Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0729

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 729/2012 tat- 8 ta’ Awwissu 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Bratislavský rožok/Pressburger Kipfel/Pozsonyi kifli (STG)]

    ĠU L 213, 10.8.2012, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/729/oj

    10.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 213/9


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 729/2012

    tat-8 ta’ Awwissu 2012

    li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Bratislavský rožok/Pressburger Kipfel/Pozsonyi kifli (STG)]

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, it-talba mressqa mis-Slovakkja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Bratislavský rožok”/“Pressburger Kipfel”/“Pozsonyi kifli”, li waslet fl-4 ta’ Frar 2008, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

    (2)

    L-Awstrija, il-Ġermanja u l-Ungerija ressqu l-oġġezzjonijiet tagħhom kontra r-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006. L-oġġezzjonijiet tqiesu ammissibbli skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3), il-punt (a) ta’ dak ir-Regolament.

    (3)

    Bl-ittri tal-11 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri kkonċernati biex jibdew il-konsultazzjonijiet xierqa.

    (4)

    Intlaħaq qbil, innotifikat lill-Kummissjoni fis-16 ta’ Mejju 2011, bejn l-Istati Membri kkonċernati fi żmien sitt xhur, li jinkludi emendi tal-ispeċifikazzjonijiet inizjali, u b’mod partikolari, it-tneħħija tar-rikjesta, fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, biex l-isem jiġi rreġistrat bir-riżerva prevista fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006.

    (5)

    Din it-tneħħija tikkonċerna l-użu tal-isem tal-prodott u, għalhekk, ma tistax titqies bħala minuri skont l-Artikolu 11(3), il-punt (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007 (3).

    (6)

    Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, il-Kummissjoni għandha twettaq mill-ġdid l-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 8(1) tal-imsemmi Regolament.

    (7)

    F’dan il-kuntest, it-talba biex id-denominazzjoni “Bratislavský rožok”/“Pressburger Kipfel”/“Pozsonyi kifli” tiddaħħal fir-reġistru, emendata skont il-qbil imsemmi aktar ‘il fuq, ġiet ippubblikata mill-ġdid f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4).

    (8)

    Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament b’dan tiddaħħal fir-reġistru.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Awwissu 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

    (2)  ĠU C 320, 24.12.2009, p. 41.

    (3)  ĠU L 275, 19.10.2007, p. 3.

    (4)  ĠU C 286, 30.9.2011, p. 24.


    ANNESS

    L-oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 509/2006:

    Klassi 2.3.   Ħelu, ħobż, prodotti moħmija, prodotti tad-dulċiera, galletti u gallettini

    IS-SLOVAKKJA

    Bratislavský rožok/Pressburger Kipfel/Pozsonyi kifli (STG)


    Top