tower

30th June Avenue

Kinshasa

Democratic Republic of Congo

IL-KONGO, Ir-Repubblika ta'

Bureau d’expertise, d’évaluation et de certification (BEEC)

Ministère des Mines, des Industries Minières et de la Géologie

BP 2474

Brazzaville

Republic of Congo

IL-KROAZJA

Ministry of Economy, Labour and Entrepreneurship of the Republic of Croatia

Ulica grada Vukovara 78

10000 Zagreb

Croatia

L-UNJONI EWROPEA

European Commission

Service for Foreign Policy Instruments

Office EEAS 02/309

B-1049 Bruxelles/Brussel (Belgium)

IL-GANA

Precious Minerals Marketing Company (Ltd.)

Diamond House,

Kinbu Road,

P.O. Box M. 108

Accra

Ghana

IL-GINEA

Ministry of Mines and Geology

BP 2696

Conakry

Guinea

IL-GUJANA

Geology and Mines Commission

P O Box 1028

Upper Brickdam

Stabroek

Georgetown

Guyana

L-INDJA

The Gem & Jewellery Export Promotion Council

Diamond Plaza, 5th Floor 391-A

Mumbai 400 004

India

L-INDONEŻJA

Directorate-General of Foreign Trade

Ministry of Trade

JI M.I. Ridwan Rais No. 5

Blok I Iantai 4

Jakarta Pusat Kotak Pos. 10110

Jakarta

Indonesia

L-IŻRAEL

Ministry of Industry, Trade and Labor

Office of the Diamond Controller

3 Jabotinsky Road

Ramat Gan 52520

Israel

IL-ĠAPPUN

United Nations Policy Division

Foreign Policy Bureau

Ministry of Foreign Affairs

2-2-1 Kasumigaseki, Chiyoda-ku

100-8919 Tokyo

Japan

IL-KOREA, Ir-Repubblika ta'

Export Control Policy Division

Ministry of Knowledge Economy

Government Complex

Jungang-dong 1, Gwacheon-si

Gyeonggi-do 427-723

Seoul

Korea

IL-LAOS, Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta’

Department of Import and Export

Ministry of Industry and Commerce

Vientiane

Laos

IL-LIBANU

Ministry of Economy and Trade

Lazariah Building

Down Town

Beirut

Lebanon

IL-LESOTO

Department of Mines and Geology

P.O. Box 750

Maseru 100

Lesotho

IL-LIBERJA

Government Diamond Office

Ministry of Lands, Mines and Energy

Capitol Hill

P.O. Box 10-9024

1000 Monrovia 10

Liberia

IL-MALASJA

Ministry of International Trade and Industry

Trade Cooperation and Industry Coordination Section

Blok 10

Komplek Kerajaan Jalan Duta

50622 Kuala Lumpur

Malaysia

IL-MESSIKU

Secretaría de Economía

Dirección General de Política Comercial

Alfonso Reyes No. 30, Colonia Hipodromo Condesa, Piso 16.

Delegación Cuactemoc, Código Postal: 06140 México, D.F.

Mexico

IL-MAWRIZJU

Import Division

Ministry of Industry, Small & Medium Enterprises, Commerce & Cooperatives

4th Floor, Anglo Mauritius Building

Intendance Street

Port Louis

Mauritius

IN-NAMIBJA

Diamond Commission

Ministry of Mines and Energy

Private Bag 13297

Windhoek

Namibia

IN-NEW ZEALAND

 

Certificate Issuing authority:

Middle East and Africa Division

Ministry of Foreign Affairs and Trade

Private Bag 18 901

Wellington

New Zealand

 

Import and Export Authority:

New Zealand Customs Service

PO Box 2218

Wellington

New Zealand

IN-NORVEĠJA

Section for Public International Law

Department for Legal Affairs

Royal Ministry of Foreign Affairs

P.O. Box 8114

0032 Oslo

Norway

IL-FEDERAZZJONI RUSSA

Gokhran of Russia

14, 1812 Goda St.

121170 Moscow

Russia

SJERRA LEONE

Ministry of Mineral Resources

Gold and Diamond Office (GDO)

Youyi Building

Brookfields

Freetown

Sierra Leone

SINGAPOR

Ministry of Trade and Industry

100 High Street

#0901, The Treasury,

Singapore 179434

L-AFRIKA T’ISFEL

South African Diamond and Precious Metals Regulator

SA Diamond Centre

240 Commissioner Street

Johannesburg 2000

South Africa

IS-SRI LANKA

National Gem and Jewellery Authority

25, Galleface Terrace

Colombo 03

Sri Lanka

IS-SWAŻILAND

Office for the Commissioner of Mines

Ministry of Natural Resources and Energy

Mining department

Lilunga House (3rd floor, Wing B)

Somhlolo Road

PO Box 9,

Mbabane H100

Swaziland

L-ISVIZZERA

State Secretariat for Economic Affairs (SECO)

Sanctions Unit

Holzikofenweg 36

CH-3003 Berne / Switzerland

IT-TAJWAN, PENGU, KINMEN U MATSU, TERRITORJU DOGANALI SEPARAT

Export/Import Administration Division

Bureau of Foreign Trade

Ministry of Economic Affairs

1, Hu Kou Street

Taipei, 100

Taiwan

IT-TANŻANIJA

Commission for Minerals

Ministry of Energy and Minerals

PO Box 2000

Dar es Salaam

Tanzania

IT-TAJLANDJA

Department of Foreign Trade

Ministry of Commerce

44/100 Nonthaburi 1 Road

Muang District, Nonthaburi 11000

Thailand

IT-TOGO

Ministry of Mine, Energy and Water

Head Office of Mines and Geology

B.P. 356

216, Avenue Sarakawa

Lomé

Togo

IT-TURKIJA

Foreign Exchange Department

Undersecretariat of Treasury

T.C. Bașbakanlık Hazine

Müsteșarlığı İnönü Bulvarı No:36

06510 Emek - Ankara

Turkey

Import and Export Authority:

Istanbul Gold Exchange

Rıhtım Cad. No:81

34425 Karaköy – İstanbul

Turkey

L-UKRAINA

Ministry of Finance

State Gemological Center

Degtyarivska St. 38-44

Kiev 04119

Ukraine

L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA

U.A.E Kimberley Process Office

Dubai Multi Commodities Center

Dubai Airport Free Zone

Emirates Security Building

Block B, 2nd Floor, Office # 20

Dubai

United Arab Emirates

L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA

United States Kimberley Process Authority

11 West 47 Street 11th floor

New York, NY 10036

United States of America

U.S. Department of State

Room 4843 EB/ESC

2201 C Street, NW

Washington D.C. 20520

United States of America

IL-VJETNAM

Ministry of Industry and Trade

Import Export Management Department

54 Hai Ba Trung

Hanoi

Vietnam

IŻ-ŻIMBABWE

Principal Minerals Development Office

Ministry of Mines and Mining Development

Private Bag 7709, Causeway

Harare

Zimbabwe”


ANNESS II

"ANNESS III

Lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kompiti tagħhom kif imsemmija fl-Artikoli 2 u 19

IL-BELĠJU

Federale Overheidsdienst Economie, KMO, Middenstand en Energie, Algemene Directie Economisch Potentieel, Dienst Vergunningen/Service Public Fédéral Economie,

PME, Classes moyennes et Energie, Direction générale du Potentiel économique, Service Licences

Italiëlei 124, bus 71

B-2000 Antwerpen

Tel. (32-2) 277 54 59

Faks (32-2) 277 54 61

E-mail: kpcs-belgiumdiamonds@economie.fgov.be

Fil-Belġju, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss f’:

The Diamond Office

Hovenierstraat 22

B-2018 Antwerpen

IL-BULGARIJA

Ministry of Finance

International Financial Institutions and Cooperation Directorate

102 G. Rakovski str.

Sofia, 1040

Bulgaria

Tel. (359-2) 98 59 24 00/98 59 2401

Faks. (359-2) 98 59 24 02

Email: ific@minfin.bg

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Fir-Repubblika Ċeka, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss f’:

Generální ředitelství cel

Budějovická 7

140 96 Praha 4

Česká republika

Tel. (420-2) 61 33 38 41, (420-2) 61 33 38 59, cell (420-737) 213 793

Faks (420-2) 61 33 38 70

E-mail: diamond@cs.mfcr.cz

IL-ĠERMANJA

Fil-Ġermanja, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002, inkluż il-ħruġ ta’ ċertifikati Komunitarji, jsiru biss fl-awtorità li ġejja:

Hauptzollamt Koblenz

Zollamt Idar-Oberstein

Zertifizierungsstelle für Rohdiamanten

Hauptstraße 197

D-55743 Idar-Oberstein

Tel. (49-6781) 56 27-0

Faks (49-6781) 56 27-19

E-mail: poststelle@zabir.bfinv.de

Għall-finijiet tal-Artikoli 5(3), 6, 9, 10, 14(3), 15 u 17 ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-obbligi ta’ rappurtar lill-Kummissjoni, l-awtorità li ġejja għandha taġixxi bħala l-awtorità Ġermaniża kompetenti:

Bundesfinanzdirektion Südost

Krelingstraβe 50

D-90408 Nürnberg

Tel. (49-911) 376 3754

Faks (49-911) 376 2273

E-mail: diamond.cert@bfdso.bfinv.de

IR-RUMANIJA

Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor

(L-Awtorità Nazzjonali għall-Ħarsien tal-Konsumatur)

1 Bd. Aviatorilor Nr. 72, sectorul 1 București, România

(72 Aviatorilor Bvd., settur 1, Bucharest, ir-Rumanija)

Cod postal (Kodiċi postali) 011865

Tel. (40-21) 318 46 35 / 312 98 90 / 312 12 75

Faks (40-21) 318 46 35 / 314 34 62

www.anpc.ro

IR-RENJU UNIT

Government Diamond Office

Global Business Group

Room W 3.111.B

Foreign and Commonwealth Office

King Charles Street

London SW1A 2AH

Tel. (44-207) 008 6903

Faks (44-207) 008 3905

E-mail: GDO@gtnet.gov.uk"


ANNESS III

“ANNESS IV

Ċertifikat tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 2

Skont il-bidliet ippromulgati permezz tat-Trattat ta’ Lisbona, li bih l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet il-Komunità Ewropea, it-terminu “ċertifikat tal-UE” għandu jirreferi għaċ-Ċertifikat Komunitarju kif definit fl-Artikolu 2(g) ta' dan ir-Regolament.

Iċ-Ċertifikat tal-UE għandu jkollu l-elementi li ġejjin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-Ċertifikati li joħorġu għandhom ikunu identiċi. Minħabba f'hekk għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni kampjuni taċ-Ċertifikati li ser joħorġu.

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli sabiex jistampaw iċ-Ċertifikati tal-UE. Iċ-Ċertifikati tal-KE jistgħu jkunu stampati minn stampaturi nominati mill-Istat Membru fejn huma stabbilitti. Fl-aħħar każ, referenza għall-ħatra mill-Istat Membru għandha tidher fuq kull Ċertifikat tal-UE. Kull Ċertifikat tal-UE għandu jkollu indikazzjoni tal-isem u l-indirizz tal-istampatur jew marka minn fejn jista' jiġi identifikat l-istampatur. L-istampatur għandu jkun Stampatur tal-Għola Sigurtà tal-Flus tal-Bank. L-istampatur għandu jipprovdi referenzi xierqa minn klijenti governamentali u kummerċjali.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel disponibbli għall-awtoritajiet tal-UE kampjuni taċ-Ċertifikati oriġinali tal-UE.

Materjali

Dimensjonijiet: A4 (210 mm × 297 mm);

B'watermark b'fibri tal-UV inviżibbli (safra/ħamra);

Sensittiv għas-solventi;

UV mhux ċar (l-elementi fid-dokument għandhom joħorġu ċari meta jitqiegħdu taħt id-dawl ta' lampa Ultra-violet);

karta 95 g/m2.

Stampar

Sfond bl-ilwien tal-qawsalla (sensittiv għas-solventi);

L-effett tal-"qawsalla" għandu sfond ta' sigurtà li ma jidhirx meta jkun iffotokopjat.

Il-linka użata għandha tkun "sensittiva għas-solventi" sabiex tipproteġi d-dokument kontra kimiċi użati sabiex ibiddlu xi kitba, bħall-bliċ.

1 L-isfond sfumat ikkulurit (permanenti u li jirreżisit għad-dawl);

Assigura li "Qawsalla" sekondarja hija stampata sabiex ma tħallix iċ-Ċertifikati jiġrilhom xi ħsara fid-dawl tax-xemx.

Xogħol inviżibbli tal-UV (l-istilel tal-Bandiera tal-UE);

L-istampatur tas-sigurtà għandu japplika l-piż eżatt tal-linka sabiex jiżgura li l-element tal-UV jibqa' inviżibbli fid-dawl normali.

Il-bandiera tal-UE: Stampata b'kulur id-deheb u l-blu Ewropew;

Xifer Intaljat;

Linka Intaljata li tista' tintmess hija waħda mill-element l-aktar importanti fid-dokument.

Linja ta' Tipa Żgħira Ħafna li taqra "Ċertifikat tal-Kimberley Process";

Xbiha moħbija: KP;

Mikro-test li jaqra “KPCS”;

Id-dokument irid jinkorpora fih elementi ta' antikopja ("Medallion") fl-istampar tal-linji fini tal-isfond.

Numerazzjoni

Kull Ċertifikat tal-KE għandu jkollu numru tas-serje uniku, wara l-kodiċi: EU.

Il-Kummissjoni għandha tagħti n-numri tas-serje lil dawk l-Istati Membri li beħsiebhom joħorġu ċ-Ċertifikati tal-UE.

Għandu jkun hemm żewġ tipi ta' numri li jaqblu – viżibbli u inviżibbli:

L-ewwel = 8 ċifri sekwenzali, darba fuq il-partijiet kollha tad-dokument, stampati iswed

L-istampatur għandu jerfa' r-responabilità kollha għan-numerazzjoni taċ-Ċertifikati kollha.

L-istampatur għandu jżomm ukoll bażi tad-dejta ta' kull numerazzjoni.

It-tieni = numri stampati inviżibbli sekwenzali ta' 8 ċifri (li jaqblu ma' hawn fuq), li jidhru taħt dawl UV.

Lingwa

L-Ingliż u, fejn relevanti, l-ilsien jew l-ilsna tal-Istati Membri kkonċernati.

It-tqassim u l-konklużjoni

Elementi obbligatorji

Xaqq ipperforat fil-pożizzjoni 1, imqatta' wieħed wieħed fid-daqs A4, b 100 mm mit-tarf tal-lemin.

(a)

in-naħa tax-xellug:

Image Test ta 'immaġni

(b)

in-naħa tal-lemin:

Image Test ta 'immaġni

ANNESS IV

"ANNESS V

Lista tal-organizzazzjonijiet tad-djamanti li jimplementaw is-sistema ta' garanziji u industrija awtoregolata msemmijin fl-Artikoli 13 u 17

 

Antwerpsche Diamantkring CV

Hoveniersstraat 2 bus 515

B-2018 Antwerpen

 

Beurs voor Diamanthandel CV

Pelikaanstraat 78

B-2018 Antwerpen

 

Diamantclub van Antwerpen CV

Pelikaanstraat 62

B-2018 Antwerpen

 

Vrije Diamanthandel NV

Pelikaanstraat 62

B-2018 Antwerpen

 

The London Diamond Bourse and Club

100 Hatton Garden

London EC1N 8NX

United Kingdom"


Top