Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0944

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 944/2012 tal- 15 ta’ Ottubru 2012 li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    ĠU L 282, 16.10.2012, p. 9–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/944/oj

    16.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 282/9


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 944/2012

    tal-15 ta’ Ottubru 2012

    li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

    (2)

    Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, aktar persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. B’mod partikolari, il-Ministri kollha tal-Gvern Sirjan għandhom jiġu nominati fid-dawl tar-responsabbiltà kollettiva tagħhom għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni fis-Sirja.

    (3)

    Il-miżuri restrittivi għandhom jinżammu kontra ex-Ministri tal-Gvern Sirjan peress li huma jistgħu jibqgħu jitqiesu assoċjati mar-reġim u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili. L-entrati għal dawk il-persuni għandhom għalhekk jiġu emendati.

    (4)

    Barra minn hekk għandhom jitneħħew żewġ persuni u entità waħda mil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi.

    (5)

    F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/634/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (2), l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

    (2)  Ara paġna 50 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    ANNESS

    I.

    Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012

    A.   Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data ta' elenkar

    1.

    Dr. Qadri Jameel

     

    Viċi Prim Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi, Ministru tal-Kummerċ Domestiku u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    2.

    Waleed Al Mo’allem

     

    Viċi Prim Ministru, Ministru tal-Affarijiet Barranin u ta' Persuni li qed Jgħixu Barra minn Pajjiżhom. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    3.

    Maġġur Ġenerali Fahd Jassem Al Freij

     

    Ministru tad-Difiża u kmandant militari. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    4.

    Dr. Mohammad Abdul Sattar Al Sayed

     

    Ministru tad-Doti Reliġjużi. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    5.

    Inġ. Hala Mohammad Al Nasser

     

    Ministru tat-Turiżmu. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    6.

    Inġ. Bassam Hanna

     

    Ministru tar-Riżorsi tal-Ilma. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    7.

    Inġ. Subhi Ahmad Al Abdallah

     

    Ministru tal-Agrikoltura u r-Riforma Agrarjana. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    8.

    Dr. Mohammad Yahiya Mo’alla

     

    Ministru tal-Edukazzjoni Għolja. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    9.

    Dr. Hazwan Al Wez

     

    Ministru tal-Edukazzjoni. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    10.

    Dr. Mohamad Zafer Mohabak

     

    Ministru tal-Ekonomija u l-Kummerċ Barrani. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    11.

    Dr. Mahmud Ibraheem Sa’iid

     

    Ministru tat-Trasport. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    12.

    Dr. Safwan Al Assaf

     

    Ministru tad-Djar u l-Iżvilupp Urban. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    13.

    Inġ. Yasser Al Siba’ii

     

    Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    14.

    Inġ. Sa’iid Ma’thi Hneidi

     

    Ministru taż-Żejt u r-Riżorsi Minerali. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    15.

    Dr. Lubana Mushaweh

     

    Ministru tal-Kultura. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    16.

    Dr. Jassem Mohammad Zakaria

     

    Ministru tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    17.

    Omran Ahed Al Zu’bi

     

    Ministru tal-Informazzjoni. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    18.

    Dr. Adnan Abdo Al Sikhny

     

    Ministru tal-Industrija. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    19.

    Najm Hamad Al Ahmad

     

    Ministru tal-Ġustizzja. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    20.

    Dr. Abdul Salam Al Nayef

     

    Ministru tas-Saħħa. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    21.

    Dr. Ali Heidar

     

    Ministru tal-Istat għall-Kwistjonijiet Nazzjonali ta' Rikonċiljazzjoni. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    22.

    Dr. Nazeera Farah Sarkees

     

    Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Ambjentali. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    23.

    Mohammad Turki Al Sayed

     

    Ministru tal-Istat. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    24.

    Najm-eddin Khreit

     

    Ministru tal-Istat. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    25.

    Abdullah Khaleel Hussein

     

    Ministru tal-Istat. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    26.

    Jamal Sha’ban Shaheen

     

    Ministru tal-Istat. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012

    27.

    Suleiman Maarouf

    (magħruf ukoll bħala Sulayman Mahmud Ma’ruf, Sleiman Maarouf, Mahmoud Soleiman Maarouf)

    Passaport: għandu fil-possessjoni tiegħu passaport tar-Renju Unit

    Negozjant qrib tal-familja tal-President Al-Assad. Għandu ishma fl-istazzjon televiżiv elenkat Dounya TV. Qrib ta' Muhammad Nasif Khayrbik, li ġie nominat. Jappoġġa r-reġim Sirjan.

    16.10.2012

    28.

    Raza Othman

    Il-mara ta' Rami Makhlouf

    Hija għandha relazzjonijiet personali u finanzjarji mill-qrib ma' Rami Makhlouf, il-kuġin tal-president Bashar Al-Assad u l-finanzjatur ewlieni tar-reġim, li ġie nominat. F'din il-pożizzjoni, hija assoċjata mar-reġim Sirjan, u qed tibbenefika minnu.

    16.10.2012

    B.   Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data ta' elenkar

    1.

    Megatrade

    Indirizz:

    Triq Aleppo

    Kaxxa Postali 5966

    Damasku, is-Sirja

    Fax: 963114471081

    Taġixxi f'isem l-Istitut ta' riċerka Militari Xjentifika (SSRC), li huwa elenkat. Involuta fil-kummerċ ta' prodotti b'użu doppju pprojbiti minn sanzjonijiet tal-UE għall-gvern Sirjan.

    16.10.2012

    2.

    Expert Partners

    Indirizz:

    Triq Rukn Addin

    Saladin, Bini Nru 5

    Kaxxa Postali 7006 7006

    Damasku, is-Sirja

    Taġixxi f'isem l-Istitut ta' riċerka Militari Xjentifika (SSRC), li huwa elenkat. Involuta fil-kummerċ ta' prodotti b'użu doppju pprojbiti minn sanzjonijiet tal-UE għall-gvern Sirjan.

    16.10.2012

    II.

    L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 elenkati hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt:

     

    Isem

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data ta’ elenkar

    1.

    Dr. Wael Nader Al –Halqi

    Twieled fl-1964 fil-Provinċja ta’ Daraa

    Prim Ministru u ex-Ministru tas-Saħħa. Bħala Prim Ministru, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    27.2.2012

    2.

    Muhammad Ibrah

    im Al-Sha’ar (magħruf ukoll bħala Mohammad Ibrahim Al-Chaar)

    Twieled fl-1956 f’Aleppo

    Ministru tal-Intern. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    1.12.2011

    3.

    Dr. Mohammad Al-Jleilati

    Twieled fl-1945 f’Damasku

    Ministru tal-Finanzi. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    1.12.2011

    4.

    Imad Mohammad Deeb Khamis

    (magħruf ukoll bħala Imad Mohammad Dib Khamees)

    Twieled fl-1 ta’ Awwissu 1961 viċin Damasku

    Ministru tad-Dawl. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    23.3.2012

    5.

    Omar Ibrahim Ghalawanji

    Twieled fl-1954 f’Tartus

    Viċi Prim Ministru għall-Affarijiet tas-Servizzi, Ministru tal-Amministrazzjoni Lokali. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    23.3.2012

    6.

    Joseph Suwaid

    (magħruf ukoll bħala Joseph Jergi Sweid)

    Twieled fl-1958 f’Damasku

    Ministru tal-Istat. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    23.3.2012

    7.

    Eng Hussein Mahmoud Farzat

    (magħruf ukoll bħala Hussein Mahmud Farzat)

    Twieled fl-1957 f’Hama

    Ministru tal-Istat. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    23.3.2012

    8.

    Mansour Fadlallah Azzam

    (magħruf ukoll bħala Mansur Fadl Allah Azzam)

    Twieled fl-1960 fil-Provinċja ta’ Sweida

    Ministru għall-Affarijiet tal-Presidenza. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    27.2.2012

    9.

    Dr. Emad Abdul-Ghani Sabouni

    (magħruf ukoll bħala Imad Abdul Ghani Al Sabuni)

    Twieled fl-1964 f’Damasku

    Ministru tat-Telekomunikazzjoni u t-Teknoloġija. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    27.2.2012

    10.

    Ġeneral Ali Habib Mahmoud

    Twieled fl-1939 f’Tartous

    Ex-Ministru tad-Difiża. Assoċjat mar-reġim Sirjan u l-militar Sirjan, u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

    1.8.2011

    11.

    Tayseer Qala Awwad

    Twieled fl-1943 f’Damasku

    Ex-Ministru tal-Ġustizzja. Assoċjat mar-reġim Sirjan u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

    23.9.2011

    12.

    Dr. Adnan Hassan Mahmoud

    Twieled fl-1966 f’Tartous

    Ex-Ministru tal-Informazzjoni Assoċjat mar-reġim Sirjan u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

    23.9.2011

    13.

    Dr. Mohammad Nidal Al-Shaar

    Twieled fl-1956 f’Aleppo

    Ex-Ministru tal-Ekonomija u l-Kummerċ. Assoċjat mar-reġim Sirjan u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

    1.12.2011

    14.

    Sufian Allaw

    Twieled fl-1944 f’al-Bukamal, Deir Ezzor

    Ex-Ministru taż-Żejt u r-Riżorsi Minerali. Assoċjat mar-reġim u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

    27.2.2012

    15.

    Dr. Adnan Slakho

    Twieled fl-1955 f’Damasku

    Ex-Ministru tal-Industrija. Assoċjat mar-reġim u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

    27.2.2012

    16.

    Dr. Saleh Al-Rashed

    Twieled fl-1964 fil-Provinċja t’Aleppo

    Ex-Ministru tal-Edukazzjoni. Assoċjat mar-reġim u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

    27.2.2012

    17.

    Dr. Fayssal Abbas

    Twieled fl-1955 fil-Provinċja ta’ Hama

    Ex-Ministru tat-Trasport. Assoċjat mar-reġim u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

    27.2.2012

    18.

    Ghiath Jeraatli

    Twieled fl-1950 f’Salamiya

    Ex-Ministru tal-Istat. Assoċjat mar-reġim u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

    23.3.2012

    19.

    Yousef Suleiman Al- Ahmad

    Twieled fl-1956 f’Hasaka

    Ex-Ministru tal-Istat. Assoċjat mar-reġim u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

    23.3.2012

    20.

    Hassan al-Sari

    Twieled fl-1953 f’Hama

    Ex-Ministru tal-Istat. Assoċjat mar-reġim u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

    23.3.2012

    III.

    Il-persuni u l-entità elenkati hawn taħt għandhom jitneħħew mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

    1.

    Salim Altoun

    2.

    Youssef Klizli

    3.

    Altoun Group


    Top