EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0692

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 692/2012 tal- 24 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2012 u (UE) Nru 44/2012 fir-rigward tal-protezzjoni tal-manta ġiganta u ċerti opportunitajiet tas-sajd

ĠU L 203, 31.7.2012, p. 1–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/692/oj

31.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 692/2012

tal-24 ta’ Lulju 2012

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2012 u (UE) Nru 44/2012 fir-rigward tal-protezzjoni tal-manta ġiganta u ċerti opportunitajiet tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolamenti tal-Kunsill (UE) Nru 43/2012 (1) u (UE) Nru 44/2012 (2), il-Kunsill iffissa għall-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE.

(2)

Fl-Għaxar Konferenza tal-Partijiet (COP10) tal-Konvenzjoni dwar Speċi Migratorji ta’ Annimali Selvaġġi, li saret f’Bergen mill-20 sal-25 ta’ Novembru 2011, il-manta ġiganta (Manta birostris) ġiet inkluża fil-listi ta’ speċi protetti fl-Appendiċi I u II tal-Konvenzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi prevista l-protezzjoni tal-manta ġiganta fir-rigward ta’ bastimenti tal-UE li qed jistadu fl-ilmijiet kollha u, bastimenti mhux tal-Unjoni li qed jistadu fl-ilmijiet tal-UE.

(3)

Il-possibbiltà li jitwettqu provi ta’ kwoti ta’ qbid dokumentati b’mod komplet għal diversi stokkijiet fiż-Żona VII tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) ġiet ippreżentata lill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku dwar is-Sajd (STECF) sabiex jiġi determinat l-impatt tal-kwoti ta’ qbid fuq il-mortalità, ir-rimi u l-prattiki ta’ sajd selettiv f’sajd imħallat. Il-provi għandhom jitwettqu fuq l-istokkijiet tal-barbun tat-tbajja’, il-petriċi, il-lingwata (Lepidorhombus) u l-marlozz, li għalihom tkun disponibbli kwota addizzjonali ta’ 1 %, u fuq l-istokk tal-haddock li għalih tkun disponibbli kwota addizzjonali ta’ 5 %. Fit-tweġiba tiegħu għat-talba tal-Kummissjoni, l-STECF esprima appoġġ għal dawn il-provi u jqishom bħala pass importanti fl-iżvilupp ta’ approċċ għall-ġestjoni tal-kwoti tal-qbid. L-STECF jinnota wkoll li tali provi jirriżultaw f’riskju baxx ħafna għaż-żieda tal-mortalità tas-sajd ġenerali fl-istokkijiet ikkonċernati. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-entrati tat-TAC rilevanti jiġu modifikati sabiex dawn il-kwoti addizzjonali jkunu disponibbli għall-Istati Membri involuti fil-provi vvalutati.

(4)

Fit-Tmien Laqgħa Annwali li saret mis-26 sat-30 ta’ Marzu fi Guam (l-Istati Uniti tal-Amerika), il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC) ħassret, b’effett immedjat, id-dispożizzjonijiet tagħha dwar żoni magħluqin għal sajd bil-purse seine ta’ tonn b’għajnu kbira u tonna safra f’ċerti żoni tal-ibħra miftuħa. Dawn iż-żoni magħluqin ġew implimentati fil-liġi tal-Unjoni bl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 44/2012, li għalhekk għandu jitħassar.

(5)

Ir-Renju Unit ipprovda informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ merluzz minn grupp ta’ bastimenti li jistadu bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fil-Baħar Irlandiż u li jimmiraw l-imriewaħ (Aequipecten opercularis). Abbażi ta’ dik l-informazzjoni, kif ivvalutata mill-STECF, jista’ jiġi stabbilit li l-qabdiet tal-merluzz, inkluż ir-rimi, minn bastimenti involuti f’dik l-attività, ma jaqbżux il-1,5 % tal-qabdiet totali ta’ dak il-grupp ta’ bastimenti. Barra minn hekk, b’kont meħud tal-miżuri attwali li jiżguraw il-monitoraġġ u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd ta’ dak il-grupp ta’ bastimenti involuti f’dik l-attività u b’konsiderazzjoni tal-fatt li l-inklużjoni ta’ dak il-grupp jikkostitwixxi piż amministrattiv sproporzjonat mal-impatt ġenerali tiegħu fuq l-istokkijiet tal-merluzz, huwa xieraq li dak il-grupp ta’ bastimenti li jistadu bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fil-Baħar Irlandiż u li jimmira l-imriewaħ, jiġi eskluż mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz stabbilit fill-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat- 18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (3).

(6)

It-TAC għall-merluzz fil-Kattegat għandha tkun ugwali għall-kwota tal-Unjoni. Iċ-ċifra rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 43/2012 għandha tiġi korretta kif adatt.

(7)

Opportunitajiet tas-sajd addizzjonali saru disponibbli għall-Unjoni fl-2012 bħala riżultat tat-trasferimenti ta’ kwoti bejn l-Unjoni u Partijiet Kontraenti oħra fl-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO). Konsegwentement, għas-sena 2012, l-Anness IC tar-Regolament (UE) Nru 44/2012 għandu jiġi emendat sabiex jirrifletti dawk l-opportunitajiet tas-sajd ġodda. Dawn il-modifiki jikkonċernaw is-sena 2012 u huma mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ stabbiltà relattiva.

(8)

L-Anness IIC tar-Regolament (UE) Nru 43/2012 jiffissa l-limiti tal-isforz tas-sajd fil-kuntest tal-ġestjoni tal-istokkijiet tal-lingwata fil-Fliegu tal-Punent fid-diviżjoni VIIe tal-ICES. Fuq talba mir-Renju Unit, il-Kummissjoni fittxet parir mill-STECF dwar jekk l-Anness IIC jistax jiġi emendat sabiex jiġi stabbilit perijodu ta’ referenza kontinwa għall-eżenzjoni ta’ tagħmir statiku fil-punt 1.2 ta’ dak l-Anness, pjuttost milli s-sena ta’ referenza fissa attwali. Fit-tweġiba tiegħu, l-STECF ikkunsidra li sena aktar reċenti jew perijodu ta’ referenza kontinwa bbażat fuq diversi snin reċenti, ikun preferibbli u jqis li l-effetti ta’ din il-bidla fuq l-ammont ta’ sforz involut fis-sajd ikun negliġibbli.

(9)

It-total tal-kwoti allokati lill-Istati Membri fit-TAC tal-marlozz abjad fiż-żona 3NO tan-NAFO jirriżulta fi kwota għall-Unjoni li hija tunnellata ogħla minn dik stabbilita mill-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO). Il-kwota rilevanti allokata fir-Regolament (UE) Nru 44/2012 għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(10)

Il-konsultazzjonijiet dwar l-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Unjoni, l-Islanda u l-Ġżejjer Faeroe ma rnexxielhomx jirriżultaw fi qbil għall-2012. B’riżultat ta’ dan, l-opportunitajiet tas-sajd riżervati għal dawk il-konsultazzjonijiet issa jistgħu jiġu allokati lill-Istati Membri. Barra minn hekk, il-konsultazzjonijiet tal-Istati Kostali dwar il-ġestjoni tal-kavalli tal-Grigal tal-Atlantiku spiċċaw bla ebda konklużjoni f’Rejkjavik fis-17 ta’ Frar 2012. Sussegwentement, skont l-arranġamenti bilaterali bejniethom, l-Unjoni u n-Norveġja ftiehmu li jiffissaw l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom għall-kavalli rispettivament għall-2012. Għaldaqstant, l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 44/2012 u t-TACs rilevanti fl-Annessi IA u IB għalih għandhom jiġu emendati sabiex jiġu distribwiti l-kwoti mhux allokati u tiġi riflessa l-allokazzjoni tradizzjonali tal-kavalli fil-Grigal tal-Atlantiku.

(11)

Il-pariri mill- ICES u mill-STECF jitolbu tnaqqis sinifikanti tat-TAC għaċ-ċiċċirell fl-ilmijjiet tal-UE tad-diviżjonijiet IIa u IIIa tal-ICES u taż-żona sekondarja IV tal-ICES. Barra minn dak il-parir, bejn in-Norveġja u l-Unjoni ġie miftiehem tnaqqis fit-trasferiment taċ-ċiċċirell lejn in-Norveġja matul konsultazzjonijiet konklużi fid-9 ta’ Marzu 2012. Ir-Regolament (UE) Nru 44/2012 għandu jiġi emendat kif adatt.

(12)

Matul it-Tielet Laqgħa Internazzjonali, li saret f’Mejju 2007, għall-ħolqien ta’ Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO) fl-ibħra miftuħa tan-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO), il-parteċipanti adottaw miżuri interim, inklużi opportunitajiet tas-sajd, sabiex jiġu rregolati l-attivitajiet tas-sajd pelaġiku kif ukoll tas-sajd tal-qiegħ f’dik iż-żona sakemm tiġi stabbilita t-tali RFMO. Dawk il-miżuri interim ġew riveduti fit-tieni Konferenza Preparatorja għall-Kummissjoni SPRFMO li saret f’Jannar 2011, u reġgħu ġew riveduti fit-tielet Konferenza Preparatorja għall-Kummissjoni SPRFMO li saret bejn it-30 ta’ Jannar u t-3 ta’ Frar 2012. Dawk il-miżuri interim huma volontarji u mhux legalment vinkolanti taħt il-liġi internazzjonali. Madankollu, huwa xieraq li skont l-obbligi ta’ kooperazzjoni u konservazzjoni li jagħmlu parti mill-Liġi Internazzjonali tal-Baħar, dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni permezz tal-istabbiliment ta’ kwota ġenerali għall-Unjoni u ta’ allokazzjoni fost l-Istati Membri kkonċernati.

(13)

Ir-Regolamenti (UE) Nru 43/2012 u (UE) Nru 44/2012 japplikaw, b’mod ġenerali mill-1 ta’ Jannar 2012. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jibda japplika minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva ser tkun mingħajr preġudizzju għall-prinċipju taċ-ċertezza legali u l-protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi peress li l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti. Madankollu, id-dispożizzjonijiet il-ġodda għall-manta ġiganta għandhom ikunu effettivi biss mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-modifika għall-Appendiċi rilevanti tal-Konvenzjoni dwar Speċijiet Migratorji ta’ Annimali Selvaġġi, f’konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu XI tagħha. Bl-istess mod, it-tħassir tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 44/2012 għandu japplika mill-31 ta’ Marzu 2012, f’konformità mad-data speċifikata mid-WCPFC għad-dħul fis-seħħ tiegħu. Billi l-modifika ta’ xi limiti ta’ qbid taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi u l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-UE, dan ir-Reglament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

(14)

Meta r-Regolament (UE) Nru 44/2012 ġie adottat, l-għadd massimu ta’ bastimenti tal-EU awtorizzati li jistadu għall-pixxispad u l-alonga fil-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) ma kienx jinkludi 15-il bastiment tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Franza u rreġistrati f’La Réunion. It-TAC tal-Unjoni f’dak l-Anness għandu jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 43/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 43/2012 huwa emendat kif ġej:

1.

fl-Artikolu 12(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(g)

manta ġiganta (Manta birostris) fl-ilmijiet kollha.”;

2.

jiddaħħal Artikolu ġdid wara l-Artikolu 13:

“Artikolu 13a

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 754/2009

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 754/2009 għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

‘(i)

il-grupp ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit identifikati fit-talba mir-Renju Unit bid-data tas-16 ta’ Marzu 2012, li jipparteċipaw f’sajd li jimmira l-imriewaħ (Aequipecten opercularis) fil-Baħar Irlandiż (iż-żona VIIa tal-ICES) madwar l-Isle of Man, li jużaw tagħmir speċjalizzat ta’ xbieki tat-tkarkir b’malja ta’ 80-100 mm attrezzati biex jagħżlu l-qbid ta’ ħut (lett 2 piedi baxx, brilji qosra jew mingħajr brilji u ftuħ tax-xibka żgħir).’.”;

3.

L-Anness I huwa emendat skont it-test li jidher fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 44/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 44/2012 huwa emendat kif ġej:

1.

fl-Artikolu 1, il-paragrafi 3 u 4 jitħassru;

2.

fl-Artikolu 13(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(g)

manta ġiganta (Manta birostris) fl-ilmijiet kollha.”;

3.

L-Artikolu 32 jitħassar;

4.

fl-Artikolu 37(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(g)

manta ġiganta (Manta birostris) fl-ilmijiet tal-UE.”;

5.

L-Annessi I, IA, IB, IC, IJ u VI jiġu emendanti skont it-test fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 1 il-punt (1), l-Artikolu 2 il-punti (2) u (4), l-Anness I il-punt (1) u l-Anness II il-punt (1) għandhom japplikaw mit-23 ta’ Frar 2012 u l-Artikolu 2 il-punt (3) għandu japplika mill-31 ta’ Marzu 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 25, 27.1.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 25, 27.1.2012, p. 55.

(3)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.


ANNESS I

PARTI A

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 43/2012 huwa emendat kif ġej:

1.

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata li ġejja tiddaħħal fl-ewwel tabella (tabella li tqabbel l-ismijiet bil-Latin mal-ismijiet komuni) wara l-entrata ta’ Mallotus villosus:

"Manta birostris

RMB

Manta ġiganta”;

(b)

l-entrata li ġejja tiddaħħal fit-tieni tabella (tabella li tqabbel l-ismijiet komuni mal-ismijiet bil-Latin) wara l-entrata tal-barbun:

“Manta ġiganta

RMB

Manta birostris”.

2.

Fil-part B,

(a)

l-entrata tal-merluzz fil-Kattegat tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Merluzz

Gadus morhua

Żona

:

Kattegat

(COD/03AS.)

Danimarka

82  (1)

TAC analitika

Ġermanja

2  (1)

Svezja

49  (1)

Unjoni

133  (1)

TAC

133  (1)

(b)

l-entrata tal-lingwati (Lepidorhombus) fiż-żona VII tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Lingwati

Lepidorhombus spp.

Żona

:

VII

(LEZ/07.)

Belġju

470  (2)

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament.

Spanja

5 216  (2)

Franza

6 329  (2)

Irlanda

2 878  (2)

Renju Unit

2 492  (2)

Unjoni

17 385

TAC

17 385

(c)

l-entrata tal-petriċi fiż-żona VII tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Petriċi

Lophiidae

Żona

:

VII

(ANF/07.)

Belġju

2 835  (3)  (4)

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament.

Ġermanja

316  (3)  (4)

Spanja

1 126  (3)  (4)

Franza

18 191  (3)  (4)

Irlanda

2 325  (3)  (4)

Pajjiżi l-Baxxi

367  (3)  (4)

Renju Unit

5 517  (3)  (4)

Unjoni

30 677  (3)

TAC

30 677  (3)

(d)

l-entrata tal-haddock fiż-żoni VIIb-k, VIII, IX u X; Ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1 tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Haddock

Melanogrammus aeglefinus

Żona

:

VIIb-k, VIII, IX u X; ilmijiet tal-UE taż-żona CECAF 34.1.1

(HAD/7X7A34)

Belġju

185  (5)

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament.

Franza

11 096  (5)

Irlanda

3 699  (5)

Renju Unit

1 665  (5)

Unjoni

16 645

TAC

16 645

(e)

l-entrata tal-marlozz fiż-żoni VI u VII; fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Marlozz

Merluccius merluccius

Żona

:

VI u VII; ilmijiet tal-UE u ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

(HKE/571214)

Belġju

284  (6)  (8)

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament.

Spanja

9 109  (8)

Franza

14 067  (6)  (8)

Irlanda

1 704  (8)

Pajjiżi l-Baxxi

183  (6)  (8)

Renju Unit

5 553  (6)  (8)

Unjoni

30 900

TAC

30 900  (7)

(f)

l-entrata tal-barbun tat-tbajja’ fiż-żoni VIId u VIIe tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

Żona

:

VIId u VIIe

(PLE/7DE.)

Belġju

828  (9)

TAC analitika

Franza

2 761  (9)

Renju Unit

1 473  (9)

Unjoni

5 062

TAC

5 062

PARTI B

1.

Fl-Appendiċi 1 tal-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 43/2012, it-tabella (c), il-kolonna rigward ir-Renju Unit (UK) tinbidel b’dan li ġej:

“UK

339 592

1 086 399

0

0

111 693

5 970

158

70 614”.

2.

Fl-Anness IIC għar-Regolament (UE) Nru 43/2012, il-Punt 1.2 jinbidel b’dan li ġej:

“1.2

Bastimenti li jistadu bi xbieki statiċi b’daqs tal-malja ta’ 120 mm jew akbar u li jkollhom rekords li juru qabdiet ta’ inqas minn 300 kg ta’ lingwata f’piż ħaj fis-sena matul it-tliet snin preċedenti, skont ir-reġistri tas-sajd tagħhom, għandhom ikun eżentati mill-applikazzjoni ta’ dan l-Anness dment li:

(a)

bastimenti bħal dawn jaqbdu inqas minn 300 kg f’piż ħaj ta’ lingwata matul il-perijodu ta’ ġestjoni tal-2012;

(b)

bastimenti bħal dawn ma jittrasbordaw l-ebda ħut lejn bastiment ieħor meta jkunu fuq il-baħar; u

(c)

sal-31 ta’ Lulju 2012 u l-31 ta’ Jannar 2013, kull Stat Membru kkonċernat jagħmel rapport lill-Kummissjoni dwar ir-rekords tal-qbid ta’ lingwata minn dawn il-bastimenti fit-tliet snin preċedenti kif ukoll tal-qbid ta’ lingwata fl-2012.

Meta kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet ma tintlaħaqx, il-bastimenti kkonċernati m’għandhomx ikomplu jiġu eżentati mill-applikazzjoni ta’ dan l-Anness, b’effett immedjat.”.


(1)  Esklużivament għall-qabdiet inċidentali. Ma hu permess l-ebda sajd dirett.”;

(2)  Minbarra din il-kwota, Stat Membru jista’ jagħti allokazzjoni addizzjonali lill-bastimenti li jkunu qed jipparteċipaw fi provi dwar sajd iddokumentat b’mod komplet, f’limitu ġenerali ta’ ammont addizzjonali ta’ 1 % tal-kwota allokata lil dak l-Istat Membru, bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.”;

(3)  Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 5 % jistgħu jinqabdu fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe (ANF/*8ABDE).

(4)  Minbarra din il-kwota, Stat Membru jista’ jagħti allokazzjoni addizzjonali lill-bastimenti li jkunu qed jipparteċipaw fi provi dwar sajd iddokumentat b’mod komplet, f’limitu ġenerali ta’ ammont addizzjonali ta’ 1 % tal-kwota allokata lil dak l-Istat Membru, bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.”;

(5)  Minbarra din il-kwota, Stat Membru jista’ jagħti allokazzjoni addizzjonali lill-bastimenti li jkunu qed jipparteċipaw fi provi dwar sajd iddokumentat b’mod komplet, f’limitu ġenerali ta’ ammont addizzjonali ta’ 5 % tal-kwota allokata lil dak l-Istat Membru, bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.”;

(6)  Jistgħu jsiru trasferimenti ta’ din il-kwota għall-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV. Madankollu, trasferimenti bħal dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minn qabel.

(7)  F’TAC ġenerali ta’ 55 105 tunnellata għall-istokk tal-marlozz tat-Tramuntana.

(8)  Minbarra din il-kwota, Stat Membru jista’ jagħti allokazzjoni addizzjonali lill-bastimenti li jkunu qed jipparteċipaw fi provi dwar attivitajiet ta’ sajd iddokumentati b’mod komplet, fi ħdan limitu ġenerali ta’ ammont addizzjonali ta’ 1 % tal-kwota allokata lil dak l-Istat Membru, bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.

Kondizzjoni speċjali:

Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, fiż-żoni li ġejjin ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt:

 

VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe

(HKE/*8ABDE)

Belġju

37

Spanja

1 469

Franza

1 469

Irlanda

184

Pajjiżi l-Baxxi

18

Renju Unit

827

Unjoni

4 004 ”;

(9)  Minbarra din il-kwota, Stat Membru jista’ jagħti allokazzjoni addizzjonali lill-bastimenti li jkunu qed jipparteċipaw fi provi dwar attivitajiet ta’ sajd iddokumentati b’mod komplet, f’limitu ġenerali ta’ ammont addizzjonali ta’ 1 % tal-kwota allokata lil dak l-Istat Membru, bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.”.


ANNESS II

L-Annessi I, IA, IB, IC, IJ u VI għar-Regolament (UE) Nru 44/2012 huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrata li ġejja tiddaħħal fl-ewwel tabella (tabella li tqabbel l-ismijiet bil-Latin mal-ismijiet komuni) wara l-entrata tal-Mallotus villosus:

Manta birostris

RMB

Manta ġiganta”;

(b)

l-entrata li ġejja tiddaħħal fit-tieni tabella (li tqabbel l-ismijiet komuni mal-ismijiet bil-Latin) wara l-entrata tal-barbun:

“Manta ġiganta

RMB

Manta birostris”.

2.

l-Anness IA huwa emendat kif ġej:

(a)

L-entrata taċ-ċiċċirell u l-qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIa u IV tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Ċiċċirell u qabdiet inċidentali assoċjati

Ammodytes spp.

Żona

:

Ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIa u IV (1)

(SAN/2A3A4.)

Danimarka

34 072  (2)

TAC analitika

Renju Unit

745  (2)

Ġermanja

52  (2)

Svezja

1 251  (2)

Unjoni

36 120

Norveġja

2 300

TAC

38 420

(b)

l-entrata tal-aringi fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

Ilmijiet tal-UE u ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN (4)

(HER/5B6ANB)

Ġermanja

2 560

TAC analitika

Franza

484

Irlanda

3 459

Pajjiżi l-Baxxi

2 560

Renju Unit

13 837

Unjoni

22 900

TAC

22 900

(c)

l-entrata tal-istokkafixx fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Stokkafixx

Micromesistius poutassou

Żona

:

Ilmijiet tal-UE u ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV

(WHB/1X14)

Danimarka

10 370  (5)

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Japplika l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.

Ġermanja

4 032  (5)

Spanja

8 791  (5)  (6)

Franza

7 217  (5)

Irlanda

8 030  (5)

Pajjiżi l-Baxxi

12 645  (5)

Portugall

817  (5)  (6)

Svezja

2 565  (5)

Renju Unit

13 454  (5)

Unjoni

67 921  (5)

Norveġja

30 000

TAC

391 000

(d)

l-entrata tal-linarda fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VI u VII tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Linarda

Molva dypterygia

Żona

:

Ilmijiet tal-UE u ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII

(BLI/5BX67-) (9)

Ġermanja

20

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament.

Estonja

3

Spanja

62

Franza

1 423

Irlanda

5

Litwanja

1

Polonja

1

Renju Unit

362

Oħrajn

5  (7)

Unjoni

1 882

Norveġja

150  (8)

TAC

2 032

(e)

l-entrata tal-lipp fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Lipp

Molva molva

Żona

:

Ilmijiet tal-UE u ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

(LIN/6X14.)

Belġju

30

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament.

Danimarka

5

Ġermanja

109

Spanja

2 211

Franza

2 357

Irlanda

591

Portugall

5

Renju Unit

2 716

Unjoni

8 024

Norveġja

6 140  (12)  (13)

TAC

14 164

(f)

l-entrata tal-kavalli fiż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIb, IIIc, u d-diviżjonijiet sekondarji 22-32 tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Kavalli

Scomber scombrus

Żona

:

IIIa u IV; ilmijiet tal-UE taż-żoni IIA, IIIb, IIIc u d-Diviżjoni Sekondarja 22-32

(MAC/2A34.)

Belġju

512  (16)

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Japplika l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.

Danimarka

17 580  (16)

Ġermanja

534  (16)

Franza

1 612  (16)

Pajjiżi l-Baxxi

1 623  (16)

Svezja

4 813  (14)  (15)  (16)

Renju Unit

1 503  (16)

Unjoni

28 177  (14)  (16)

In-Norveġja

167 197  (17)

TAC

Mhux rilevanti

(g)

l-entrata tal-kavalli fiż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Kavalli

Scomber scombrus

Żona

:

VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; ilmijiet tal-UE u ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV

(MAC/2CX14-)

Ġermanja

20 427

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Japplika l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.

Spanja

22

Estonja

170

Franza

13 619

Irlanda

68 089

Latvja

126

Litwanja

126

Pajjiżi l-Baxxi

29 788

Polonja

1 438

Renju Unit

187 248

Unjoni

321 053

Norveġja

13 898  (18)  (19)

TAC

Mhux rilevanti

(h)

l-entrata tal-kavalli fiż-żoni VIIIc, IX u X; L-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1 tinbidel b’li ġej:

“Speċi

:

Kavalli

Scomber scombrus

Żona

:

VIIIc, IX u X; ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1

(MAC/8C3411)

Spanja

30 278  (20)

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Japplika l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.

Franza

201  (20)

Portugall

6 258  (20)

Unjoni

36 737

TAC

Mhux rilevanti

(i)

l-entrata tal-kavalli fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni IIa u IVa tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Kavalli

Scomber scombrus

Żona

:

Ilmijiet Norveġiżi taż-żoni IIa u IVa

(MAC/2A4A-N.)

Danimarka

12 608  (21)

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Japplika l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.

Unjoni

12 608  (21)

TAC

Mhux rilevanti

(j)

l-entrata tal-laċċa kaħla u l-qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Laċċa kaħla u qabdiet inċidentali assoċjati

Sprattus sprattus

Żona

:

Ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV

(SPR/2AC4-C)

Belġju

1 737  (25)

TAC ta’ prekawzjoni

Danimarka

137 489  (25)

Ġermanja

1 737  (25)

Franza

1 737  (25)

Pajjiżi l-Baxxi

1 737  (25)

Svezja

1 330  (22)  (25)

Renju Unit

5 733  (25)

Unjoni

151 500

Norveġja

10 000  (23)

TAC

161 500  (24)

(k)

l-entrata tas-sawrell u l-qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IVa; VI, VIIa-c,VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Sawrell u qabdiet inċidentali assoċjati

Trachurus spp.

Żona

:

Ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IVa; VI, VIIa-c,VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; ilmijiet tal-UE u ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

(JAX/2A-14)

Danimarka

15 702  (26)  (28)

TAC analitika

Ġermanja

12 251  (26)  (27)  (28)

Spanja

16 711  (28)

Franza

6 306  (26)  (27)  (28)

Irlanda

40 803  (26)  (28)

Pajjiżi l-Baxxi

49 156  (26)  (27)  (28)

Portugall

1 610  (28)

Svezja

675  (26)  (28)

Renju Unit

14 775  (26)  (27)  (28)

Unjoni

157 989

TAC

157 989

3.

L-Anness IB huwa emendat kif ġej:

(a)

lL-entrata tal-merluzz u l-haddock fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona VB tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Merluzz u haddock

Gadus morhua u Melanogrammus aeglefinus

Żona

:

Ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb

(C/H/05B-F.)

Ġermanja

0

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Franza

0

Renju Unit

0

Unjoni

0

TAC

Mhux rilevanti”;

(b)

l-entrata tal-istokkafixx fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Stokkafixx

Micromesistius poutassou

Żona

:

Ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe

(WHB/2A4AXF)

Danimarka

0

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

0

Franza

0

Pajjiżi l-Baxxi

0

Renju Unit

0

Unjoni

0

TAC

0  (29)

(c)

l-entrata tal-lipp u l-linarda fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faroe taż-żona Vb tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Lipp u linarda

Molva molva u Molva dypterygia

Żona

:

Ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb

(B/L/05B-F.)

Ġermanja

0

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Franza

0

Renju Unit

0

Unjoni

0

TAC

Mhux rilevanti”;

(d)

l-entrata tal-gamblu tat-Tramuntana fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

Żona

:

ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV

(PRA/514GRN)

Danimarka

2 550

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Franza

2 550

Unjoni

8 000  (30)

TAC

Mhux rilevanti

(e)

l-entrata tal-pollakkju (saithe) fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Pollakkju (saithe)

Pollachius virens

Żona

:

Ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb

(POK/05B-F.)

Belġju

0

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

0

Franza

0

Pajjiżi l-Baxxi

0

Renju Unit

0

Unjoni

0

TAC

Mhux rilevanti”;

(f)

l-entrata tar-redfish fl-ilmijiet tal-Islanda taż-żona Va tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Redfish

Sebastes spp.

Żona

:

Ilmijiet tal-Islanda taż-żona Va

(RED/05A-IS)

Belġju

0  (31)  (32)

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

0  (31)  (32)

Franza

0  (31)  (32)

Renju Unit

0  (31)  (32)

Unjoni

0  (31)  (32)

TAC

Mhux rilevanti

(g)

l-entrata tar-redfish fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Redfish

Sebastes spp.

Żona

:

Ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb

(RED/05B-F.)

Belġju

0

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

0

Franza

0

Renju Unit

0

Unjoni

0

TAC

Mhux rilevanti”;

(h)

l-entrata ta’ speċi oħra fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Speċi oħra (33)

Żona

:

Ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb

(OTH/05B-F.)

Ġermanja

0

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Franza

0

Renju Unit

0

Unjoni

0

TAC

Mhux rilevanti

(i)

l-entrata tal-ħut ċatt fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Ħut ċatt

Żona

:

Ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb

(FLX/05B-F.)

Ġermanja

0

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Franza

0

Renju Unit

0

Unjoni

0

TAC

Mhux rilevanti”.

4.

L-Anness IC huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrata tal-merluzz fiż-żona 3M tan-NAFO tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Merluzz

Gadus morhua

Żona

:

3M tan-NAFO

(COD/N3M.)

Estonja

103

 

Ġermanja

432

 

Latvja

103

 

Litwanja

103

 

Polonja

352  (34)

 

Spanja

1 328

 

Franza

185

 

Portugall

1 821  (35)

 

Renju Unit

865

 

Unjoni

5 330,5  (36)

 

TAC

9 280

 

(b)

l-entrata tal-marlozz abjad fiż-żona 3M tan-NAFO tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Marlozz abjad

Urophycis tenuis

Żona

:

3NO tan-NAFO

(HKW/N3NO.)

Spanja

1 273

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Portugall

1 667

Unjoni

2 940

TAC

5 000 ”;

(c)

l-entrata tal-gamblu tat-Tramuntana fiż-żona 3L tan-NAFO tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

Żona

:

3L tan-NAFO (37)

(PRA/N3L.)

Estonja

134

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Latvja

134

Litwanja

134

Polonja

134  (38)

Spanja

105,5

Portugall

28,5  (39)

Unjoni

670  (40)

TAC

12 000

(d)

l-entrata tal-ħalibatt tal-Groenlandja fiż-żona 3LMNO tan-NAFO tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Ħalibatt tal-Groenlandja

Reinhardtius hippoglossoides

Żona

:

NAFO 3LMNO

(GHL/N3LMNO)

Estonja

328

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

335

Latvja

46

Litwanja

23

Spanja

4 486

Portugall

1 875  (41)

Unjoni

7 093  (42)

TAC

12 098

(e)

l-entrata tar-redfish fiż-żona 3LN tan-NAFO tinbidel b’dan li ġej

“Speċi

:

Redfish

Sebastes spp.

Żona

:

3LN tan-NAFO

(RED/N3LN.)

Estonja

297

 

Ġermanja

203

 

Latvja

297

 

Litwanja

297

 

Portugall

0  (43)

 

Unjoni

1 094  (44)

 

TAC

6 000

 

(f)

l-entrata tar-redfish fiż-żona 3M tan-NAFO tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Redfish

Sebastes spp.

Żona

:

Iż-żona 3M tan-NAFO

(RED/N3M.)

Estonja

1 571  (45)

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

513  (45)

Spanja

233  (45)

Latvja

1 571  (45)

Litwanja

1 571  (45)

Portugall

2 354  (45)  (46)

Unjoni

7 813  (45)  (47)

TAC

6 500  (45)

(g)

l-entrata tar-redfish fiż-żona 3O tan-NAFO tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Redfish

Sebastes spp.

Żona

:

3O tan-NAFO

(RED/N3O.)

Spanja

1 771

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Portugall

5 229

Polonja

0  (48)

Unjoni

7 000  (49)

TAC

20 000

5.

L-Anness IJ huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS IJ

ŻONA TAL-KONVENZJONI TAL-SPRFMO

Speċi

:

Sawrell (jack mackerel)

Trachurus murphyi

Żona

:

Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO

(CJM/SPRFMO)

Ġermanja

6 790,5

 

Pajjiżi l-Baxxi

7 360,2

 

Litwanja

4 725

 

Polonja

8 124,3

 

Unjoni

27 000 ”.

 

6.

Fl-Anness IV, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.

Għadd massimu ta’ bastimenti tal-UE awtorizzati biex jistadu għall-pixxispad u l-alonga fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC:

ANNESS VI

ŻONA TAL-KONVENZJONI TAL-IOTC

1.

Għadd massimu ta’ bastimenti tal-UE awtorizzati biex jistadu għat-tonnijiet tropikali fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC

Stat Membru

Għadd massimu ta’ bastimenti

Kapaċità (tunnellaġġ gross)

Spanja

22

61 364

Franza

22

33 604

Portugall

5

1 627

Unjoni

49

96 595

2.

Għadd massimu ta’ bastimenti tal-UE awtorizzati biex jistadu għall-pixxispad u l-alonga fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC

Stat Membru

Għadd massimu ta’ bastimenti

Kapaċità (tunnellaġġ gross)

Spanja

27

11 590

Franza

41

5 382

Portugall

15

6 925

Renju Unit

4

1 400

Unjoni

87

25 297

3.

Il-bastimenti msemmijin fil-punt 1 għandhom ukoll jiġu awtorizzati jistadu għall-pixxispad u l-alonga fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC.

4.

Il-bastimenti msemmijin fil-punt 2 għandhom ukoll jiġu awtorizzati jistadu għat-tonnijiet tropikali fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC.

”.

(1)  Bl-esklużjoni tal-ilmijiet sa sitt mili nawtiċi mil-linji bażi tar-Renju Unit f’Shetland, Fair Isle u Foula.

(2)  Tal-inqas 98 % tal-iżbark li jingħadd mat-TAC għandu jkun ċiċċirell. Qabdiet inċidentali ta’ dab, kavalli u merlangu għandhom jingħaddu bħala parti mit-2 % tat-TAC li jkun fadal.

Kondizzjoni speċjali:

Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt miż-żoni ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell li ġejjin, kif iddefiniti fl-Anness IIB:

Żona

:

Żoni ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-UE (3)

 

1

2

3

4

5

6

7

 

(SAN/*234_1)

(SAN/*234_2)

(SAN/*234_3)

(SAN/*234_4)

(SAN/*234_5)

(SAN/*234_6)

(SAN/*234_7)

Danimarka

19 526

4 717

4 717

4 717

0

395

0

Renju Unit

427

103

103

103

0

9

0

Ġermanja

30

7

7

7

0

1

0

Svezja

717

173

173

173

0

15

0

Unjoni

20 700

5 000

5 000

5 000

0

420

0

Norveġja

2 300

0

0

0

0

0

0

Total

23 000

5 000

5 000

5 000

0

420

0

(3)  Jistgħu jiġu riveduti skont l-Artikolu 5(4) ta’ dan ir-Regolament.”;

(4)  Ir-referenza hija għall-istokk ta’ aringi fiż-żona VIa, fit-Tramuntana ta’ 56° 00’ N u f’dik il-parti taż-żona VIa li qiegħda fil-Lvant ta’ 07° 00’ W u fit-Tramuntana ta’ 55° 00’ N, bl-esklużjoni tal-Clyde.”;

(5)  Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 68 % jistgħu jinqabdu fiż-Żona Ekonomika tan-Norveġja jew fiż-żona tas-sajd ta’ madwar Jan Mayen (WHB/*NZJM1).

(6)  Jistgħu jsiru trasferimenti ta’ din il-kwota għaż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE tas-CECAF 34.1.1. Madankollu, trasferimenti bħal dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minn qabel.”;

(7)  Esklużivament għall-qabdiet inċidentali. L-ebda sajd dirett mhuwa permess taħt din il-kwota.

(8)  Għandhom jinqabdu fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IV, Vb, VI u VII (BLI/*24X7C).

(9)  Japplikaw regoli speċjali skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1288/2009 (10) u l-punt 7 tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 43/2009 (11).

(10)  OJ L 347, 24.12.2009, p. 6.

(11)  OJ L 22, 26.1.2009, p. 1.”;

(12)  Kondizzjoni speċjali: li minnhom huwa awtorizzat qbid inċidentali ta’ speċi oħra ta’ 25 % għal kull bastiment, fi kwalunkwe waqt, fiż-żoni Vb, VI u VII. Madankollu, dan il-perċentwali jista’ jinqabeż fl-ewwel 24 siegħa wara l-bidu tas-sajd f’xi żona speċifika. Il-qbid inċidentali totali ta’ speċi oħra fiż-żoni VI u VII ma għandux jaqbeż 3 000 tunnellata.

(13)  Inkluż it-tusk. Il-kwoti għan-Norveġja huma: 6 140 tunnellata lipp u 2 923 tunnellata tusk, u jistgħu jitparttu sa 2 000 tunnellata u jistgħu jinqabdu biss bil-konzijiet fiż-żoni Vb, VI u VII.”;

(14)  Kondizzjoni speċjali: Inklużi 242 tunnellata li għandhom jinqabdu f’ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta’ 62° N (MAC/*04N-).

(15)  Waqt sajd fl-ilmijiet Norverġiżi, qabdiet inċidentali ta’ merluzz (COD/*2134.), haddock (HAD/*2134.), pollakkju (POL/*2134.) u merlangu (WHG/*2134.) u pollakju (saithe) (POK/*2134.) għandhom jingħaddu mal-kwoti għal dawn l-ispeċi.

(16)  Jistgħu jinqabdu wkoll fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IVa (MAC/*4AN.).

(17)  Għandhom jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja (kwota ta’ aċċess). Dan l-ammont jinkludi s-sehem Norveġiż fit-TAC tal-Baħar tat-Tramuntana tal-ammont ta’ 46 685 tunnellata. Din il-kwota tista’ tinqabad fiż-żona IVa biss (MAC/*04A.), minbarra 3 000 tunnellata li jistgħu jinqabdu fiż-żona IIIa (MAC/*03A.).

Kondizzjoni speċjali:

Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt fiż-żoni li ġejjin.

 

IIIa

(MAC/*03A.)

IIIa u IVbc

(MAC/*3A4BC)

IVb

(MAC/*04B.)

IVc

(MAC/*04C.)

VI, ilmijiet internazzjonali taż-żona IIa, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2012 u f’Diċembru 2012

(MAC/*2A6.)

Danimarka

0

4 130

0

0

9 482

Franza

0

490

0

0

0

Pajjiżi l-Baxxi

0

490

0

0

0

Svezja

0

0

390

10

1 829

Renju Unit

0

490

0

0

0

Norveġja

3 000

0

0

0

0 ”;

(18)  Jistgħu jinqabdu fiż-żoni IIa, VIa fit-Tramuntana ta’ 56° 30′ N, IVa, VIId, VIIe, VIIf u VIIh (MAC/*AX7H).

(19)  Jistgħu jinqabdu 33 437 tunnellata addizzjonali ta’ kwota ta’ aċċess min-Norveġja fit-Tramuntana ta’ 56° 30’ N u jingħaddu mal-limiti ta’ qbid tagħha (MAC/*N6530).

Kondizzjoni speċjali:

Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt fiż-żoni li ġejjin u l-perijodi mniżżlin hawn taħt.

 

Ilmijiet tal-UE u ilmijiet Norveġiżi taż-żona IVa

(MAC/*04A-EN)

Matul il-perijodi mill-1 ta’ Jannar sal-15 ta’ Frar 2012 u mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru 2012

Ilmijiet Norveġiżi taż-żona IIa

(MAC/*2AN-)

Ġermanja

8 219

837

Franza

5 479

557

Irlanda

27 396

2 790

Pajjiżi l-Baxxi

11 985

1 220

Renju Unit

75 342

7 672

Unjoni

128 421

13 076 ”;

(20)  Kondizzjoni speċjali: il-kwantitajiet soġġetti għal skambji ma’ Stati Membri oħra jistgħu jinqabdu fiż-żoni VIIIa, VIIIb u VIIId (MAC/*8ABD). Madankollu, il-kwantitajiet ipprovduti minn Spanja, il-Portugall jew Franza għall-finijiet ta’ skambji u li għandhom jinqabdu fiż-żoni VIIIa, VIIIb u VIIId ma għandhomx jaqbżu 25 % tal-kwoti tal-Istat Membru donatur.

Kondizzjoni speċjali:

Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt fiż-żoni li ġejjin.

 

VIIIb

(MAC/*08B.)

Spanja

2 543

Franza

17

Portugall

526 ”;

(21)  Il-qabdiet maqbudin fiż-żona IIa (MAC/*02A.) u fiż-żona IVa (MAC/*04A) għandhom jiġu rapportati separatament.”;

(22)  Inkluż iċ-ċiċċirell.

(23)  Jistgħu jinqabdu biss fl-ilmijiet tal-UE taż-żona IV (SPR/*04-C.).

(24)  Tista’ tiġi riveduta skont l-Artikolu 5(4) ta’ dan ir-Regolament.

(25)  Tal-inqas 98 % tal-iżbark li jingħadd mat-TAC għandu jkun ta’ laċċa kaħla. Il-qabdiet inċidentali ta’ dab u merlangu għandhom jingħaddu mal-2 % li jibqa’ tat-TAC (OTH/*2AC4C).”;

(26)  Kondizzjoni speċjali: sa 5 % ta’ din il-kwota li tinqabad fl-ilmijiet tal-UE taż-żona IIa jew IVa qabel it-30 ta’ Ġunju 2012 tista’ titqies bħala li nqabdet mal-kwota li tikkonċerna l-ilmijiet tal-UE taż-żoni IVb, IVc u VIId. Madankollu, l-użu ta’ din il-kondizzjoni speċjali jrid jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni minn qabel (JAX/*4BC7D).

(27)  Kondizzjoni speċjali: sa 5 % ta’ din il-kwota tista’ tinqabad fiż-żona VIId. Madankollu, l-użu ta’ din il-kondizzjoni speċjali jrid jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni minn qabel (JAX/*07D.).

(28)  Tal-inqas 95 % tal-iżbark li jingħadd mat-TAC irid ikun sawrell. Il-qabdiet inċidentali ta’ minfaħ, haddock, merlangu u kavalli għandhom jitqiesu mal-5 % li jibqa’ tat-TAC (OTH/*2A-14).”.

(29)  It-TAC tiġi stabbilita skont il-konsultazzjonijiet bejn l-Unjoni, il-Gżejjer Faroe, in-Norveġja u l-Islanda.”;

(30)  li minnhom 2 900 tunnellata huma allokati lin-Norveġja.”;

(31)  Inklużi l-qabdiet inċidentali inevitabbli (merluzz mhux permess).

(32)  Jistgħu jinqabdu biss bejn Lulju u Diċembru 2012.”;

(33)  Bl-esklużjoni ta’ speċi ta’ ħut bla ebda valur kummerċjali.”;

(34)  Minn din il-kwota, titnaqqas il-kwantità ta’ 133 tunnellata wara t-trasferiment ta’ opportunità tas-sajd għal pajjiż terz.

(35)  Ma’ din il-kwota tiżdied kwantità addizzjonali ta’ 131,5 tunnellata wara t-trasferimenti ta’ opportunitajiet tas-sajd ma’ pajjiżi terzi.

(36)  Minn din il-kwota, titnaqqas il-kwantità ta’ 1,5 tunnellata wara t-trasferiment ta’ opportunità tas-sajd ma’ pajjiżi terzi.”;

(37)  Mhux inkluża ż-żona kwadra kkonfinita mill-koordinati li ġejjin:

Punt Nru

Latitudni N

Lonġitudni W

1

47° 20′ 0

46° 40′ 0

2

47° 20′ 0

46° 30′ 0

3

46° 00′ 0

46° 30′ 0

4

46° 00′ 0

46° 40′ 0

(38)  Ma’ din il-kwota tiżdied kwantità addizzjonali ta’ 266 tunnellata wara t-trasferimenti ta’ opportunitajiet tas-sajd minn pajjiż terz.

(39)  Ma’ din il-kwota tiżdied kwantità addizzjonali ta’ 133 tunnellata wara t-trasferimenti ta’ opportunitajiet tas-sajd minn pajjiż terz.

(40)  Ma’ din il-kwota tiżdied kwantità addizzjonali ta’ 399 tunnellata wara t-trasferimenti ta’ opportunitajiet tas-sajd minn pajjiżi terzi.”;

(41)  Ma’ din il-kwota tiżdied kwantità addizzjonali ta’ 10 tunnellati wara t-trasferimenti ta’ opportunitajiet tas-sajd minn pajjiż terz.

(42)  Ma’ din il-kwota tiżdied kwantità addizzjonali ta’ 10 tunnellati wara t-trasferiment ta’ opportunitajiet tas-sajd minn pajjiż terz.”;

(43)  Ma’ din il-kwota tiżdied kwantità addizzjonali ta’ 454 tunnellati wara t-trasferiment ta’ opportunitajiet tas-sajd minn pajjiż terz.

(44)  Ma’ din il-kwota tiżdied kwantità addizzjonali ta’ 454 tunnellati wara t-trasferiment ta’ opportunitajiet tas-sajd minn pajjiż terz.”;

(45)  Din il-kwota hija soġġetta għal konformità mat-TAC ta’ 6 500 tunnellata stabbiliti għal dan l-istokk għall-Partijiet Kontraenti kollha tan-NAFO. Malli tiġi eżawrita t-TAC, is-sajd dirett għal dan l-istokk għandu jitwaqqaf irrispettivament mil-livell tal-qabdiet.

(46)  Ma’ din il-kwota tiżdied kwantità addizzjonali ta’ 675 tunnellati wara t-trasferiment ta’ opportunitajiet tas-sajd minn pajjiż terz.

(47)  Ma’ din il-kwota tiżdied kwantità addizzjonali ta’ 675 tunnellati wara t-trasferiment ta’ opportunitajiet tas-sajd minn pajjiż terz.”;

(48)  Ma’ din il-kwota tiżdied kwantità addizzjonali ta’ 150 tunnellata wara t-trasferiment ta’ opportunitajiet tas-sajd minn pajjiż terz.

(49)  Ma’ din il-kwota tiżdied kwantità addizzjonali ta’ 150 tunnellata wara t-trasferiment ta’ opportunitajiet tas-sajd minn pajjiż terz.”.


Top