Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0705

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 705/2012 tal- 1 ta' Awwissu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

    ĠU L 206, 2.8.2012, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/705/oj

    2.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 206/5


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 705/2012

    tal-1 ta' Awwissu 2012

    li jimplimenta l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011.

    (2)

    Fid-19 ta' Lulju 2012, il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ħassar żewġ persuni mil-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

    (3)

    L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-entrati għall-persuni li jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament huma mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Awwissu 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. D. MAVROYIANNIS


    (1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1.


    ANNESS

    Entrati msemmija fl-Artikolu 1

    (1)

    Tahis (magħruf ukoll bħala Tahib).

    (2)

    Abdul Wasay Mu’tasim Agha (magħruf ukoll bħala (a) Mutasim Aga Jan, (b) Agha Jan, (c) Abdul Wasay Agha Jan Motasem).


    Top