Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0796

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 796/2012 tat- 30 ta’ Awwissu 2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-mekkaniżmi tat-tip lever arch u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

    ĠU L 238, 4.9.2012, p. 5–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/11/2018

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/796/oj

    4.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 238/5


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 796/2012

    tat-30 ta’ Awwissu 2012

    li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-mekkaniżmi tat-tip lever arch u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 9(4), 11(2), 11(5) u 11(6) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A.   PROĊEDURA

    1.   Il-miżuri fis-seħħ

    (1)

    Bir-Regolament (KE) Nru 1136/2006 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta’ bejn 27,1 % u 47,4 %, fuq l-importazzjonijiet tal-mekkaniżmi tat-tip lever arch (“LAM”) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”).

    2.   It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza

    (2)

    Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (3) tal-miżuri anti-dumping definittivi fis-seħħ, fis-26 ta’ April 2011 il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza ta’ dawn il-miżuri taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba tressqet minn LAMMA (Assoċjazzjoni tal-manifatturi tal-mekkaniżmi tat-tip lever arch) f’isem tliet produtturi tal-Unjoni (“l-applikant”) li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ ta’ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni tal-Unjoni ta’ mekkaniżmi tat-tip lever arch.

    (3)

    Fit-talba ngħatat biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet tal-LAM li joriġinaw mir-RPĊ probabbilment tirriżulta fi tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

    3.   Il-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza

    (4)

    Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm biżżejjed evidenza biex jingħata bidu għal reviżjoni ta’ skadenza, il-Kummissjoni ħabbret fit-23 ta’ Lulju 2011, permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4) (“in-notifika ta’ bidu”), il-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

    4.   L-investigazzjoni

    4.1.   Il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni u l-perjodu kkunsidrat

    (5)

    L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “PIR”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara, kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

    4.2.   Il-partijiet milquta mill-investigazzjoni

    (6)

    Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment bil-ftuħ tar-reviżjoni ta’ skadenza, lill-applikant, lil produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, lill-importaturi mhux relatati, lill-utenti fl-Unjoni li hu magħruf li huma kkonċernati, kif ukoll lir-rappreżentanti tal-pajjiż ikkonċernat.

    (7)

    Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ bidu. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta’ smigħ.

    (8)

    Fid-dawl tal-għadd apparentement kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, importaturi mhux relatati u produtturi tal-Unjoni, fin-notifika ta’ bidu ġie previst it-teħid ta’ kampjuni taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    (9)

    Fir-rigward tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ u l-importaturi mhux relatati, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ li jittieħdu kampjuni u, jekk dan ikun il-każ, biex jintgħażel kampjun rappreżentattiv, dawk il-partijiet intalbu jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-reviżjoni u jipprovdu l-informazzjoni mitluba fin-notifika ta’ bidu lill-Kummissjoni. Minħabba li l-ebda produttur esportatur fir-RPĊ ma ppreżenta ruħu u ressaq quddiem il-Kummissjoni l-informazzjoni mitluba fin-notifika ta’ bidu u li importatur mhux relatat wieħed biss ippreżenta ruħu, iżda ma ressaqx l-informazzjoni mitluba fin-notifika ta’ bidu lill-Kummissjoni, it-teħid ta’ kampjuni ma kienx ikkunsidrat neċessarju fiż-żewġ każijiet.

    (10)

    Fin-notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni ħabbret li kienet għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Dan il-kampjun kien magħmul minn żewġ kumpaniji, mis-sitt produtturi tal-Unjoni li kienu magħrufa qabel ma ngħata bidu għal din l-investigazzjoni, magħżula abbażi tal-volum tal-bejgħ u l-produzzjoni tagħhom tal-prodott ikkonċernat fl-2010, kif ukoll il-pożizzjoni ġeografika tagħhom fl-Unjoni. Il-kampjun irrappreżenta aktar minn 50 % tat-total stmat tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-Unjoni tul il-PIR. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkonsultaw il-fajl u jikkumentaw dwar l-adegwatezza ta’ din l-għażla fi żmien 15-il ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tan-notifika ta’ bidu. L-ebda parti ma opponiet il-kampjun propost.

    (11)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji liż-żewġ produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu għall-kampjun, l-importatur li ppreżenta ruħu u l-utenti kollha magħrufa li kienu kkonċernati.

    (12)

    It-tweġibiet għall-kwestjonarji waslu miż-żewġ produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu għall-kampjun u liż-żewġ utenti. L-importatur mhux relatat li ssemma fil-premessa (9) u li ppreżenta ruħu, la wieġeb il-mistoqsijiet dwar it-teħid tal-kampjun u lanqas ma mela kwestjonarju.

    (13)

    Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà tat-tkomplija jew ir-rikorrenza ta’ dumping u l-ħsara li tirriżulta minnu u tal-interess tal-Unjoni. Twettqu żjarat ta’ verifika fuq il-post tal-partijiet interessati li ġejjin:

    (a)

    Produtturi tal-Unjoni

    Industria Meccanica Lombarda S.r.l., Offanengo, l-Italja

    NIKO Metallurgical company, d.d. Zelezniki, is-Slovenja

    (b)

    utent

    HIT OFFICE s.r.o. Teplice, ir-Repubblika Ċeka

    B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

    (14)

    Il-prodott milqut minn din ir-reviżjoni huwa l-istess bħal dak fir-Regolament oriġinali, jiġifieri mekkaniżmi tat-tip lever arch u li ġeneralment jintużaw għall-arkivjar ta’ karti u dokumenti oħra f’binders jew f’fajls li attwalment għandhom il-kodiċi NM ex 8305 10 00 (il-kodiċi TARIC 8305100050) (“il-prodott ikkonċernat”) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dawn il-mekkaniżmi tat-tip lever arch jkunu magħmulin minn elementi tal-metall robusti (normalment tnejn) f’forma ta’ arkata fuq pjanċa tad-dahar u li jkollhom tal-anqas molla waħda tal-ftuħ li tippermetti li jiddaħħlu u jiġu ffajljati karti u dokumenti oħra. Il-mekkaniżmi għall-binding forma ta’ ċirku li huma klassifikati bl-istess kodiċi NM, mhumiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott ikkonċernat għall-fini ta’ din l-investigazzjoni.

    (15)

    L-investigazzjoni ta’ reviżjoni attwali kkonfermat li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-prodott ikkonċernat u dak prodott fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi tekniċi u fiżiċi u l-istess użu. Għalhekk, tqiesu bħala prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    C.   IL-PROBABBILTÀ TA’ TKOMPLIJA JEW TA’ RIKORRENZA TAD-DUMPING

    (16)

    Ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti hux probabbli li twassal għat-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping, taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

    1.   Kummenti preliminari

    (17)

    Kif intqal fil-premessa (9), fl-investigazzjoni ma kien hemm kooperazzjoni mill-ebda esportatur Ċiniż li ġie kkuntattjat fil-bidu. L-awtoritajiet Ċiniżi ġew innotifikati b’dan il-fatt kif ukoll dwar l-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku u ngħataw l-opportunità li jressqu l-kummenti tagħhom. Ma ġewx riċevuti kummenti f’dan ir-rigward.

    (18)

    Għaldaqstant, u b’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonijiet fir-rigward tal-probabbiltà tat-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping stabbiliti hawn taħt kellhom jiġu msejsa fuq il-fatti disponibbli, partikolarment l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku pereżempju fuq siti elettroniċi uffiċjali ta’ kumpaniji u l-magni tat-tiftix għal prodotti fuq il-web, l-informazzjoni fit-talba għar-reviżjoni u l-informazzjoni miksuba mill-partijiet li kkooperaw tul l-investigazzjoni ta’ reviżjoni (jiġifieri l-applikanti u l-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun).

    2.   Dumping ta’ importazzjonijiet matul il-PIR

    (19)

    In-notifika ta’ bidu għamlet referenza għall-użu ta’ pajjiż analogu, sabiex ikun jista’ jiġi stabbilit il-valur normali.

    (20)

    Fir-rigward tal-prezz tal-esportazzjoni, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni kemm min-naħa tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ u min-naħa tal-importaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi l-kwantità ta’ bejgħ għall-esportazzjoni jew il-prezzijiet abbażi tat-tranżazzjonijiet. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkunsidrat mezzi alternattivi biex tiddetermina l-prezz tal-esportazzjoni.

    (21)

    L-ewwel nett, ġie kkunsidrat jekk il-Eurostat, imqabbel ma’ dejta oħra disponibbli, setax jintuża bħala mezz alternattiv biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-esportazzjoni. Dawn ma kinux meqjusin bħala adegwati minħabba li wieħed mis-sorsi kien ikopri wkoll importazzjonijiet oħra barra mill-prodott ikkonċernat u s-sorsi l-oħrajn ma kinux jippermettu l-possibbiltà li jkun hemm tqabbil tal-prezzijiet tal-esportazzjoni ma’ dawk tal-industrija tal-Unjoni skont it-tip.

    (22)

    It-tieni nett, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li tirreferi għall-prezzijiet tal-esportazzjoni inklużi fit-talba għal reviżjoni. Ta’ min ifakkar li din il-metodoloġija ntużat fl-investigazzjoni oriġinali u li tippermetti tqabbil skont it-tip. Madankollu, il-fatturi inklużi fit-talba għal reviżjoni kienu għall-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra.

    (23)

    Konsegwentement, id-dumping ma setax jiġi kkalkolat abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni u ma kienx possibbli li tiġi stabbilita determinazzjoni affermativa tad-dumping. L-investigazzjoni, għalhekk, iffukat fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping.

    3.   Il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping

    (24)

    Fir-rigward tal-investigazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping, ġew analizzati l-elementi li ġejjin: ir-relazzjoni bejn il-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi; il-kapaċità ta’ produzzjoni, il-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ; u kemm hu attraenti s-suq tal-Unjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ.

    3.1.   Ir-relazzjoni bejn il-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

    (25)

    Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-valur normali tqabbel mal-prezzijiet tal-esportazzjoni mir-RPĊ taħt l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

    3.1.1.   Il-bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali

    (26)

    Billi r-RPĊ hija ekonomija fi tranżizzjoni, taħt l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kellu jiġi ddeterminat abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq xieraq (il-pajjiż analogu), jew il-prezz mill-pajjiż analogu għal pajjiżi oħra, inkluża l-Unjoni jew, fejn dawn ma jkunux possibbli fuq kwalunkwe bażi raġonevoli oħra, inkluż il-prezz imħallas realment jew li għandu jitħallas fl-Unjoni għall-prodott simili, aġġustat b’mod xieraq jekk meħtieġ biex jinkludi marġni ta’ profitt raġonevoli.

    (27)

    It-talba għal reviżjoni mill-industrija tal-Unjoni semmiet għadd ta’ produtturi f’pajjiżi b’ekonomija ts-suq barra l-Unjoni (jiġifieri l-Indja, l-Iran u t-Tajlandja). Fil-bidu dawn il-produtturi, kif ukoll produtturi potenzjali oħrajn f’pajjiżi li setgħu jiġu identifikati permezz ta’ sorsi disponibbli għall-pubbliku, ġew ikkuntattjati kif xieraq mill-Kummissjoni.

    (28)

    In-notifika ta’ bidu speċifikat li jekk il-Kummissjoni ma kinitx se ssib kooperazzjoni mill-produtturi fil-pajjiżi b’ekonomija tas-suq barra l-Unjoni, hija kien beħsiebha tuża l-prezzijiet li fil-fatt jitħallsu jew għandhom jitħallsu fl-Unjoni bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Tabilħaqq, il-prezzijiet li jitħallsu jew li għandhom jitħallsu attwalment fl-Unjoni servew ta’ bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali fl-investigazzjoni oriġinali.

    (29)

    L-ebda parti interessata ma kkumentat dwar l-adegwatezza tal-bażi msemmija hawn fuq għad-determinazzjoni tal-valur normali.

    (30)

    L-ebda produttur fil-pajjiżi b’ekonomija tas-suq barra l-Unjoni u li ġie kkuntattjat mill-Kummissjoni ma kkoopera fir-reviżjoni attwali.

    (31)

    Fil-kuntest ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ma kellhiex alternattivi oħrajn ħlief li tibbaża fuq il-prezzijiet li jitħallsu jew li għandhom jitħallsu attwalment fl-Unjoni, bħala l-bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali.

    3.1.2.   Il-valur normali

    (32)

    Taħt l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku u kif spjegat fil-premessi (26) sa (31), il-valur normali kien stabbilit bl-użu tal-prezz li jitħallas jew li għandu jitħallas attwalment fl-Unjoni għall-prodott simili, f’kundizzjonijiet normali tal-kummerċ.

    (33)

    B’riżultat ta’ dan, il-valur normali ġie stabbilit bħala l-prezz tal-bejgħ domestiku medju peżat għal klijenti li mhumiex relatati tal-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun.

    (34)

    L-ewwel ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti tal-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun kienx rappreżentattiv, taħt l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dan il-bejgħ irrappreżentax tal-anqas 5 % tal-volum tal-bejgħ totali tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-informazzjoni fir-rigward tal-volum totali tal-bejgħ esportat lejn l-Unjoni kellha tiġi determinata skont il-fatti disponibbli. Kif intqal fil-premessa (21), il-Eurostat u statistika oħra ma kinux ikkunsidrati adattati biex tiġi stabbilita tkomplija tad-dumping, madankollu, dawn jistgħu jintużaw biex jiġi indikat il-livell tal-importazzjonijiet (meħtieġ għall-volum totali esportat mir-RPĊ) lejn l-Unjoni. Abbażi ta’ dan, il-bejgħ domestiku tal-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun b’mod ġenerali tqiesu bħala rappreżentattivi biżżejjed tul il-PIR. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-esportaturi fir-RPĊ, ma kienx possibbli li r-rappreżentattività tiġi analizzata skont it-tip.

    (35)

    Wara dan il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull produttur tal-Unjoni magħżul għall-kampjun jistax jiġi kkunsidrat bħala bejgħ li sar f’kundizzjonijiet normali tal-kummerċ, jiġifieri jekk għal kull produttur tal-Unjoni magħżul għall-kampjun il-prezzijiet tal-bejgħ medji kinux ekwivalenti jew ogħla mill-ispejjeż medji tal-produzzjoni u għaldaqstant profittabbli.

    (36)

    Abbażi ta’ dan ġie stabbilit li l-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fuq medja kienu profittabbli u konsegwentement il-valur normali ġie determinat abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ medji peżati tal-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun.

    3.1.3.   Il-prezz tal-esportazzjoni

    (37)

    Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, l-aktar bażi adattata nstab li kienet l-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn il-pajjiżi terzi inklużi fit-talba għal reviżjoni.

    3.1.4.   Tqabbil

    (38)

    It-tqabbil bejn il-valur normali medju peżat u l-prezz tal-esportazzjoni medju peżat sar fuq bażi ex-works. Dan it-tqabbil wera li l-prezz tal-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi fit-talba għar-reviżjoni kien sinifikattivament aktar baxx mill-valur normali (‘il fuq minn 30 %). Dan jindika li l-prezzijiet tal-Unjoni wisq probabbli se jkunu l-oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri jiġu revokati.

    3.2.   Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi

    (39)

    Billi ma kienx hemm kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi esportaturi, il-konklużjonijiet li ġejjin kienu msejsin prinċipalment fuq l-informazzjoni inkluża fit-talba għal reviżjoni, li fejn kien possibbli tqabblet ma’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

    (40)

    Abbażi ta’ dan, instab li l-kapaċità tal-produzzjoni tar-RPĊ tal-LAM huwa stmat li hija tal-anqas f’medda minn 600 miljun sa 700 miljun biċċa, liema stima hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-industrija tal-Unjoni.

    (41)

    Barra minn hekk, l-informazzjoni miksuba waqt l-investigazzjoni turi li l-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ għal-LAM tista’ tiżdied faċilment, inter alia, permezz tal-impjegar ta’ forza tax-xogħol addizzjonali u b’investiment limitat fl-għodod użati, fil-każ ta’ domanda akbar.

    (42)

    L-ebda parti interessata ma ressqet kummenti u/jew informazzjoni relatata mal-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ.

    (43)

    Abbażi ta’ dan, il-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ hija madwar 170 % u 350 % ogħla mill-konsum tal-Unjoni u sinifikattivament akbar mill-produzzjoni tal-Unjoni.

    3.3.   Il-produzzjoni u l-kapaċità żejda tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

    (44)

    Billi ma kienx hemm kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi esportaturi, l-informazzjoni fir-rigward tal-produzzjoni attwali u l-kapaċità żejda kienet imsejsa prinċipalment fuq l-informazzjoni inkluża fit-talba għal reviżjoni, li fejn kien possibbli tqabblet ma’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

    (45)

    Fit-talba għar-reviżjoni, il-produzzjoni tal-LAM kien stmat li kienet ta’ bejn 200 u 400 miljun biċċa u l-kapaċità żejda kienet ta’ bejn 200 u 500 miljun biċċa. Din il-kapaċità żejda bejn wieħed u ieħor hija ekwivalenti għall-konsum tal-Unjoni.

    (46)

    L-istimi ppreżentati nstab li kienu raġonevoli wara li, fejn kien possibbli, saret referenza għal sorsi disponibbli għall-pubbliku.

    (47)

    Fir-rigward tal-kapaċità żejda, kif intqal fil-premessa (41), l-informazzjoni miksuba waqt l-investigazzjoni turi li l-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ għal-LAM tista’ tiżdied faċilment, inter alia, permezz tal-impjegar ta’ forza tax-xogħol addizzjonali u b’investiment limitat fl-għodod użati, fil-każ ta’ domanda akbar.

    (48)

    Abbażi ta’ dak li ntqal fuq, tista’ tinsilet il-konklużjoni raġonevoli li teżisti kapaċità żejda sostanzjali fir-RPĊ. Kif inhu spjegat fil-premessi (49) sa (55), hemm probabbiltà kbira li tali kapaċità żejda tkun immirata lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jiġu revokati.

    3.4.   L-attrazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni

    (49)

    L-informazzjoni miġbura waqt ir-reviżjoni attwali tiżvela li s-suq tal-Unjoni jkun suq attraenti għall-importazzjonijiet tal-LAM mir-RPĊ, jekk il-miżuri jiġu revokati. Ta’ min ifakkar li qabel l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ, il-konsum fl-Unjoni kien sostanzjali u qrib 400 miljun biċċa. Fl-istess waqt, l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu aktar minn 200 miljun biċċa ekwivalenti għal aktar minn 50 % tal-konsum totali tal-Unjoni.

    (50)

    L-investigazzjoni wriet li d-domanda tal-Unjoni għal-LAM baqgħet waħda sostanzjali. Il-konsum tal-Unjoni naqas biss bi ftit tul il-perjodu kkunsidrat kif inhu determinat fil-premessi (63) sa (64) u (98) u s-suq tal-Unjoni jibqa’ l-akbar suq dinji għal-LAM, li jirrappreżenta 50 % tas-suq dinji.

    (51)

    Barra minn hekk, hemm biss ftit swieq oħra għal-LAM, li probabbilment ma jakkomodawx il-kapaċità żejda tar-RPĊ.

    (52)

    Barra minn hekk, kif inhu stabbilit fil-premessa (38), it-tqabbil bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiżi terzi mal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, juri li s-suq tal-Unjoni jkun wieħed attraenti għal tali importazzjonijiet bi prezz baxx jekk il-miżuri jiġu revokati. Dan huwa wkoll minħabba l-fatt li l-prezzijiet prevalenti ġeneralment ikunu ogħla fis-suq tal-Unjoni milli fi swieq oħrajn tal-esportazzjoni.

    (53)

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li ssemmew hawn fuq, jekk il-miżuri jiġu revokati, il-probabbiltà tkun li l-esportazzjonijiet mir-RPĊ jiġu mmirati lejn is-suq tal-Unjoni.

    (54)

    L-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tal-produtturi fir-RPĊ, tiżvela li tali kumpaniji ġeneralment primarjament jew esklużivament jimmiraw il-bejgħ tagħhom lejn is-suq tal-esportazzjoni.

    (55)

    Fl-aħħar nett, għandu jiġi osservat li mill-impożizzjoni tal-miżuri definittivi għadd ta’ każijiet ta’ klassifikazzjoni inkorretta ta’ importazzjonijiet tal-LAM ġew osservati, fejn volumi kbar ta’ LAM u covers separati ġew iddikjarati bħala fajls kompluti b’mekkaniżmu tat-tip lever arch. Minn dan irriżulta li ma tħallsux dazji għal tali importazzjonijiet. Din il-klassifikazzjoni inkorretta ġiegħlet lill-Kumitat dwar il-Kodiċi Doganali (f’Novembru 2010) biex f’dikjarazzjoni jiċċara li l-LAM impurtati f’dawn iċ-ċirkostanzi għandhom jiġu ddikjarati b’mod separat. Għadu kmieni wisq biex jiġi ddeterminat jekk tali dikjarazzjoni kellhiex l-effett mixtieq u l-Kummisjoni beħsiebha timmonitorja s-sitwazzjoni mill-qrib. Madankollu, il-prattika tikkostitwixxi aktar evidenza li, minkejja l-miżuri, is-suq tal-Unjoni jibqa’ attraenti għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ.

    3.5.   Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping

    (56)

    Kif intqal fil-premessa (38), it-tqabbil bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħrajn inklużi fit-talba għal reviżjoni mal-prezz fis-suq tal-Unjoni, juri probabbiltà kbira ta’ rikorrenza tad-dumping.

    (57)

    Barra minn hekk, meta wieħed jikkunsidra l-kapaċità tal-produzzjoni sinifikanti disponibbli fir-RPĊ, l-abbiltà tal-produtturi Ċiniżi li jżidu b’mod rapidu l-volumi tal-produzzjoni tagħhom u jimmirawhom għall-esportazzjoni, il-prezzijiet probabbilment baxxi ta’ tali esportazzjonijiet u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għal tali esportazzjonijiet, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li r-revoka tal-miżuri tirriżulta f’esportazzjonijiet miżjuda b’livelli li jkunu l-oġġett ta’ dumping tal-LAM mir-RPĊ lejn l-Unjoni.

    D.   ID-DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

    (58)

    Tul il-PIR il-LAM ġew manifatturati fl-Unjoni minn sitt produtturi magħrufin, li tlieta minnhom kienu l-applikanti fil-każ attwali. L-ebda kumpanija oħra ma ppreżentat ruħha bħala produttur tal-Unjoni tul din l-investigazzjoni. Għalhekk huwa kkunsidrat li dawn is-sitt produtturi jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “l-industrija tal-Unjoni”).

    E.   IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI

    1.   Il-kumment preliminari

    (59)

    Għall-finijiet tad-dejta għall-analiżi tal-ħsara miksuba mill-istatistika tal-Eurostat u minn sorsi oħra tal-istatistika disponibbli għall-Kummissjoni, it-talba għal reviżjoni, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-informazzjoni miġbura waqt iż-żjarat ta’ verifika.

    (60)

    L-indikaturi makroekonomiċi, jiġifieri l-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-bejgħ fl-Unjoni u fi swieq terzi, il-proporzjon tas-suq, it-tkabbir, l-impjieg u l-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping attwali u l-irkupru minn dumping passat huma bbażati fuq id-dejta mressqa mill-industrija tal-Unjoni. F’dan il-kuntest it-tweġibiet għall-kwestjonarju miksubin miż-żewġ produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun, ġew ikkumplementati minn informazzjoni mogħtija mill-produtturi tal-Unjoni l-oħra kollha.

    (61)

    L-indikaturi mikroekonomiċi, jiġifieri l-istokkijiet, il-pagi, il-prezzijiet tal-bejgħ, il-profittabbiltà, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti, il-fluss tal-likwidità u l-abbiltà li jiżdied il-kapital jirreferu għad-dejta mogħtija miż-żewġ produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun. Minħabba l-fatt li l-kumpaniji magħżula għall-kampjun jirrappreżentaw aktar minn 50 % tat-total stmat ta’ produzzjoni u bejgħ tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun tqies li kienu jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni għall-finijiet ta’ din ir-reviżjoni. Id-dejta marbuta maż-żewġ kumpaniji magħżula għall-kampjun tista’ tingħata biss f’forma ta’ indiċi, biex b’hekk tinżamm il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sesittiva għan-negozju taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

    (62)

    Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-importaturi mhux relatati, l-iffissar ta’ prezz tal-importazzjoni u t-twaqqigħ tal-prezzijiet huwa bbażat fuq sorsi alternattivi bħal pereżempju t-talba għal reviżjoni, il-Eurostat u statistika kunfidenzjali oħra disponibbli għall-Kummissjoni, kif ukoll l-informazzjoni miġbura waqt iż-żjarat ta’ verifika. Id-dejta dwar l-importazzjoni kienet imsejsa fuq it-talba għal reviżjoni li kienet ibbażata fuq id-dejta tal-Eurostat. Minħabba li din id-dejta kienet tkopri wkoll importazzjonijiet oħra barra mill-prodott ikkonċernat, hija ġiet ivverifikata u aġġustata kif xieraq wara li tqabblet ma’ sorsi statistiċi kunfidenzjali oħra disponibbli għall-Kummissjoni. Għaldaqstant, ċerti ċifri hawn taħt ingħataw f’forma ta’ indiċi jew f’intervalli biex tiġi protetta l-istatistika kunfidenzjali.

    2.   Il-konsum fis-suq tal-Unjoni

    (63)

    Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u tal-importazzjonijiet. Ġie stabbilit li l-konsum tul il-PIR kien fil-medda minn 200 sa 350 miljun biċċa.

    (64)

    Il-konsum tal-LAM fl-Unjoni naqas bi 12 % tul il-perjodu kkunsidrat. Dan jista’ jiġi parzjalment attribwit għall-kriżi ekonomika, kif ukoll għax-xejriet li qed jinbidlu fil-konsum (pereżempju l-promozzjoni ta’ uffiċċji ekoloġiċi u l-iffajljar elettroniku, it-tnaqqis ġenerali fix-xogħlijiet amministrattivi).

    Tabella 1

    Konsum

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    Il-volum

     

     

     

     

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    84

    90

    88

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju, Talba għal reviżjoni, il-Eurostat u sorsi statistiċi oħra disponibbli għall-Kummissjoni

    3.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

    (65)

    Kif inhu deskritt fit-Tabella 2 hawn taħt, is-sehem mis-suq naqas b’54 % tul il-perjodu kkunsidrat.

    (66)

    Barra minn hekk, mill-impożizzjoni tad-dażji anti-dumping fl-2006, l-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu konsiderevolment minn sehem mis-suq ta’ 51 % fil-PI tal-investigazzjoni oriġinali għal bejn 7 % u 15 % tul il-PIR. Fir-rigward tal-volumi tal-importazzjoni mir-RPĊ, dawn baqgħu baxxi tul il-perjodu kkunsidrat minħabba l-miżuri anti-dumping fis-seħħ. Madankollu, l-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħu sors prinċipali (bejn 85 % u 95 % fil-PIR) tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni, minħabba l-esportazzjoni limitata tal-LAM minn pajjiżi terzi oħra. Fil-perjodu kkunsidrat l-importazzjonijiet naqsu b’59 %.

    Tabella 2

    Importazzjonijiet mir-RPĊ

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    Il-volum tal-importazzjonijiet Indiċi (2008 = 100)

    100

    56

    44

    41

    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Indiċi (2008 = 100)

    100

    66

    48

    46

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju, Talba għal reviżjoni, il-Eurostat u sorsi statistiċi oħra disponibbli għall-Kummissjoni

    4.   Ix-xejra fil-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

    4.1.   Xejriet fil-prezzijiet

    (67)

    Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u nuqqas ta’ sorsi alternattivi, ma kienx possibbli li jiġi stabbilit prezz tal-importazzjoni preċiż. Dan minħabba li, kif ġie spjegat fil-premessa (21), l-istatistika ma kinitx meqjusa adegwata minħabba li wieħed mis-sorsi kien ikopri wkoll importazzjonijiet oħra barra mill-prodott ikkonċernat u s-sorsi l-oħrajn ma kinux jippermettu l-possibbiltà li jkun hemm tqabbil tal-prezzijiet tal-esportazzjoni ma’ dawk tal-industrija tal-Unjoni skont it-tip.

    (68)

    Madankollu, is-sorsi statistiċi kunfidenzjali l-oħra disponibbli għall-Kummissjoni huma meqjusa bħala adattati biex jindikaw ix-xejra ġenerali fil-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ. Ix-xejra fil-prezzijiet tal-importazzjoni turi żieda fil-prezzijiet tul il-perjodu kkunsidrat.

    Tabella 3

    Il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    ir-RPĊ

     

     

     

     

    L-indiċi

    100

    102

    118

    118

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju, Talba għal reviżjoni, il-Eurostat u sorsi statistiċi oħra disponibbli għall-Kummissjoni

    4.2.   It-twaqqigħ tal-prezzijiet

    (69)

    Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u minħabba n-nuqqas ta’ sorsi alternattivi, il-kalkolazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (37), kienet ibbażata fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni għall-pajjiżi terzi inklużi fit-talba għal reviżjoni. Il-livell tat-twaqqigħ tal-prezzijiet stabbilit b’mod indikattiv jammonta għal madwar 20 %.

    5.   Il-volumi tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

    (70)

    Il-produtturi prinċipali tal-LAM fid-dinja jinsabu fl-Unjoni u fir-RPĊ. Instab li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra bħall-Indja huma negliġibbli, aktar baxxi minn 1 %.

    6.   Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    (71)

    Taħt l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċi rilevanti kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

    6.1.   L-elementi makroekonomiċi

    (a)   Il-produzzjoni

    (72)

    Il-volum tal-produzzjoni fl-Unjoni baqa’ fl-istess medda tul il-perjodu kkunsidrat, bl-eċċezzjoni tal-2009. It-tnaqqis fl-2009, li sa ċertu punt kien riżultat tal-kriżi ekonomika globali, kien ikkumpensat b’żieda fl-2010.

    (73)

    Minkejja x-xejra ‘l isfel fil-bejgħ fl-Unjoni, kif inhu spjegat fil-premessi (75) sa (77) hawn taħt, il-produtturi tal-Unjoni setgħu jżommu l-livelli tal-produzzjoni tul il-perjodu kkunsidrat peress li setgħu jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-swieq terzi kif inhu spjegat fil-premessa (78).

    Tabella 4

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    Il-volum (elf biċċa)

     

     

     

     

    Il-produzzjoni

    351 480

    301 661

    360 007

    354 646

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    86

    102

    101

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (b)   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

    (74)

    Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet bi ftit minħabba l-investimenti li kien hemm fil-kapaċità żejda u l-modernizzazzjoni li wettqu l-produtturi tal-Unjoni tul il-perjodu kkunsidrat. L-użu tal-kapaċità baqa’ pjuttost stabbli, u wera ftit tnaqqis fis-sena 2009. Dan it-tnaqqis żgħir huwa primarjament attribwibbli għall-effetti tal-kriżi ekonomika globali tul dik is-sena.

    Tabella 5

    Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    Il-volum (elf biċċa)

     

     

     

     

    Il-kapaċità ta’ produzzjoni

    452 407

    453 323

    465 984

    465 401

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    100

    103

    103

    L-użu tal-kapaċità

    77,7  %

    66,5  %

    77,3  %

    76,2  %

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    86

    99

    98

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (c)   Il-volum tal-bejgħ fl-Unjoni

    (75)

    Iċ-ċifri hawn taħt jirrappreżentaw il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-klijenti indipendenti fis-suq tal-Unjoni.

    Tabella 6

    Bejgħ lil klijenti mhux relatati

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    Il-volum (elf biċċa)

    315 715

    281 281

    309 941

    304 444

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    89

    98

    96

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (76)

    Il-bejgħ fl-Unjoni naqas b’4 % tul il-perjodu kkunsidrat.

    (77)

    Fl-2009, il-bejgħ waqa’ bi 11 %. Dan it-tnaqqis għandu jiġi attribwit lill-effetti tal-kriżi ekonomika globali. Fis-snin sussegwenti, il-bejgħ irkupra u kien qrib iċ-ċifri għall-2008 tul il-PIR.

    (d)   Il-bejgħ lil swieq terzi

    (78)

    Iċ-ċifri hawn taħt jirrappreżentaw il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil swieq terzi u juru żieda kbira f’dan il-bejgħ tul il-perjodu kkunsidrat.

    Tabella 7

    Bejgħ lil pajjiżi terzi

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    Il-volum (elf biċċa)

    26 750

    42 105

    59 221

    57 148

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    157

    221

    214

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (e)   Is-sehem mis-suq

    (79)

    Minkejja t-tnaqqis fil-bejgħ tal-Unjoni, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied b’9 % tul il-perjodu kkunsidrat biex laħaq medda ta’ 80 % sa 93 % tul il-PIR. Iż-żieda tas-sehem mis-suq tal-Unjoni kienet riżultat tat-tnaqqis fil-konsum fl-Unjoni, kif ukoll tat-tnaqqis tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ.

    Tabella 8

    Is-sehem mis-suq tal-Unjoni

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    106

    109

    109

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju, Talba għal reviżjoni, il-Eurostat u sorsi statistiċi oħra disponibbli għall-Kummissjoni

    (f)   It-tkabbir

    (80)

    Bejn l-2008 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 12 %. Il-volum tal-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b’4 %. Is-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni żdied b’9 %.

    (g)   L-impjiegi

    (81)

    L-impjiegi fis-settur fl-Unjoni naqsu tul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis kien marbut mal-modernizzazzjoni u l-mekkanizzazzjoni tal-proċess ta’ produzzjoni mill-industrija tal-Unjoni.

    Tabella 9

    L-impjiegi fl-Unjoni

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    In-numru ta’ impjegati

    710

    588

    561

    552

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    83

    79

    78

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (h)   Il-produttività

    (82)

    Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni fis-sena għal kull persuna impjegata, żviluppat b’mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat, u baqgħet stabbli tul l-2010 u l-PIR.

    (83)

    Din iż-żieda fil-produttività kienet marbuta mal-proċess ta’ modernizzazzjoni li twettaq, li huwa deskritt fil-premessa (93).

    Tabella 10

    Il-produttività

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    Il-produttività (elf biċċa/sena)

    495

    513

    642

    642

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    104

    130

    130

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (i)   Id-daqs tal-marġni ta’ dumping attwali u l-irkupru minn dumping fil-passat

    (84)

    Ta’ min ifakkar li minħabba ċ-ċirkostanzi msemmija fil-premessi (19) sa (23), ma setax jiġi kkalkolat id-dumping. Madankollu, ġiet stabbilita probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping ibbażata fuq tqabbil bejn il-valur normali stabbilit abbażi tal-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-prezz tal-esportazzjoni stabbilit abbażi tal-prezzijiet għal pajjiżi terzi.

    (85)

    L-analiżi turi li l-industrija tal-Unjoni rkuprat, sa ċertu punt, minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet li jkunu oġġett tad-dumping u l-miżuri fis-seħħ qed juru li huma effettivi.

    6.2.   L-elementi mikroekonomiċi

    (a)   L-istokkijiet

    (86)

    Iċ-ċifri ta’ hawn taћt jirrappreżentaw il-volum tal-istokkijiet fi tmiem kull perjodu.

    Tabella 11

    L-Istokkijiet tal-Għeluq

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    43

    61

    83

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (87)

    L-investigazzjoni wriet li l-istokkijiet tal-industrija tal-Unjoni ma kinux indikatur rilevanti għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni minħabba li l-livell tal-istokkijiet ivarja fuq bażi staġjonali.

    (b)   Il-pagi

    (88)

    Tul il-perjodu kkunsidrat il-paga medja żdiedet bi 33 % għal kull impjegat.

    Tabella 12

    Pagi (spiża għal kull impjegat)

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    116

    133

    133

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (c)   Prezzijiet tal-bejgħ

    (89)

    Il-prezzijiet medji ta’ kull unità ta’ LAM fl-Unjoni żdiedu kemxejn bejn l-2008 u l-PIR. It-tnaqqis relattiv fl-2010 meta mqabbel mal-2009, huwa marbut mal-flutwazzjoni fil-prezzijiet tal-materja prima.

    Tabella 13

    Il-prezz unitarju tas-suq tal-Unjoni

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    103

    101

    104

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (d)   Il-profittabbiltà

    (90)

    Il-marġnijiet tal-profittabbiltà li jidhru hawn taħt ġew stabbiliti billi ġie espress ir-riżultat finanzjarju miksub mill-industrija tal-Unjoni bħala perċentwali tal-fatturat miksub fis-suq tal-Unjoni.

    Tabella 14

    Il-Profittabbiltà

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    107

    105

    104

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (91)

    Qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi fl-2006, l-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel telf kbir. Minn dakinhar, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-LAM tjiebet tul il-perjodu kkunsidrat, iżda madankollu baqgħet taħt il-profitt fil-mira ta’ 5 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali tul il-PIR.

    (e)   Investimenti, redditu fuq l-investimenti u fluss tal-likwidità

    (92)

    Ix-xejriet tal-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-fluss tal-likwidità jidhru fit-tabella ta’ hawn taħt.

    Tabella 15

    Investimenti, redditu fuq l-investimenti u fluss tal-likwidità

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    L-investimenti

     

     

     

     

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    152

    41

    51

    Ir-redditu fuq l-investiment

     

     

     

     

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    111

    109

    108

    Il-fluss tal-likwidità

     

     

     

     

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    291

    247

    236

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (93)

    Bis-saħħa tal-irkupru wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-2006, l-industrija għamlet investimenti sinifikanti fil-modernizzazzjoni u l-espansjoni tal-faċilità tal-produzzjoni, partikolarment fl-2008 u l-2009. Il-profittabbiltà mtejba hija riflessa wkoll fil-fluss tal-likwidità mtejjeb.

    (f)   L-abbiltà li jiżdied il-kapital

    (94)

    L-investigazzjoni ma żvelatx problemi partikolari fl-abbiltà tal-industrija tal-Unjoni li żżid il-kapital.

    6.3.   Il-konklużjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    (95)

    Skont l-analiżi msemmija hawn fuq, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni tjiebet u l-industrija qed turi li hi vijabbli wara l-impożizzjoni tal-miżuri tal-2006. Madankollu, meta wieħed jikkunsidra li l-iżviluppi pożittivi li ssemmew hawn fuq seħħew biss wara l-impożizzjoni tal-miżuri, l-impjiegi qed jonqsu u l-profittabbiltà għadha aktar baxxa mil-livell fil-mira għaliha, huwa kkunsidrat li s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija għadha fraġli u vulnerabbli. Jista’ għalhekk jiġi konkluż li l-evidenza tissuġġerixxi li t-tneħħija tal-ħsara hija parzjalment jew esklużivament minħabba l-eżistenza tal-miżuri.

    F.   IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAL-ĦSARA

    (96)

    Mill-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ, is-sitwazzjoni tal-industrija tjiebet kunsiderevolment. Madankollu, il-konklużjonijiet tal-analiżi attwali juru li l-industrija tal-Unjoni għadha fraġli u vulnerabbli.

    (97)

    Taħt ċirkostanzi bħal dawn huwa xieraq li ssir analiżi tal-probabbiltà ta’ rikorrenza tal-ħsara materjali sabiex jiġi eżaminat jekk — f’każ li l-miżuri jiġu revokati — l-iżviluppi maħsuba f’termini ta’ volumi u prezzijiet ta’ importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ ikomplux jiddeterjoraw is-sitwazzjoni attwali, kif inhu spjegat hawn taħt fil-premessi (98) sa (106).

    (98)

    Jeżistu żewġ produtturi ewlenin tal-LAM fid-dinja — ir-RPĊ u l-Unjoni. L-Unjoni hija l-akbar suq dinji għal-LAM, segwita mill-Amerika t’Isfel u r-Russja. Jeżistu produtturi żgħar f’pajjiżi oħrajn, bħall-Indja, iżda dawn jikkonċentraw fuq is-swieq domestiċi rispettivi tagħhom. L-Istati Uniti u l-Kanada jużaw sistemi ta’ ffajljar differenti.

    (99)

    Ta’ min ifakkar li teżisti kapaċità żejda sinifikanti fir-RPĊ u li l-produzzjoni tal-LAM fir-RPĊ tista’ tiżdied faċilment kif spjegat fil-premessi (45) sa (48).

    (100)

    Huwa mfakkar ukoll li l-kapaċità żejda disponibbli fir-RPĊ, bejn wieħed u ieħor, tikkorrispondi għall-konsum tal-Unjoni (ara l-premessa (45)).

    (101)

    Kien stabbilit ukoll li ż-żieda fil-produzzjoni tal-LAM fir-RPĊ probabbilment tiġi esportata lejn l-Unjoni, jekk il-miżuri jiġu revokati (ara l-premessa (53)). Dan huwa bbażat fuq il-fatt li s-suq tal-Unjoni għadu l-akbar suq dinji għal-LAM, b’konsum relattivament stabbli u minħabba l-fatt li l-prezzijiet prevalenti huma ġeneralment ogħla fis-suq tal-Unjoni milli fi swieq tal-esportazzjoni oħra (ara l-premessa (52)). Għandu jiġi kkunsidrat ukoll li, barra mill-Unjoni u r-RPĊ, m’hemmx pajjiżi esportaturi sinifikanti oħra li jipproduċu l-LAM.

    (102)

    Barra minn hekk, kif intqal fil-premessa (41), il-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ tista’ tiżdied faċilment bis-sempliċi forniment ta’ ħaddiema addizzjonali. Għalhekk, l-esportazzjonijiet tar-RPĊ ikunu jistgħu jakkomodaw kull żieda fil-konsum tal-Unjoni. Fid-dawl tal-prezz potenzjalment baxx tal-importazzjonijiet Ċiniżi, kif jidher mit-tqabbil mal-prezzijiet tagħhom għal swieq ta’ pajjiżi terzi, l-abbiltà li jidher li hija bla limitu ta’ provvista bi prezzijiet baxxi, huwa probabbli ħafna li l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tibbenefika miż-żieda fid-domanda, li jwassal għal telf importanti mis-sehem tas-suq, jekk il-miżuri jiġu revokati.

    (103)

    Abbażi ta’ dan, wieħed jista’ jistenna li ċ-ċirkostanzi ta’ kwalunkwe żieda sinifikanti futura ta’ importazzjonijiet tal-LAM mir-RPĊ fl-Unjoni, ikollhom konsegwenzi negattivi serji għas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Kif imsemmi hawn fuq, jekk il-miżuri jiġu revokati, il-volum tal-importazzjoni tal-LAM mir-RPĊ hu mistenni li jkun sinifikanti. Barra minn hekk, dawk l-importazzjonijiet x’aktarx iwasslu għal pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, u għaldaqstant fuq l-industrija tal-Unjoni, kif issuġġerit mid-dejta dwar il-livell tal-prezzijiet fis-swieq ta’ pajjiżi terzi. Tabilħaqq, skont id-dejta disponibbli huwa stmat li huwa minnu li l-prezzijiet attwali taċ-Ċina jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni b’madwar 20 % kif ġie deskritt fil-premessa (69), li tenfasizza probabbiltà kbira li l-importazzjonijiet taċ-Ċina jsiru bi prezzijiet sostanzjalment aktar baxxi mill-prezzijiet tal-Unjoni, f’każ li l-miżuri jitneħħew.

    (104)

    Il-ġibda tas-suq tal-Unjoni għall-esportaturi Ċiniżi hija enfasizzata wkoll minn tentattivi ta’ klassifikazzjoni inkorretta biex jiġu evitati l-miżuri anti-dumping fis-seħħ (ara l-premessa (55)).

    (105)

    Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa probabbli li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet tal-LAM li joriġinaw mir-RPĊ tirriżulta f’żieda sostanzjali fil-volum ta’ importazzjonijiet fl-UE bi prezzijiet baxxi ħafna, u li huwa probabbli ħafna li dan iwaqqa’ b’mod sostanzjali l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni. Dan jista’ jikkawża ħsara materjali u jikkanċella l-investiment u l-isforzi għall-irkupru li saru mill-industrija fil-passat.

    (106)

    Fuq din il-bażi, il-konklużjoni hija li r-revoka tal-miżuri fis-seħħ għall-importazzjonijiet tal-LAM li joriġinaw mir-RPĊ, probabbilment tirriżulta fir-rikorrenza tal-ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

    G.   L-INTERESS TAL-UNJONI

    1.   Kumment preliminari

    (107)

    Taħt l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali.

    (108)

    Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament tal-bosta interessi involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

    (109)

    Fl-investigazzjonijiet oriġinali, l-adozzjoni tal-miżuri ma kinitx meqjusa bħala kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, din l-investigazzjoni hija reviżjoni ta’ skadenza, u b’hekk tanalizza sitwazzjoni fejn il-miżuri anti-dumping qegħdin fis-seħħ.

    (110)

    Abbażi ta’ dan ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar il-probabbiltà tar-rikorrenza ta’ dumping u ta’ ħsara, kienx hemm raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

    2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

    (111)

    It-tkomplija tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat iżżid il-possibbiltà għall-industrija tal-Unjoni li tilħaq livell raġonevoli ta’ profittabbiltà, billi tgħin sabiex ikun evitat li l-industrija tal-Unjoni titkeċċa mis-suq minn volumi sostanzjali ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ.

    (112)

    Tabilħaqq, hemm probabbiltà ċara ta’ rikorrenza ta’ dumping ta’ ħsara f’volumi sostanzjali għalih l-industrija tal-Unjoni ma tiflaħx. Għaldaqstant, l-industrija tal-Unjoni tkompli tibbenefika miż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali.

    (113)

    Għalhekk ġie konkluż li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping kontra r-RPĊ tkun kjarament fl-interess ċar tal-industrija tal-Unjoni.

    3.   L-interess tal-importaturi u l-utenti

    (114)

    Kif inhu indikat hawn fuq, l-ebda wieħed mill-importaturi mhux relatati u identifikati ma ressaq tweġibiet għall-kwestjonarji. L-importaturi tal-LAM normalment ikunu wkoll utenti tal-prodott ikkonċernat billi jużawh għall-produzzjoni tal-fajls tat-tip lever arch (“LAF”).

    (115)

    Diversi utenti, jiġifieri produtturi tal-LAF, ippreżentaw ruħhom tul l-investigazzjoni. Utent wieħed biss provda tweġiba għall-kwestjonarju li, minħabba l-kwalità tad-dejta mressqa, setgħet tiġi vverifikata biss sa ċertu punt waqt iż-żjara ta’ verifika.

    (116)

    L-utent li ġie verifikat iddikjara li l-miżuri anti-dumping għandhom jiġu imposti wkoll fuq l-importazzjonijiet tal-LAF mir-RPĊ. Iżda, dawn id-dikjarazzjonijiet ma kinux issostanzjati b’evidenza ta’ appoġġ.

    (117)

    Żewġ utenti esprimew l-oppożizzjoni tagħhom għaż-żamma tal-miżuri. Madankollu, l-allegazzjonijiet tagħhom ma kinux sostanzjati.

    (118)

    Min-naħa l-oħra, l-analiżi wriet ukoll li jekk iċ-Ċina ssir l-uniku fornitur tal-LAM minħabba r-revoka tal-miżuri, il-pożizzjoni tal-produtturi tal-fajls tat-tip lever arch tkun ipperikolata wkoll minħabba li ma jkunx hemm kompetizzjoni fis-suq dinji tal-LAM. Kien għalhekk ikkunsidrat li l-miżuri eżistenti jikkontribwixxu għall-varjetà fil-provvista u l-kompetizzjoni fis-suq dinji tal-LAM, li fl-aħħar mill-aħħar huma fl-interess tal-utenti.

    (119)

    Tliet utenti oħra li jużaw biss il-LAM prodotti fl-Unjoni baqgħu newtrali u wieħed minnhom esprima l-appoġġ tiegħu għaż-żamma tal-miżuri.

    (120)

    Minħabba li l-ispiża tal-LAM tirrappreżenta perċentwal minimu tal-prezz bl-imnut tal-LAF, il-miżuri prattikament ma għandhomx effett, jekk ikun hemm effett, fuq il-prezz tal-prodott finali (LAF), u għaldaqstant ma għandhomx impatt fuq il-konsumaturi finali.

    4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

    (121)

    B’kont meħud tal-fatturi kollha deskritti hawn fuq, ġie konkluż li ma hemmx raġunijiet sodi biżżejjed kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali.

    H.   MIŻURI ANTI-DUMPING

    (122)

    Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar. Il-kummenti u s-sottomissjonijiet ġew analizzati iżda ma wasslux għal bidla fil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie deċiż li jinżammu l-miżuri anti-dumping.

    (123)

    Minn dak li ntqal fuq jirriżulta li, kif previst mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-mekkaniżmi tat-tip lever arch u li joriġinaw mir-RPĊ għandhom jinżammu,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   B’dan huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-mekkaniżmi tat-tip lever arch li ġeneralment jintużaw għall-arkivjar ta’ karti u dokumenti oħra f’binders jew f’fajls li attwalment għandhom il-kodiċi NM ex 8305 10 00 (il-kodiċi TARIC 8305100050) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dawn il-mekkaniżmi tat-tip lever arch jikkonsistu minn elementi metalliċi robusti (normalment tnejn) f’forma ta’ arkata fuq pjanċa tad-dahar u li jkollhom tal-anqas molla waħda tal-ftuħ li tippermetti li jiddaħħlu u jiġu ffajljati karti u dokumenti oħra.

    2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun din li ġejja:

    Manifattur

    Dazju anti-dumping

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    Dongguan Nanzha Leco Stationary

    The First Industrial Camp, Nanzha, Humen, Dongguan, iċ-Ċina

    27,1  %

    A729

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    47,4  %

    A999

    3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fir-rigward tad-dazji doganali.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Awwissu 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. D. MAVROYIANNIS


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    (2)  ĠU L 205, 27.7.2006, p. 1.

    (3)  ĠU C 5, 8.1.2011, p. 11.

    (4)  ĠU C 217, 23.7.2011, p. 35.


    Top