This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0523
Commission Regulation (EU) No 523/2012 of 20 June 2012 amending Regulation (EC) No 661/2009 of the European Parliament and of the Council as regards the inclusion of certain Regulations of the United Nations Economic Commission for Europe on the type-approval of motor vehicles, their trailers and systems, components and separate technical units intended therefor Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 523/2012 tal- 20 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi motorizzati, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 523/2012 tal- 20 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi motorizzati, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 160, 21.6.2012, p. 8–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2022; Impliċitament imħassar minn 32019R2144
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32009R0661 | Emenda | anness IV | 11/07/2012 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32019R2144 | 06/07/2022 |
21.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 523/2012
tal-20 ta’ Ġunju 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi motorizzati, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (2), l-Unjoni aderixxiet għall-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim tal-1958 Rivedut”). |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni 97/836/KE, l-Unjoni aderiet ukoll mar-Regolament tal-UNECE Nru 30 dwar it-tajers pnewmatiċi għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, ir-Regolament Nru 54 dwar it-tajers pnewmatiċi għal vetturi kummerċjali u t-trejlers tagħhom, u r-Regolament Nru 64 dwar l-użu temporanju ta’ unitajiet żejda, tajers run-flat, sistema run-flat u sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers. |
(3) |
Permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill (3) separata, l-Unjoni aderiet mar-Regolament tal-UNECE Nru 117 dwar l-emissjonijiet ta’ ħsejjes mit-tidwir tat-tajers u l-adeżjoni fuq uċuħ imxarrba. |
(4) |
Skont id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (4), il-manifatturi tal-vetturi li jridu l-approvazzjoni għas-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati tagħhom għandhom l-għażla li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ waħda mid-Direttivi relevanti jew ir-Regolamenti korrispondenti tal-UNECE. Il-biċċa l-kbira tar-rekwiżiti skont id-Direttivi dwar il-parts tal-vetturi huma meħuda mir-Regolamenti korrispondenti tal-UNECE. Hekk kif it-teknoloġija timxi ‘l quddiem, ir-Regolamenti tal-UNECE qegħdin jiġu emendati l-ħin kollu u d-Direttivi relevanti għandhom jiġu aġġornati regolarment biex jinżammu konformi mal-kontenut tar-Regolamenti rispettivi tal-UNECE. Sabiex tiġi evitata din id-duplikazzjoni, il-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 irrakkomanda li bosta Direttivi jiġu sostitwiti mir-Regolamenti korrispondenti tal-UNECE. |
(5) |
Il-possibbiltà li jiġu applikati r-Regolamenti tal-UNECE għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-KE fuq bażi obbligatorja u li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiġi sostitwita minn dawk ir-Regolamenti tal-UNECE hija stipulata fid-Direttiva 2007/46/KE. Skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009, l-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolamenti tal-UNECE li japplikaw fuq bażi obbligatorja se titqies bħala approvazzjoni tat-tip tal-KE skont dak ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu. |
(6) |
Is-sostituzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bir-Regolamenti tal-UNECE tgħin biex ma jkunx hemm duplikazzjoni mhux biss tar-rekwiżiti tekniċi iżda wkoll tal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni u l-proċeduri amministrattivi. Barra minn hekk, l-approvazzjoni tat-tip li hija direttament ibbażata fuq standards li hemm qbil fuhom internazzjonalment għandha ttejjeb l-aċċess għas-suq fil-pajjiżi terzi, b’mod partikolari f’dawk li huma partijiet kontraenti għall-Ftehim Rivedut tal-1958, u b’hekk tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni. |
(7) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jipprovdi għar-revoka ta’ bosta Direttivi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom, li, għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE skont dak ir-Regolament għandhom jiġu sostitwiti bir-Regolament korrispondenti tal-UNECE biex jiġi żgurat li jinżammu d-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip u jiġu ffaċilitati l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi. |
(8) |
Minħabba f’hekk, jixraq li r-Regolament tal-UNECE Nru 30, 54, 64 u 117 jiddaħħlu fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, li jelenka l-listi tar-Regolamenti tal-UNECE li japplikaw fuq bażi obbligatorja. |
(9) |
Jixraq ukoll li jiġi ċċarat l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 407/2011 (5), fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-UNECE Nru 13 dwar l-ibbrejkjar tal-vejikoli u t-trejlers, ir-Regolament Nru 13-H dwar l-ibbrejkar tal-karozzi tal-passiġġieri, ir-Regolament Nru 34 dwar il-prevenzjoni tar-riskju min-nirien (tankijiet tal-fjuwil likwidu) u r-Regolament Nru 55 dwar komponenti ta’ kkoppjar mekkaniku ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi. |
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 għandu għaldaqstant jiġi emendat b’dan il-mod. |
(11) |
Ir-Regolamenti tal-UNECE elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw skont id-dati tal-implimentazzjoni stipulati fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009. |
(12) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
1. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2012, ir-Regolament tal-UNECE Nru 30, suppliment 16 tat-02 serje ta’ emendi (6), u r-Regolament tal-UNECE Nru 117, it-02 serje ta’ emendi (7), inklużi r-rekwiżiti dwar il-ħsejjes tat-tidwir tat-2 stadju stipulati fil-paragrafu 6.1.1, ir-rekwiżiti għall-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab stipulati fil-paragrafu 6.2, u r-rekwiżiti tar-reżistenza għat-tidwir tal-istadju 1 stipulati fil-paragrafu 6.3.1 ta’ dak ir-Regolament tal-UNECE, għandhom japplikaw għall-fini ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ tipi ġodda ta’ tajers tal-Klassi C1.
2. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2014, ir-Regolament tal-UNECE Nru 30, suppliment 16 tat-02 serje ta’ emendi, u r-Regolament tal-UNECE Nru 117, it-02 serje ta’ emendi, inklużi r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab stipulati fil-paragrafu 6.2 ta’ dak ir-Regolament tal-UNECE, għandhom japplikaw għall-fini ta’ reġistrazzjoni, bejgħ u dħul fis-servizz ta’ tajers ġodda tal-Klassi C1.
3. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2012, ir-Regolament tal-UNECE Nru 54, suppliment 17 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament (8), u r-Regolament tal-UNECE Nru 117, it-02 serje ta’ emendi, inklużi r-rekwiżiti dwar il-ħsejjes tat-tidwir tat-2 stadju stipulati fil-paragrafi minn 6.1.2 sa 6.1.3 u r-rekwiżiti dwar ir-reżistenza għat-tidwir tal-istadju 1 stipulati fil-paragrafu 6.3.1 ta’ dak ir-Regolament tal-UNECE, għandhom japplikaw għall-fini ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ tipi ġodda ta’ tajers tal-Klassijiet C2 u C3.
4. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2014, ir-Regolament tal-UNECE Nru 54 suppliment 17 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament, għandu japplika fuq bażi obbligatorja għall-fini ta’ bejgħ u dħul fis-servizz ta’ tajers ġodda tal-Klassijiet C2 u C3.
5. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2016, ir-Regolament tal-UNECE Nru 117, it-02 serje tal-emendi, inklużi r-rekwiżiti dwar il-ħoss tat-tidwir tat-2 stadju stipulati fil-paragrafi minn 6.1.1 sa 6.1.3 ta’ dak ir-Regolament tal-UNECE, għandu japplika għall-fini ta’ bejgħ u dħul fis-servizz ta’ tajers ġodda tal-Klassijiet C1, C2 u C3.
6. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2014, ir-Regolament tal-UNECE Nru 117, it-02 serje tal-emendi, inklużi r-rekwiżiti dwar ir-reżistenza għat-tidwir tal-1 stadju stipulati fil-paragrafu 6.3.1 ta’ dak ir-Regolament tal-UNECE, għandu japplika għall-fini ta’ bejgħ u dħul fis-servizz ta’ tajers ġodda tal-Klassijiet C1 u C2.
7. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2016, ir-Regolament tal-UNECE Nru 117, it-02 serje tal-emendi, inklużi r-rekwiżiti dwar ir-reżistenza għat-tidwir tal-1 stadju stipulati fil-paragrafu 6.3.1 ta’ dak ir-Regolament tal-UNECE, għandu japplika għall-fini ta’ bejgħ u dħul fis-servizz ta’ tajers ġodda tal-Klassi C3.
8. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2016, ir-Regolament tal-UNECE Nru 117, it-02 serje tal-emendi, inklużi r-rekwiżiti dwar ir-reżistenza għat-tidwir tat-2 stadju stipulati fil-paragrafu 6.3.2 ta’ dak ir-Regolament tal-UNECE, għandu japplika għall-fini approvazzjoni tat-tip ta’ tipi ġodda ta’ tajers tal-Klassijiet C1, C2 u C3.
9. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2018, ir-Regolament tal-UNECE Nru 117, it-02 serje tal-emendi, inklużi r-rekwiżiti dwar ir-reżistenza għat-tidwir tat-2 stadju stipulati fil-paragrafu 6.3.2 ta’ dak ir-Regolament tal-UNECE, għandu japplika fuq bażi obbligatorja għall-fini ta’ bejgħ u dħul fis-servizz ta’ tajers ġodda tal-Klassijiet C1 u C2.
10. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2020, ir-Regolament tal-UNECE Nru 117, it-02 serje tal-emendi, inklużi r-rekwiżiti dwar ir-reżistenza għat-tidwir tat-2 stadju stipulati fil-paragrafu 6.3.2 ta’ dak ir-Regolament tal-UNECE, għandu japplika għall-fini ta’ bejgħ u dħul fis-servizz ta’ tajers ġodda tal-Klassi C3.
11. Tajers ġodda tal-Klassijiet C1, C2 u C3 li kienu ġew manifatturati qabel id-dati stipulati fil-paragrafu 2 li jikkonċerna r-rekwiżiti ġenerali u l-prestazzjoni tal-qabda fuq wiċċ imxarrab, il-paragrafu 4 li jikkonċerna rekwiżiti ġenerali, il-paragrafu 5 li jikkonċerna ħoss tal-irrumblar tat-2 stadju, il-paragrafi 6 u 7 li jikkonċernaw rekwiżiti dwar ir-reżistenza għall-irrumblar tal-1 stadju, kif ukoll il-paragrafi 9 u 10 li jikkonċernaw ir-rekwiżiti dwar ir-reżistenza għall-irrumblar tat-2 stadju, u li ma jkunux konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, jistgħu jinbiegħu u jiddaħħllu fis-servizz għal perjodu addizzjonali li ma jaqbiżx it-30 xahar minn dawk id-dati.
Artikolu 3
1. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2012, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE lil tipi ġodda ta’ tajers għall-vetturi tal-kategorija M1 li ma jkunux mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers (TPMS) konformi mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fir-Regolament tal-UNECE Nru 64, it-02 serje ta’ emendi, rettifika 1 (9).
2. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2014, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE lil tipi ġodda ta’ tajers għall-vetturi tal-kategorija M1 li ma jkunux mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers (TPMS) konformi mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fir-Regolament tal-UNECE Nru 64, it-02 serje ta’ emendi, rettifika 1.
Artikolu 4
1. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2012, ir-Regolament tal-UNECE Nru 64, it-02 serje ta’ emendi, rettifika 1, għandu japplika għall-fini ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tajers ġodda għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 f’każijiet fejn it-tali vetturi jkunu mgħammra b’apparat kopert minn dak ir-Regolament.
2. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2014, ir-Regolament tal-UNECE Nru 64, it-02 serje ta’ emendi, rettifika 1, għandu japplika fuq bażi obbligatorja għall-fini ta’ bejgħ u dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M1 u N1, f’każijiet fejn it-tali vetturi jkunu mgħammra b’apparat kopert minn dak ir-Regolament.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.
(2) ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.
(3) COM(2003) 635 finali — Adozzjoni permezz ta’ dokument mhux ippubblikat.
(4) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(5) ĠU L 108, 28.4.2011, p. 13.
(6) ĠU L 201, 30.7.2008, p. 70.
(7) ĠU L 231, 29.8.2008, p. 19.
(8) ĠU L 183, 11.7.2008, p. 41.
(9) ĠU L 310, 26.11.2010, p. 18.
ANNESS
L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-lista tar-Regolamenti tal-UNECE applikabbli fuq bażi obbligatorja hija emendata kif ġej:
|
(2) |
In-Noti mat-tabella huma emendati kif ġej:
|