This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0891
Commission Implementing Regulation (EU) No 891/2012 of 27 September 2012 on the issue of licences for importing rice under the tariff quotas opened for the September 2012 subperiod by Implementing Regulation (EU) No 1273/2011
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 891/2012 tas- 27 ta’ Settembru 2012 dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwota tariffarja miftuħa għas-subperjodu ta’ Settembru 2012 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 891/2012 tas- 27 ta’ Settembru 2012 dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwota tariffarja miftuħa għas-subperjodu ta’ Settembru 2012 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
ĠU L 263, 28.9.2012, p. 34–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/34 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 891/2012
tas-27 ta’ Settembru 2012
dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwota tariffarja miftuħa għas-subperjodu ta’ Settembru 2012 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta’ Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur (3), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur, li jinqasam skont il-pajjiż tal-oriġini u f’diversi subperjodi skont l-Anness I ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Settembru huwa r-raba’ subperjodu għall-kwota pprovduta skont l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, it-tielet subperjodu għall-kwota pprovduta skont l-Artikolu 1(1)(d) ta’ dak ir-Regolament u l-ewwel subperjodu għall-kwota pprovduta skont l-Artikolu 1(1)(e) ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
In-notifiki mibgħuta skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 juru li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4112 – 09.4119 – 09.4168, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart (10) ijiem ta’ xogħol ta’ Settembru 2012, skont l-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament, ikopru kwantità li taqbeż dik disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba taħt il-kwoti kkonċernati. |
(4) |
Dawk in-notifiki juru wkoll li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart (10) ijiem ta’ xogħol ta’ Settembru 2012, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjonu (UE) Nru 1273/2011, ikopru kwantità li hija inqas minn dik disponibbli. |
(5) |
Il-kwantità mhux użata għas-subperjodu ta’ Settembru tal-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130 hija trasferita għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4138 għas-subperjodu sussegwenti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011. |
(6) |
Għalhekk, teħtieġ li tiġi ffissata wkoll, għall-kwoti bin-numri tal-ordni 09.4138 u 09.4168, il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu sussegwenti, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011. |
(7) |
Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni ta’ ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4112 – 09.4119 – 09.4168 imsemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 imressqa matul l-ewwel għaxart (10) ijiem ta’ xogħol ta’ Settembru 2012, jagħtu lok għall-ħruġ ta’ liċenzji għall-kwantità mitluba, immultiplikata skont il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu sussegwenti skont il-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4138 u 09.4168 imsemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 hija stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 325, 8.12.2011, p. 6.
ANNESS
Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu ta’ Settembru 2012 u kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
(a) |
Kwota ta’ ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif provdut bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:
|
(b) |
Kwota ta’ ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif provdut bl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:
|
(c) |
Kwota ta’ ross miksur kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 00 kif provdut fl-Artikolu 1(1)(e) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:
|
(1) L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.
(2) L-ebda koeffiċjent ta’ allokazzjoni applikat għal dan is-subperjodu: l-ebda applikazzjoni għal-liċenzji ma ġiet notifikata lill-Kummissjoni.
(3) L-ebda koeffiċjent ta’ allokazzjoni applikat għal dan is-subperjodu: l-ebda applikazzjoni għal-liċenzji ma ġiet notifikata lill-Kummissjoni.
(4) L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.
(5) L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.